EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0735

2010/735/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 1 ta' Diċembru 2010 dwar għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għas-sena 2011 għal ċerti laboratorji ta' referenza tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa tal-annimali u tal-annimali ħajjin (notifikata bid-dokument numru C(2010) 8344)

ĠU L 316, 2.12.2010, p. 17–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/735/oj

2.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 316/17


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-1 ta' Diċembru 2010

dwar għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għas-sena 2011 għal ċerti laboratorji ta' referenza tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa tal-annimali u tal-annimali ħajjin

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8344)

(Il-testi bid-Daniż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ispanjol u bl-Isvediż biss huma awtentiċi)

(2010/735/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta' Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 31(1) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 32(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 31(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE l-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa tal-annimali u tal-annimali ħajjin jistgħu jingħataw l-għajnuna mill-Unjoni.

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1754/2006 tat-28 ta' Novembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli ddettaljati għall-għoti ta' għajnuna finanzjarja tal-Komunità lil-laboratorji Komunitarji ta' referenza għall-għalf u l-ikel tal-annimali u għas-settur tas-saħħa tal-annimali (3) jipprevedi li l-għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għandha tingħata jekk il-programmi ta' ħidma approvati jkunu mwettqa b’mod effiċjenti u li l-benefiċjarji jagħtu t-tagħrif kollu meħtieġ matul ċerti limiti ta' żmien.

(3)

B’konformità mal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006, ir-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea hija stipulata fi ftehim ta' sħubija li huwa appoġġjat minn programm ta' ħidma multiannwali.

(4)

Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi ta' ħidma u l-estimi ta' baġit korrispondenti, ippreżentati mil-laboratorji ta' referenza tal-Komunità tal-Unjoni Ewropea għas-sena 2011.

(5)

Skont dan, l-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tingħata lil-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea magħżula biex iwettqu l-funzjonijiet u d-doveri stipulati fl-atti li ġejjin:

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/35/KEE tad-29 ta' April 1992 li tistabbilixxi r-regoli ta' kontroll u miżuri biex tkun miġġielda l-marda Afrikana taż-żwiemel (4),

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/66/KEE tal-14 ta' Lulju 1992 li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda Newcastle (5),

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/119/KEE tas-17 ta' Diċembru 1992 li tintroduċi miżuri ġenerali Komunitarji għall-kontroll ta' ċertu mard tal-annimali u l-miżuri speċifiċi li għandhom x’jaqsmu mal-marda vexxikolari tal-ħnieżer (6),

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/53/KEE tal-24 ta' Ġunju 1993 li tintroduċi miżuri Komunitarji minimi għall-kontroll ta' ċertu mard tal-ħut (7),

Id-Direttiva tal-Kunsill 95/70/KE 22 ta’ Diċembru 1995 li tintroduċi miżuri minimi Komunitarji għall-kontroll ta' xi mard li jaffettwa l-molluski bivalvi (8),

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/258/KE tal-20 ta' Marzu 2000 li taħtar istituzzjoni speċifika sabiex tkun responsabbli biex tistabbilixxi l-kriterji neċessarji għall-istandardizzazzjoni ta' testijiet seroloġiċi biex issegwi l-effettività tat-tilqim kontra l-idrofobija (9),

Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/75/KE tal-20 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi għall-kontroll u l-eradikazzjoni tal-bluetongue (10),

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda tal-infafet vesikolari (deni klassiku) tal-ħnieżer (11),

Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KE fir-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (12),

Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta' Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer li tirrevoka d-Direttiva 85/511/KEE u d-Deċiżjoni 89/531/KEE u 91/665/KEE u temenda d-Direttiva 92/46/KEE (13),

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/463/KE tat-23 ta' Lulju 1996 li tinnomina l-korp ta' referenza responsabbli biex jikkollabora ħalli jagħmel l-istess il-metodi tal-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali tar-razza pura tal-ispeċi tal-bovini (14),

Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 għall-bruċellosi,

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (15),

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta' Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta' ċertu mard f’annimali akkwatiċi (16),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 tat-28 ta' Frar 2008 li jikkonċerna l-laboratorju ta' referenza tal-Komunità għall-mard tal-ekwini għajr għall-marda Afrikana taż-żwiemel u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17),

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 737/2008 tat-28 ta' Lulju 2008 li jaħtar il-laboratorji Komunitarji ta' referenza għall-mard tal-krustaċji, l-idrofobija u t-tuberkolożi tal-ifrat, li jistipula responsabbiltajiet u ħidmiet supplementari għal-laboratorji ta' referenza Komunitarji għar-rabja u t-tuberkolożi tal-ifrat u li jemenda l-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18).

(6)

L-għajnuna finanzjarja għat-tħaddim u l-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' ħidma tal-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni għandha tkun konformi wkoll mar-regoli ta' eliġibilità stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 jistipula r-regoli ta' eliġibilità għal-laqgħat ta' ħidma organizzati mil-laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea. Jillimita wkoll l-għajnuna finanzjarja għal massimu ta' 32 parteċipant fil-laqgħat ta' ħidma. Għandhom jingħataw id-derogi għal dan il-limitu skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1754/2006 lil xi laboratorji ta' referenza tal-Unjoni Ewropea li jeħtieġu s-sostenn għall-attendenza ta' aktar minn 32 parteċipant biex jinkiseb l-aqwa riżultat tal-laqgħat ta' ħidma. F’każ li Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea jassumi t-tmexxija u r-responsabbiltà li jorganizza laqgħa ta' ħidma ma' Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea ieħor, ikunu jistgħu jinkisbu d-derogi.

(8)

Skont l-Artikolu 3(2)(a) u 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (19), il-qerda tal-mard tal-annimali u l-programmi ta' kontroll (miżuri veterinarji) għandhom jiġu ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG). Barra minn hekk, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 13 tar-regolament jipprevedi li f’każijiet eċċezzjonali ġġustifikati kif xieraq, għall-miżuri u l-programmi koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE, l-infiq marbut ma' spejjeż amministrattivi u tal-persunal imġarrba mill-Istati Membri u l-benefiċjarji ta' għajnuna mill-FAEG għandu jitħallas mill-Fond. Għal skopijiet ta' kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005.

(9)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-marda Afrikana taż-żwiemel, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio Central de Sanidad Animal de Algete, Algete (Madrid), fi Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 92/35/KEE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta' ħidma u għandha tammonta għal massimu ta' EUR 105 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011.

Artikolu 2

Għall-marda ta' Newcastle, l-Unjoni tagħti l-għajnuna finanzjarja lil Veterinary Laboratories Agency (VLA, ex-CVL), New Haw, Weybridge, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness V għad-Direttiva 92/66/KEE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta' ħidma u għandha tammonta għal massimu ta' EUR 90 850 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011, li minnha massimu ta' EUR 850 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta' laqgħa ta' ħidma teknika ristretta dwar il-marda ta' Newcastle.

Artikolu 3

Għall-marda vesikulari tal-ħnieżer, l-Unjoni tagħti l-għajnuna finanzjarja lill-AFRC Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, Pirbright, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness III għad-Direttiva 92/119/KEE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta' ħidma u għandha tammonta għal massimu ta' EUR 130 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011.

Artikolu 4

Għall-mard tal-ħut, l-Unjoni tagħti l-għajnuna finanzjarja lil Technical University of Denmark, National Veterinary Institute, Department of Poultry, Fish and Fur Animals, Aarhus, id-Danimarka, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva 2006/88/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta' ħidma u għandha tammonta għal massimu ta' EUR 318 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011, li minnha massimu ta' EUR 40 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta' laqgħa ta' ħidma teknika dwar il-mard tal-ħut.

Artikolu 5

Għall-marda tal-molluski bivalvi, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-IFREMER, La Tremblade, Franza, biex twettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness VI tad-Direttiva 2006/88/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak l-istitut għall-programm ta' ħidma u għandha tammonta għal massimu ta' EUR 130 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011.

Artikolu 6

Għall-bluetongue, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-AFRC Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, Pirbright, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness II(B) għad-Direttiva 2000/75/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta' ħidma u għandha tammonta għal massimu ta' EUR 300 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011.

Artikolu 7

Għad-deni klassiku tal-ħnieżer, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule Hannover, Hannover, il-Ġermanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness IV tad-Direttiva 2001/89/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak l-istitut għall-programm ta' ħidma u għandha tammonta għal massimu ta' EUR 340 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011, li minnha massimu ta' EUR 49 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta' laqgħa ta' ħidma teknika dwar il-marda tal-deni klassiku tal-ħnieżer.

Artikolu 8

Għad-deni Afrikan tal-ħnieżer, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lis-Centro de Investigación en Sanidad Animal, Valdeolmos, Madrid, Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness V għad-Direttiva 2002/60/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) 1754/2006 imġarrba minn dak iċ-ċentru ta' riċerka għall-programm ta' ħidma u għandha tammonta għal massimu ta' EUR 200 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011, li minnha massimu ta' EUR 40 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta' workshop tekniku dwar id-deni Afrikan tal-ħnieżer.

Artikolu 9

Għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, of the Biotechnology and Biological Sciences Research Council (BBSRC), Pirbright, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness XVI tad-Direttiva 2003/85/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta' ħidma u għandha tammonta għal massimu ta' EUR 360 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011.

Artikolu 10

Biex tikkollabora ħalli ġġib l-istess il-metodi tal-ittestjar u l-evalwazzjoni tar-riżultati għal annimali tat-trobbija ta' razza pura tal-ispeċi tal-bovini, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-INTERBULL Centre, Department of Animal Breeding and Genetics, Swedish University of Agricultural Sciences, Uppsala, l-Isvezja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni 96/463/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak iċ-ċentru għall-programm ta' ħidma u għandha tammonta għal massimu ta' EUR 150 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011.

Artikolu 11

Għall-bruċellosi, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-ANSES (ex-AFSSA), Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, Maisons-Alfort, Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta' ħidma u għandha tammonta għal massimu ta' EUR 275 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011, li minnha massimu ta' EUR 25 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta' laqgħa ta' ħidma teknika dwar il-bruċellosi.

Artikolu 12

Għall-influwenza tat-tjur, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Veterinary Laboratories Agency (VLA, ex-CVL), New Haw, Weybridge, ir-Renju Unit, biex twettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness VII għad-Direttiva 2005/94/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta' ħidma u għandha tammonta għal massimu ta' EUR 385 850 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011, li minnha massimu ta' EUR 850 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta' laqgħa ta' ħidma teknika ristretta dwar l-influwenza tat-tjur.

Artikolu 13

Għall-mard tal-krustaċji, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (Cefas), Weymouth Laboratory, ir-Renju Unit, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fil-Parti I Anness VI għad-Direttiva 2006/88/KE.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta' ħidma u għandha tammonta għal massimu ta' EUR 150 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011, li minnha massimu ta' EUR 40 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta' workshop tekniku dwar il-mard tal-krustaċji.

Artikolu 14

Għall-mard ekwin ħlief għall-Marda Afrikana taż-Żwiemel, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-ANSES (ex-AFSSA), Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses/Laboratoire d’études et de recherche en pathologie equine, Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness għar-Regolament (KE) Nru 180/2008.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta' ħidma u għandha tammonta għal massimu ta' EUR 540 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011, li minnha massimu ta' EUR 40 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta' laqgħa ta' ħidma teknika dwar il-mard ekwin.

Artikolu 15

Għall-idrofobija, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lill-ANSES (ex-AFSSA), Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, Nancy, Franza, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 737/2008.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 1754/2006 imġarrba minn dak il-laboratorju għall-programm ta' ħidma u għandha tammonta għal massimu ta' EUR 275 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011, li minnha massimu ta' EUR 25 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta' laqgħa ta' ħidma teknika dwar l-idrofobija.

Artikolu 16

Għat-tuberkulożi, l-Unjoni tagħti għajnuna finanzjarja lil-Laboratorio de Vigilancia Veterinaria (VISAVET) tal-Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid, Madrid, Spanja, biex iwettaq il-funzjonijiet u d-doveri stabbiliti fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 737/2008.

L-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun bir-rata ta' 100 % tal-ispejjeż eliġibbli kif iddefinit fir-Regolament (KE) 1754/2006 imġarrba minn dan il-laboratorju għall-programm ta' ħidma u għandha tammonta għal massimu ta' EUR 245 000 għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2011, li minnha massimu ta' EUR 30 000 għandhom ikunu ddedikati għall-organizzazzjoni ta' workshop tekniku dwar it-tuberkolożi.

Artikolu 17

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:

Għall-mard Afrikan taż-żwiemel: Laboratorio Central de Sanidad Animal, Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación, Ctra. De Algete km. 8, Valdeolmos, 28110, Algete (Madrid), Spanja;

Għall-Marda ta' Newcastle: Veterinary Laboratories Agency Weybridge, New Haw Addlestone Surrey KT15 3NB, Ir-Renju Unit;

Għall-marda vesikulari tal-Ħnieżer: AFRC Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, Pirbright, Woking, Surrey GU24 ONF, ir-Renju Unit;

Għall-mard tal-ħut: it-Technical University of Denmark, National Veterinary Institute, Department of Poultry, Fish and Fur Animals, Hangøvej 2, 8200-Arhus, id-Danimarka;

Għall-mard tal-molluski bivalvi: IFREMER, B.P. 133 17390 La Tremblade, Franza;

Għall-bluetongue: AFRC Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, Pirbright, Woking, Surrey GU24 ONF, ir-Renju Unit;

Għad-deni klassiku tal-ħnieżer: Institut für Virologie der Tierärztlichen Hochschule, Bischofsholer Damm 15, 3000 Hannover, il-Ġermanja;

Għad-deni Afrikan tal-ħnieżer: Centro de Investigación en Sanidad Animal, Ctra. De Algete a El Casar, Valdeolmos 28130, Madrid, Spanja;

Għall-marda tal-ilsien u d-dwiefer: AFRC Institute for Animal Health, Pirbright Laboratory, Pirbright, Woking, Surrey GU24 ONF, ir-Renju Unit;

INTERBULL Centre, Department of Animal Breeding and Genetics SLU, Swedish University of Agricultural Sciences, Box: 7023; SE-75007 Uppsala, l-Isvezja;

Għall-bruċellożi: ANSES, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, 23 avenue du Général de Gaulle 94706 Maisons-Alfort, Cedex Franza;

Għall-influwenza tat-Tjur: Veterinary Laboratories Agency Weybridge, New Haw Addlestone Surrey KT15 3NB, Ir-Renju Unit;

Għall-mard tal-krustaċji: Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (Cefas), Weymouth Laboratory, The Nothe, Barrack Road, Weymouth, Dorset DT4 8UB, ir-Renju Unit;

Għall-mard ekwin: ANSES, Laboratoire d’études et de recherches en pathologie animale et zoonoses, 23 avenue du Général de Gaulle 94706 Maisons-Alfort, Cedex Franza;

Għall-idrofobija: ANSES, Laboratoire d’études sur la rage et la pathologie des animaux sauvages, site de Nancy, Domaine de Pixérécourt, BP 9, 54220 Malzéville, Franza;

Għat-tuberkulożi: VISAVET - Laboratorio de vigilancia veterinaria, Facultad de Veterinaria, Universidad Complutense de Madrid, Avda. Puerta de Hierro, s/n. Ciudad Universitaria, 28040. Madrid, Spanja.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 331, 29.11.2006, p. 8.

(4)  ĠU L 157, 10.6.1992, p. 19.

(5)  ĠU L 260, 5.9.1992, p. 1.

(6)  ĠU L 62, 15.3.1993, p. 69.

(7)  ĠU L 175, 19.7.1993, p. 23.

(8)  ĠU L 332, 30.12.1995, p. 33.

(9)  ĠU L 79, 30.3.2000, p. 40.

(10)  ĠU L 327, 22.12.2000, p. 74.

(11)  ĠU L 316, 1.12.2001, p. 5.

(12)  ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27.

(13)  ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.

(14)  ĠU L 192, 2.8.1996, p. 19.

(15)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(16)  ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14.

(17)  ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4.

(18)  ĠU L 201, 30.7.2008, p. 29.

(19)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.


Top