Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0676

2010/676/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 8 ta’ Novembru 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, ta’ Ftehim fil-forma tal-Iskambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea

ĠU L 292, 10.11.2010, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/676/oj

Related international agreement

10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Novembru 2010

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, ta’ Ftehim fil-forma tal-Iskambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea

(2010/676/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

L-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jipprevedi li l-partijiet kontraenti jintrabtu li jissoktaw bl-isforzi tagħhom bil-għan li jiksbu liberalizzazzjoni progressiva tal-kummerċ agrikolu ta’ bejniethom.

(2)

F’Settembru 2005 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati man-Norveġja bil-għan li tinkiseb liberalizzazzjoni akbar tal-kummerċ bilaterali fi prodotti agrikoli, fil-qafas tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea. In-negozjati ntemmu b’suċċess u Ftehim fil-forma tal-Iskambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”) ġie inizjalat fit-28 ta’ Jannar 2010.

(3)

Il-Ftehim għandu jkun iffirmat f’isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Ftehim fil-forma tal-Iskambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar preferenzi kummerċjali addizzjonali għal prodotti agrikoli milħuq abbażi tal-Artikolu 19 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (1).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim, f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih tkun adottata.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. WATHELET


(1)  It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.


Top