This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0295
2010/295/CFSP: Political and Security Committee Decision EU BAM Rafah/1/2010 of 21 May 2010 extending the mandate of the Head of Mission of the European Union Border Assistance Mission at the Rafah Crossing Point
2010/295/CFSP: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EU BAM Rafah/1/2010 tal- 21 ta' Mejju 2010 li testendi il-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah
2010/295/CFSP: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà EU BAM Rafah/1/2010 tal- 21 ta' Mejju 2010 li testendi il-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah
ĠU L 126, 22.5.2010, p. 25–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 24/05/2011
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Extended validity | 32005E0889 | 24/05/2011 |
|
22.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ EU BAM Rafah/1/2010
tal-21 ta' Mejju 2010
li testendi il-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta' Assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah
(2010/295/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/889/PESK tal-12 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' Missjoni ta' Assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah (EUBAM Rafah) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 10(2) tal-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS), f'konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-fini tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni EU BAM Rafah, inkluż d-deċiżjoni sabiex jinħatar Kap tal-Missjoni. |
|
(2) |
Fil-11 ta' Novembru 2008, fuq proposta mis-Segretarju Ġenerali/Rappreżentant Għoli , il-KPS ħatar, permezz tad-Deċiżjoni EU BAM Rafah/1/2008 (2) tiegħu, lis-Sur Alain FAUGERAS bħala Kap tal-Missjoni EU BAM Rafah. |
|
(3) |
FL-20 ta' Mejju 2010, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta' Sigurtà ppropona lill-KPS biex jestendi l-mandat tas-Sur Alain FAUGERAS bħala Kap tal-Missjoni ta' EU BAM Rafah sal-24 ta' Mejju 2011, |
ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandat tas-Sur Alain FAUGERAS bħala Kap tal-Missjoni tal-Missjoni ta' Assistenza tal-Unjoni Ewropea fil-Fruntieri għall-Punt ta' Qsim ta' Rafah huwa b'dan estiż mill-25 ta' Novembru 2009 sal-24 ta' Mejju 2011.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-addozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
C. FERNÁNDEZ-ARIAS