Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0018

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Novembru 2009 li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal kisi tal-injam tal-art (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9427) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 8, 13.1.2010, p. 32–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 25/01/2017; Imħassar b' 32017D0176

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/18(1)/oj

    13.1.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 8/32


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-26 ta’ Novembru 2009

    li tistabbilixxi l-kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta Komunitarja għal kisi tal-injam tal-art

    (notifikata bid-dokument numru C(2009) 9427)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2010/18/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 dwar skema riveduta tal-għoti tal-ekotikketta Komunitarja (1), u partikolarment it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) tiegħu,

    Wara li kkonsultat mal-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000 jistabbilixxi li kriterji speċifiċi għal ekotikketta, ippreparati fuq il-bażi tal-kriterji fl-abbozzati mill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti.

    (2)

    Il-kriterji ekoloġiċi, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

    (3)

    Miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1980/2000,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-grupp ta’ prodotti ‘kisi tal-injam tal-art’ għandu jinkludi kisi abbażi ta’ injam u pjanti: li jinkludi kisi tal-injam, art laminata, kisi tas-sufra u art tal-bambù li huma magħmula, għal aktar minn 90 % fil-massa (fil-prodott finali), minn injam, trab tal-injam u/jew materjal abbażi ta’ injam/pjanti. Dan ma japplikax għal kisi tal-ħajt, fejn hu indikat sew, jew kisi għall-użu estern jew għal kisi b’funzjoni strutturali.

    Dan il-grupp ta’ prodotti mhux se jinkludi kisi ttrattat bi prodotti bijoċidali fi kwalunkwe stadju tal-proċess tal-produzzjoni, ħlief fejn dawk il-prodotti bijoċidali huma inklużi fl-Anness IA għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), u fejn is-sustanza attiva hija awtorizzata għall-użu konċernat skont l-Anness V għad-Direttiva 98/8/KE.

    Artikolu 2

    Sabiex tingħata l-ekotikketta Komunitarja taħt ir-Regolament (KE) Nru 1980/2000, kisi tal-injam tal-art irid jaqa’ fil-grupp ta’ prodotti ‘kisi tal-injam tal-art’ kif definit fl-Artikolu 1, u jrid jikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Il-kriterji ekoloġiċi għall-grupp ta’ prodotti “kisi tal-injam tal-art”, kif ukoll ir-rekwiżiti tal-valutazzjoni u tal-verifika relatati, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tan-notifika ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 4

    Għal skopijiet ta’ amministrazzjoni, in-numru tal-kodiċi mogħti lill-grupp ta’ prodotti “kisi tal-injam tal-art” għandu jkun “35”.

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Stavros DIMAS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 237, 21.9.2000, p. 1.

    (2)  ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.


    ANNESS

    QAFAS

    L-għanijiet tal-kriterji

    Dawn il-kriterji jimmiraw partikolarment biex jippromwovu:

    it-tnaqqis ta’ impatti fuq il-ħabitati u riżorsi assoċjati,

    it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija,

    it-tnaqqis ta’ ħruġ ta’ sustanzi tossiċi jew li jniġġsu b’xi mod ieħor fl-ambjent,

    it-tnaqqis tal-użu ta’ sustanzi perikolużi fil-materjali u fil-prodotti lesti,

    is-sikurezza u n-nuqqas ta’ riskju għas-saħħa fl-ambjent tal-għajxien,

    informazzjoni li tippermetti lill-konsumatur li juża l-prodott b’mod effiċjenti li jnaqqas l-impatt ambjentali globali.

    Il-kriterji huma stabbiliti f’livelli li jippromwovu t-tikkettar tal-kisi li huwa prodott b’impatt ambjentali baxx.

    Rekwiżiti ta’ valutazzjoni u ta’ verifika

    Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u ta’ verifika huma indikati f’kull kriterju.

    Dan il-grupp ta’ prodotti jinkludi “Kisi tal-injam”, “Art laminata”, “Kisi tas-sufra” u “Art tal-bambù”;

    Kisi tal-injam huwa “art tal-injam jew kisi tal-ħajt magħmul minn biċċa solida ta’ injam li għandha l-ġnub b’ħanek jew magħmula minn diversi folji ta’ injam inkullati flimkien f’pannell b’ħafna saffi. Kisi tal-injam jista’ jkun mhux lest, u ladarba jiġi installat jiġi xkatlat, u wara jitlesta fuq is-sit jew jitlesta minn qabel f’fabbrika.”

    Il-kriterji għall-kisi tal-injam jistgħu japplikaw kemm għal kisi tal-ħajt u kemm għal kisi tal-art, jekk il-proċessi tal-produzzjoni jibqgħu l-istess, bl-użu tal-istess materjali u tal-istess metodi tal-manifattura. Il-kriterji huma stabbiliti għall-użu intern biss.

    L-industrija li tipproduċi kisi tal-injam tal-art tiddetermina l-pożizzjoni teknika tagħha fil- Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni CEN/TC 112.

    Art laminata hija “kisi riġidu tal-art b’saff tal-wiċċ li jikkonsisti f’saff irqiq wieħed jew aktar magħmul minn materjal fibruż (normalment karta), mimli bir-reżina aminoplastika ssettjata bis-sħana (normalment melamina), ippressata jew mgħaqqda fuq sustrat, normalment jitlesta b’dahar”.

    Il-kriterji għall-kisi tal-laminat jistgħu jiġu applikati biss għall-kisi tal-art u għall-użu fuq ġewwa.

    L-industrija li tipproduċi kisi laminat tal-art tiddetermina l-pożizzjoni teknika tagħha fil- Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni CEN/TC 134.

    Kisi tas-sufra huwa kisi tal-art jew tal-ħajt li l-komponent prinċipali tiegħu hu s-sufra. Is-sufra mrammla hija mħallta ma’ preparazzjonijiet li jgħaqqdu, u wara jitnixxfu jew diversi saffi ta’ sufra (agglomerat/fuljetta) huma ppressati flimkien bil-kolla.

    Il-kisi tas-sufra jista’ jkun maqsum f’madum ta’ Sufra Naturali (li l-komponent prinċipali tiegħu huwa sufra b’kompiżizzjoni agglomerata, maħsub biex jingħata finitura) u f’pannelli ta’ Engineered Cork (li jikkonsisti f’saffi diversi li jinkludu fajberbord li l-komponent prinċipali tiegħu huwa sufra agglomerata jew għandu s-sufra bħala soluzzjoni teknika, maħsub biex jintuża b’saff ta’ finitura tal-użu).

    Il-kriterji għall-kisi tas-sufra jistgħu japplikaw kemm għall-kisi tal-ħajt u kemm għall-kisi tal-art, jekk il-proċessi tal-produzzjoni jibqgħu l-istess, bl-użu tal-istess materjali u l-istess metodi tal-manifattura. Il-kriterji huma stabbiliti biss għall-użu fuq ġewwa biss.

    L-industrija Ewropea tal-kisi tal-“sufra” tal-art tiddetermina l-pożizzjoni teknika tagħha fil- Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni CEN/TC134.

    Kisi tal-bambù tal-art huwa magħmul minn bambù f’biċċiet solidi jew f’agglomerati bħala komponent prinċipali.

    Kriterji għall-kisi tal-bambù jistgħu japplikaw biss għall-kisi tal-art u għall-użu fuq ġewwa.

    L-unità funzjonali, li għaliha għandhom jiġu relatati d-dħul u l-ħruġ, hija ta’ 1m2 ta’ prodott lest.

    Fejn huwa xieraq, metodi tal-ittestjar oħra li mhumiex dawk indikati għal kull kriterju jistgħu jintużaw jekk l-ekwivalenza tagħhom hija aċċettata mill-Korp Kompetenti li qed jivvaluta l-applikazzjoni.

    Fejn ikun possibbli, l-ittestjar għandu jitwettaq minn laboratorji akkreditati kif xieraq jew laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali ddikjarati fl-istandard EN ISO 17025.

    Fejn huwa xieraq, il-Korpi Kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.

    KRITERJI GĦALL-KISI TAL-INJAM TAL-ART

    1.   MATERJA PRIMA

    Is-sufra, il-bambù u l-injam verġni kollha għandhom joriġinaw minn foresti b’ġestjoni, sabiex jiġu implimentati l-prinċipji u l-miżuri maħsuba biex jiċċertifikaw il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti.

    1.1.   Ġestjoni sostenibbli tal-foresti

    Il-produttur għandu jkollu politika ta’ akkwist sostenibbli ta’ injam u sistema biex jittraċċa u jivverifika l-oriġini tal-injam u jsegwih minn mindu jkun għadu fil-foresti sa ma jasal fl-ewwel punt ta’ riċeviment.

    L-oriġini tal-injam kollu għandha tkun dokumentata. Il-produttur irid jiżgura li l-injam kollu ġej minn sorsi legali. L-injam ma għandux jiġi minn żoni protetti jew żoni li qegħdin fil-proċess uffiċjali sabiex jiġu protetti, foresti li ilhom jikbru ħafna u foresti b’valur ta’ konservazzjoni għoli ħafna definiti fil-proċessi nazzjonali tal-partijiet interessati sakemm ma jkunx ċar li x-xiri, li sar skont ir-regolamenti tal-konservazzjoni nazzjonali.

    Sat-30 ta’ Ġunju 2011, għal prodotti tal-injam li jitpoġġew fis-suq bl-Ekotikketta, talanqas 50 % ta’ kwalunkwe injam solidu u 20 % ta’ materjal abbażi ta’ injam iridu joriġinaw jew minn foresti b’ġestjoni sostenibbli li ġew iċċertifikati minn skemi ta’ partijiet terzi indipendenti li jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1998 dwar Strateġija għall-Forestrija għall-Unjoni Ewropea (1) [titolu mhux uffiċjali] u żvilupp ulterjuri tagħha, jew minn materjali riċiklati.

    Mill-1 ta’ Lulju 2011, sal-31 ta’ Diċembru 2012 għal prodotti tal-injam bl-Ekotikketta li jitpoġġew fis-suq, talanqas 60 % ta’ kwalunkwe injam solidu u 30 % ta’ materjal abbażi ta’ injam iridu joriġinaw jew minn foresti b’ġestjoni sostenibbli li ġew iċċertifikati minn skemi ta’ partijiet terzi indipendenti li jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1998 dwar Strateġija għall-Forestrija għall- Unjoni Ewropea [titolu mhux uffiċjali] u żvilupp ulterjuri tagħha, jew minn materjali riċiklati

    Mill-1 ta’ Jannar 2013, għal prodotti tal-injam bl-Ekotikketta li jitpoġġew fis-suq, talanqas 70 % ta’ kwalunkwe injam solidu u 40 % ta’ materjal abbażi ta’ injam iridu joriġinaw jew minn foresti b’ġestjoni sostenibbli li ġew iċċertifikati minn skemi ta’ partijiet terzi indipendenti li jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1998 dwar Strateġija għall-Forestrija għall- Unjoni Ewropea [titolu mhux uffiċjali] u żvilupp ulterjuri tagħha, jew minn materjali riċiklati

    Valutazzjoni u verifika: Biex jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet, l-applikant għandu juri li kull wieħed mill-prodotti tal-injam li għandhom Ekotikketta, meta jiġu introdotti fis-suq wara d-dati murija fil-kriterju ser jilħqu l-livell xieraq ta’ injam ċertifikat. Jekk dan ma jistax jintwera, il-korp kompetenti għandu joħroġ biss il-liċenzja tal-Ekotikketta għall-perjodu li għalih tista’ tintwera l-konformità. L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa mill-fornitur tal-injam fejn jindika t-tipi, l-kwantitajiet u l-oriġini eżatta tal-injam użat fil-produzzjoni tal-kisi tal-art. L-applikant għandu jipprovdi ċertifikat(i) xieraq/xierqa li juri(u) li l-iskema taċ-ċertifikazzjoni tissodisfa kif suppost ir-rekwiżiti kif stabbiliti fil-paragrafu 15 tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1998 dwar Strateġija għall-Forestrija għall-Unjoni Ewropea [titolu mhux uffiċjali].

    Definizzjoni: Materjal b’bażi ta’ injam tfisser materjal magħmul billi jitwaħħlu flimkien permezz ta’ sustanzi adeżivi u/jew kolla, wieħed jew aktar minn dawn il-materjali: fibri tal-injam, u/jew folji tal-injam bil-qoxra mneħħija jew imqaxxra, u/jew fdalijiet ta’ injam minn foresti, kultivazzjonijiet, injam maqtugħ, fdalijiet mill-industrija tal-polpa/karta, u/jew injam riċiklat. Materjali b’bażi ta’ injam jinkludu: ħardbord, fajberbord, fajberbord b’densità medja, ċippbord, OSB (Oriented Strand Board), plajwud, u pannelli ta’ injam solidu. It-terminu “materjal b’bażi ta’ injam” jirreferi wkoll għal materjali komposti magħmula minn pannelli abbażi ta’ injam miksija bi plastik, jew plastik laminat, jew metalli, jew materjali oħra tal-kisi u pannelli abbażi tal-injam lesti/semimanifatturati.

    1.2.   Materjali minn injam u pjanti riċiklati (għal art laminata u kisi tal-injam b’diversi saffi)

    Injam post consumer, laqx jew fibri applikati matul il-produzzjoni ta’ materjali b’bażi tal-injam (input), għandu talanqas jikkonforma mad-dispożizzjonijiet fl-istandard tal-Industrija EPF, kif rapportat fil-paragrafu 6 tad-dokument “Standard EPF għall-kundizzjonijiet tal-kunsinna ta’ injam riċiklat” tal-24 ta’ Ottubru 2002.

    L-ammont totali ta’ materjal riċiklat għandu jikkonforma mal-limiti indikati fit-tabella t’hawn taħt:

    Elementi u komposti

    Valuri tal-limitu

    (mg/kg ta’ pannell totali xott)

    Arseniku

    25

    Kadmju

    50

    Kromju

    25

    Ram

    40

    Ċomb

    90

    Merkurju

    25

    Florina

    100

    Kloru

    1 000

    Pentachlorophenol (PCP)

    5

    Żjut tal-qatran (benzo(a)pyrene)

    0,5

    Valutazzjoni u verifika: Għandha tingħata dikjarazzjoni li l-injam riċiklat jew materjali tal-pjanti jikkonformaw mal-valuri tal-limitu kif stabbiliti fit-test. Jekk jista’ jkun ippruvat li s-sustanzi indikati ma ntużaw fl-ebda preparazzjoni jew trattament preċedenti, l-applikazzjoni tat-test biex tintwera l-konformità ma’ dan ir-rekwiżit tista’ tiġi evitata.

    1.3.   Sustanzi tal-mili u preservanti

    Art tal-injam ma għandhiex tkun mimlija b’xi sustanzi.

    Injam solidu, wara l-qtugħ, ma għandux ikun ittrattat b’sustanzi jew preparazzjonijiet li fihom sustanzi li huma inklużi f’xi waħda minn dawn il-listi:

    Klassifika ta’ pestiċidi rakkomandata mill-WHO b’perikolu kklassifikat bħala klassi 1a (estremament perikoluż),

    Klassifika ta’ pestiċidi rakkomandata mill-WHO b’perikolu kklassifikat bħala klassi 1b (perikoluż ħafna).

    Barra minn dan, it-trattament tal-injam għandu jkun skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 79/117/KEE (2) u d-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE (3).

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li turi l-konformità ma’ dan il-kriterju, lista ta’ sustanzi li ġew użati u dokument ta’ informazzjoni għal kull waħda minnhom.

    1.4.   Injam modifikat ġenetikament

    Il-prodott ma għandux ikun fih injam OMĠ.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li ma ntuża l-ebda injam OMĠ.

    2.   UŻU TA’ SUSTANZI PERIKOLUŻI

    2.1.   Sustanzi perikolużi għat-trattamenti ta’ injam mhux maħdum u pjanti

    (a)

    L-ebda sustanza jew preparazzjoni li ngħataw, jew li jistgħu jingħataw fil-ħin tal-applikazzjoni, kwalunkwe waħda minn dawn il-frażijiet ta’ riskju li ġejjin (jew kombinazzjonijiet tagħhom) ma jistgħu jiġu miżjuda mal-prodott tal-injam:

     

    R23 (tossiku jekk ikun hemm inalazzjoni),

     

    R24 (tossiku jekk ikun hemm kuntatt mal-ġilda),

     

    R25 (tossiku jekk jinbela’),

     

    R26 (tossiku ħafna jekk ikun hemm inalazzjoni),

     

    R27 (tossiku ħafna jekk ikun hemm kuntatt mal-ġilda),

     

    R28 (tossiku ħafna jekk jinbela’),

     

    R39 (periklu ta’ effetti serji ħafna li huma irriversibbli),

     

    R40 (evidenza limitata ta’ effett karċinoġeniku),

     

    R42 (jista’ jikkawża sensitizzazzjoni jekk ikun hemm inalazzjoni),

     

    R43 (jista’ jikkawża sensitizzazzjoni jekk ikun hemm kuntatt mal-ġilda),

     

    R45 (jista’ jikkawża l-kanċer),

     

    R46 (jista’ jikkawża ħsara ġenetika li tintiret),

     

    R48 (periklu jew ħsara serja għas-saħħa jekk ikun hemm esponiment fit-tul),

     

    R49 (jista’ jikkawża l-kanċer jekk ikun hemm inalazzjoni),

     

    R50 (tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi),

     

    R51 (tossiku għall-organiżmi akkwatiċi),

     

    R52 (ta’ ħsara għall-organiżmi akkwatiċi),

     

    R53 (jista’ jikkawża effetti negattivi fit-tul fl-ambjent akkwatiku),

     

    R60 (jista’ jaffettwa ħażin il-fertilità),

     

    R61 (jista’ jikkawża ħsara lit-trabi li għadhom ma twildux),

     

    R62 (riskju possibbli li jaffettwa ħażin il-fertilità),

     

    R63 (riskju possibbli ta’ ħsara lit-trabi li għadhom ma twildux),

     

    R68 (riskju possibbli ta’ effetti irriversibbli).

    kif inhu stabbilit fid-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE tas-27 ta’ Ġunju 1967 (id-Direttiva Dwar is-Sustanzi Perikolużi) rigward l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ sustanzi (4), u l-emendi sussegwenti tagħha, u b’kunsiderazzjoni għad-Direttiva 1999/45/KE (5) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (id-Direttiva Dwar il-Preparazzjonijiet Perikolużi).

    Alternattivament, il-klassifikazzjoni tista’ titqies skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, it-tikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (6). F’dan il-każ l-ebda sustanza jew preparazzjoni ma tista’ tiġi miżjuda mal-materja prima li fiha, jew li tista’ tingħata fil-ħin tal-applikazzjoni kwalunkwe minn dawn id-dikjarazjonijiet ta’ periklu li ġejjin (jew kombinazzjonijiet tagħhom): H300, H301, H310, H311, H317 H330, H331, H334, H351, H350, H340, H350i, H400, H410, H411, H412, H413, H360F, H360D, H361f, H361d H360FD, H361fd, H360Fd, H360Df, H341, H370, H372.

    (b)

    Il-prodott ma għandux ikun fih aġenti aloġenati organiċi li jgħaqqdu, azidirin u polyaziridins kif ukoll pigmenti u addittivi bbażati fuq:

    ċomb, kadmju, kromju (VI), merkurju u l-komposti tagħhom,

    arseniku, boron u ram,

    landa organika.

    2.2.   Sustanzi perikolużi fil-kisi u t-trattamenti tal-wiċċ

    Rekwiżiti ġeneriċi

    (a)

    Ir-rekwiżiti tal-parti 2.1 dwar Sustanzi perikolużi għal trattamenti ta’ injam mhux maħdum u ta’ pjanti għandu japplika wkoll għall-kisi u trattamenti tal-wiċċ.

    (b)

    Sustanzi kimiċi klassifikati bħala ta’ ħsara għall-ambjent mill-manifattur/fornitur kimiku skont is-sistema tal-klassifikazzjoni tal-UE (it-28 Emenda għad-Direttiva 67/548/KEE) għandhom jikkonformaw ma’ dawn iż-żewġ limiti li ġejjin:

    Sustanzi kimiċi klassifikati bħala perikolużi għall-ambjent skont id-Direttiva 1999/45/KE ma għandhomx jiġu miżjuda ma’ sustanzi u preparazzjonijiet għal trattamenti tal-wiċċ.

    Madankollu, il-prodotti jistgħu jinkludu sa 5 % ta’ komposti organiċi volatili (VOC) kif inhu definit fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE (7) (il-VOC huma kwalunkwe kompost organiku li f’293.15K ikollu pressa tal-fwar ta’ 0.01kPa jew iżjed, jew li jkollu volatilità korrispondenti taħt il-kundizzonijiet partikolari tal-użu). Jekk il-prodott jirrikjedi li jiġi dilwit, il-kontenut tal-prodott dilwit ma għandux jeċċedi l-valuri tal-limitu msemmija hawn fuq.

    Il-kwantità applikata (żebgħa/verniċ li għadu ma nixifx) ta’ sustanzi li jagħmlu l-ħsara l-ambjent ma għandhiex teċċedi l-14 g/m2 tal-erja tal-wiċċ u l-kwantità applikata (żebgħa/verniċ li għadu ma nixifx) ta’ VOC ma għandux jeċċedi il-35 g/m2.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jippreżenta dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ dokumenti li jappoġġjaw din id-dikjarazzjoni, li jinkludu:

    riċetta kompluta bit-tqassim tal-kwantitajiet u numri CAS għas-sustanzi kostitwenti,

    il-metodu tal-ittestjar u r-riżultati tat-testijiet għas-sustanzi kollha preżenti fil-prodott, skont id-Direttiva 67/548/KEE,

    dikjarazzjoni li turi li s-sustanzi kostitwenti kollha ġew iddikjarati,

    numru ta’ kisi u l-kwantità applikata għal kull kisja għal kull metru kwadru ta’ wiċċ.

    Il-gradi standard ta’ effettività li ġejjin huma użati sabiex jiġi kkalkulat il-konsum tal-prodott għat-trattament tal-wiċċ u tal-kwantità applikata: Apparat li jisprejja mingħajr riċiklaġġ 50 %, apparat li jisprejja b’riċiklaġġ 70 %, sprejjar elettrostatiku 65 %, sprejjar, qanpiena/diska 80 %, kisi bir-romblu 95 %, kisi komplut 95 %, kisi bil-vakwu 95 %, tgħaddis 95 %, tlaħliħ 95 %.

    (c)

    Il-kontenut ta’ formaldehyde liberu fi prodotti jew preparazzjonijiet użati fil-pannelli ma għandux jeċċedi ż-0,3 % fil-piż.

    Il-kontenut ta’ formaldehyde liberu fi preparazzjonijiet li jgħaqqdu, sustanzi adeżivi u kolla għal pannelli tal-plajwud jew pannelli tal-injam laminat ma għandux jeċċedi ż-0.5 % fil-piż.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjonijiet xierqa li jivverifikaw li r-rekwiżiti t’hawn fuq huma rispettati. Għall-prodotti kimiċi użati fil-produzzjoni għandha tiġi ppreżentata SDS jew dokumentazzjoni ekwivalenti li fiha l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-perikolu għas-saħħa.

    Sustanzi Adeżivi

    (a)

    Ir-rekwiżiti tal-parti 2.1 dwar Sustanzi perikolużi għal trattamenti ta’ injam mhux maħdum u pjanti għandhom japplikaw ukoll għas-sustanzi adeżivi.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjonijiet xierqa li jivverifikaw li r-rekwiżiti t’hawn fuq huma sodisfatti. Għal kull prodott kimiku użat fl-immuntar tal-prodott, għandha tiġi ppreżentata SDS jew dokumentazzjoni ekwivalenti li fiha l-informazzjoni dwar il-klassifikazzjoni tal-perikolu għas-saħħa. Rapporti tal-ittestjar jew dikjarazzjoni mill-fornitur għandhom jiġu ppreżentati għall-kontenut ta’ formaldehyde liberu.

    (b)

    Il-kontenut tal-VOC tas-sustanzi adeżivi użati fl-immuntar tal-prodott ma għandux jeċċedi l-10 % fil-piż (w/w).

    Valutazzjoni u verifika: dikjarazzjoni għandha tiġi ppreżentata mill-applikant fejn jindika s-sustanzi adeżivi kollha użati fl-immuntar tal-prodott, kif ukoll il-konformità ma’ dan il-kriterju.

    Formaldehyde

    Emissjonijiet ta’ formaldehyde minn sustanzi u preparazjonijiet għal trattament tal-wiċċ li jilliberaw formaldehyde għandhom ikunu anqas minn 0,05ppm.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant u/jew il-fornitur tiegħu għandu jipprovdi Dokument ta’ Informazzjoni dwar is-Sikurezza tal-Materjal jew dikjarazzjoni ekwivalenti għall-konformità ma’ dan ir-rekwiżit, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-formulazzjoni tat-trattament tal-wiċċ.

    Plastiċizzanti

    Ir-rekwiżiti ta’ parti 2.1 dwar Sustanzi perikolużi għal trattamenti ta’ injam mhux maħdum u pjanti għandhom japplikaw ukoll għal xi ftalati użati fil-proċess tal-manifattura.

    Barra minn dan, DNOP (ftalat di-n-octyl), DINP (ftalat di-isononyl), DIDP ((ftalat di-isodecyl) mhumiex permessi fil-prodott.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

    Bijoċidi

    Huma biss il-prodotti bijoċidali li fihom sustanzi attivi bijoċidali inklużi fl-Anness IA tad-Direttiva 98/8/KE, u awtorizzati għall-użu f’kisi tal-art, li huma permessi għall-użu.

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni li r-rekwiżiti ta’ dan il-kriterju ġew sodisfatti, flimkien ma’ lista ta’ prodotti bijoċidali użati.

    3.   IL-PROĊESS TAL-PRODUZZJONI

    3.1.   Konsum tal-enerġija

    Il-konsum tal-enerġija għandu jiġi kkalkulat bħall-enerġija tal-ipproċessar użata għall-produzzjoni tal-kisi.

    L-enerġija tal-ipproċessar, ikkalkulata kif indikat fl-Appendiċi Tekniku, għandha teċċedi l-limiti li ġejjin (P = punt tal-iskor):

    Familja tal-prodott

    Limitu

    (P)

    Art tal-injam u kisi tal-Bambù

    10,5

    Kisi laminat tal-art

    12,5

    Kisi tas-sufra

    9

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jikkalkula l-konsum tal-Enerġija tal-proċess tal-produzzjoni skont l-istruzzjonijiet tal-Appendiċi Tekniku, u jipprovdi r-riżultati relatati u d-dokumentazzjoni ta’ appoġġ.

    3.2.   Ġestjoni tal-iskart

    L-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa dwar il-proċeduri adottati għall-irkuprar ta’ prodotti sekondarji li joriġinaw mill-proċess. L-applikant għandu jipprovdi rapport li jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

    it-tip u l-kwantità tal-iskart irkuprat,

    it-tip tar-rimi,

    informazzjoni dwar l-użu mill-ġdid (internament jew esternament għall-proċess tal-produzzjoni) ta’ skart u materjali sekondarji fil-produzzjoni ta’ prodotti ġodda.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa bbażata fuq, pereżempju, dokumenti tal-bilanċ tal-massa u/jew sistemi ta’ rappurtaġġ ambjentali li juru r-rati tal-irkuprar miksuba kemm esternament jew internament, pereżempju, permezz ta’ riċiklaġġ, użu mill-ġdid jew reklamazzjoni/riġenerazzjoni.

    4.   IL-FAŻI TAL-UŻU

    4.1.   Ħruġ ta’ sustanzi perikolużi

    Il-ħruġ ta’ formaldehyde mill-pannelli tas-sufra, bambù jew fibri tal-injam li jikkostitwixxu l-kisi ma għandux jaqbeż iż-0,05 mg/m3.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni xierqa bbażata fuq test skont il-metodu ta’ chamber test skont il-metodu EN 717-1.

    Komposti Organiċi Volatili (VOC)

    Il-prodotti lesti ma għandhomx jeċċedu l-valuri ta’ emissjoni li ġejjin:

    Sustanza

    Rekwiżit

    (wara 3 ijiem)

    Total ta’ komposti organiċi fil-firxa taż-żamma

    C6 – C16 (TVOC)

    0,25 mg/m3 arja

    Total ta’ komposti organiċi fil-firxa taż-żamma

    > C16 – C22 (TSVOC)

    0,03 mg/m3 arja

    Total VOC mingħajr LIC (*)

    0,05 mg/m3 arja

    Valutazzjoni u verifika: L-applikant għandu jippreżenta ċertifikat tal-ittestjar skont it-testijiet tal-emissjoni prEN 15052 jew EN ISO 16000-9.

    5.   IMBALLAĠĠ

    L-imballaġġ għandu jkun magħmul minn wieħed minn dawn li ġejjin:

    materjal li faċilment jiġi riċiklat,

    materjali meħuda minn riżorsi rinovabbli,

    materjali maħsuba biex jerġgħu jintużaw.

    Valutazzjoni u verifika: Deskrizzjoni tal-imballaġġ tal-prodott għandha tingħata mal-applikazzjoni, flimkien ma’ dikjarazzjoni korrispondenti ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.

    6.   L-ADEGWATEZZA GĦALL-UŻU

    Il-prodott għandu jkun adegwat għall-użu. Din l-evidenza tista’ tinkludi informazzjoni minn ISO, CEN jew metodi għall-ittestjar ekwivalenti xierqa, bħal proċeduri nazzjonali.

    Valutazzjoni u verifika: dettalji tal-proċeduri tat-test u r-riżultati għandhom jiġu ppreżentati, flimkien ma’ dikjarazzjoni li l-prodott huwa adegwat għall-użu bbażata fuq l-informazzjoni l-oħra kollha dwar l-aqwa applikazzjoni mill-utent aħħari. Skont id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (8), prodott huwa meqjus bħala adegwat għall-użu jekk jikkonforma ma’ standard armonizzat, approvazzjoni teknika Ewropea jew speċifikazzjoni teknika mhux armonizzata rikonoxxuta fuq livell Komunitarju. Il-marka tal-konformità tal-KE “KE” għall-prodotti tal-bini tipprovdi lill-produtturi b’attestazzjoni tal-konformità li tingħaraf faċilment u li tista’ titqies bħala suffiċjenti f’dan il-kuntest.

    7.   INFORMAZZJONI GĦALL-KONSUMATUR

    Il-prodott għandu jinbiegħ bl-informazzjoni rilevanti għall-utent, li tipprovdi pariri dwar l-użu propju, flimkien mal-aqwa użu ġenerali u tekniku tal-prodott, kif ukoll il-manutenzjoni tiegħu. Dan għandu jkollu l-informazzjoni li ġejja fuq il-pakkett u/jew fuq dokumentazzjoni li tingħata mal-prodott:

    (a)

    informazzjoni li l-prodott ingħata Ekotikketta tal-UE flimkien ma’ spjegazzjoni qasira imma speċifika dwar din xi tfisser, apparti l-informazzjoni ġenerali mogħtija fil-kaxxa 2 tal-lowgo;

    (b)

    rakkomandazzjonijiet dwar l-użu u l-manutenzjoni tal-prodott. Din l-informazzjoni għandha tenfasizza l-istruzzjonijiet rilevanti kollha partikolarment dawk li jirreferu għall-manutenzjoni u l-użu tal-prodotti. Kif inhu xieraq, għandha ssir referenza għall-karatteristiċi tal-użu tal-prodott f’kundizzjonijiet diffiċli, pereżempju l-assorbiment tal-ilma, ir-reżistenza għat-tbajja’, ir-reżistenza għall-kimiki, it-tħejjija meħtieġa tal-wiċċ ta’ taħt, l-istruzzjonijiet tat-tindif u t-tipi rrakkomandati ta’ aġenti tat-tindif u tal-intervalli tat-tindif. L-informazzjoni għandha tinkludi wkoll kwalunkwe indikazzjoni possibbli dwar it-tul potenzjali tal-ħajja mistennija tal-prodott f’termini tekniċi, jew bħala medja jew bħala firxa tal-valur;

    (c)

    indikazzjoni ta’ kif isir ir-riċiklaġġ jew ir-rimi (spjegazzjoni sabiex tingħata informazzjoni lill-konsumatur dwar il-prestazzjoni għolja possibbli tat-tali prodott);

    (d)

    informazzjoni dwar l-Ekotikketta tal-UE u l-gruppi ta’ prodotti relatati magħha, inkluż it-test li ġej (jew l-ekwivalenti tiegħu): “għal iktar informazzjoni żur il-websajt tal-Ekotikketta tal-UE: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/”.

    Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tal-imballaġġ u/jew it-testi magħluqa fih.

    8.   INFORMAZZJONI LI TIDHER FUQ L-EKOTIKKETTA

    Il-kaxxa 2 tal-Ekotikketta għandha tinkludi t-test li ġej:

    foresti b’ġestjoni sostenibbli u b’impatt imnaqqas fuq il-ħabitat,

    sustanza perikoluża ristretta,

    proċess tal-produzzjoni li jiffranka l-enerġija,

    riskju mnaqqas għas-saħħa fl-ambjent ħaj.


    (1)  ĠU C 56, 26.2.1999, p. 1.

    (2)  ĠU L 33, 8.2.1979, p. 36.

    (3)  ĠU L 262, 27.9.1976, p. 201.

    (4)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.

    (5)  ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.

    (6)  ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.

    (7)  ĠU L 85, 29.3.1999, p. 1.

    (*)  LCI = Lanqas Konċentrazzjoni ta’ Interess (Lowest Concentration of Interest); cf. “Proċess ta’ valutazzjoni tar-riskji għas-saħħa għal emissjonijiet ta’ komposti organiċi volatili (VOC) minn prodotti tal-bini” (Aġenzija Ambjentali Federali).

    (8)  ĠU L 40, 11.2.1989, p. 12.

    Appendiċi tekniku għall-kisi b’bażi ta’ injam u pjanti

    KALKOLU TAL-KONSUM TAL-ENERĠIJA

    Il-konsum tal-enerġija huwa kkalkulat bħala medja annwali tal-enerġija kkunsmata matul il-proċess tal-produzzjoni (eskluż it-tisħin tal-post) mill-materja prima fi kwantità kbira sal-kisi lest. Dan ifisser, pereżempju, li l-kalkolu tal-enerġija għal prodotti b’bażi ta’ injam u pjanti għandu jitkejjel minn meta tidħol il-materja prima fil-fabbrika, sal-operazzjonijiet tat-tlestija, inkluż l-imballaġġ.

    Il-kalkolu ma għandux jinkludi l-kontenut tal-enerġija tal-materja prima (jiġifieri: enerġija minn materja prima).

    L-enerġija meħtieġa għall-manifattura ta’ sustanzi adeżivi u verniċ jew kisi ma għandhiex tiġi inkluża fil-kalkoli.

    L-unità magħżula għall-kalkoli hija MJ/m2.

    Il-konsum tal-elettriku jirreferi għal elettriku mixtri mingħand fornitur estern.

    Jekk il-produttur għandu enerġija żejda li tinbiegħ bħala elettriku, fwar jew sħana, il-kwantità mibjugħa tista’ titnaqqas mill-konsum tal-fjuwil. Huwa biss il-fjuwil li filfatt jintuża fil-produzzjoni tal-kisi ta’ art li għandu jiġi inkluż fil-kalkoli.

    Art tal-Injam Solidu u kisi tal-Bambù

    Parametru ambjentali

    A

    =

    Injam minn foresta ċertifikata, sostenibbli (%)

    B

    =

    Proporzjon ta’ fjuwils rinovabbli (%)

    C

    =

    Konsum tal-elettriku (MJ/m2)

    D

    =

    Konsum tal-fjuwil (MJ/m2)

    Formula

    Art laminata

    Parametru ambjentali

    A

    =

    Sufra. Bambù jew Injam minn foresta ċertifikata, sostenibbli (%)

    B

    =

    Proporzjon ta’ materja prima tal-injam riċiklat (%)

    C

    =

    Proporzjon ta’ fjuwils rinovabbli (%)

    D

    =

    Konsum tal-elettriku (MJ/m2)

    E

    =

    Konsum tal-fjuwil (MJ/m2)

    Formula

    Kisi tas-sufra

    Parametru ambjentali

    A

    =

    Proporzjon ta’ sufra riċiklata (%)

    B

    =

    Proporzjon ta’ fjuwils rinovabbli (%)

    C

    =

    Konsum tal-elettriku (MJ/m2)

    D

    =

    Konsum tal-fjuwil (MJ/m2)

    Formula

    Il-kontenut tal-enerġija ta’ diversi fjuwils huwa mogħti fit-tabella li ġejja.

    Tabella għall-kalkulazzjoni tal-konsum tal-fjuwil

    Perjodu tal-produzzjoni – sena

    Jiem:

    Minn:

    Sa:


    Fjuwil

    Kwantità

    Unitajiet

    Fattur tal-konverżjoni

    Enerġija

    (MJ)

    Tiben (15 % W)

     

    kg

    14,5

     

    Griebeb (7 % W)

     

    kg

    17,5

     

    Skart tal-injam (20 % W)

     

    kg

    14,7

     

    Laqx tal-injam (45 % W)

     

    kg

    9,4

     

    Pit

     

    kg

    20

     

    Gass naturali

     

    kg

    54,1

     

    Gass naturali

     

    Nm3

    38,8

     

    Butan

     

    kg

    49,3

     

    Pitrolju

     

    kg

    46,5

     

    Petrol

     

    kg

    52,7

     

    Diżil

     

    kg

    44,6

     

    Nafta

     

    kg

    45,2

     

    Żejt fjuwil tqil

     

    kg

    42,7

     

    Faħam Xott tal-Fwar

     

    kg

    30,6

     

    Antraċite

     

    kg

    29,7

     

    Faħam tal-kannol

     

    kg

    33,7

     

    Kokk industrijali

     

    kg

    27,9

     

    Elettriku (mill-grilja)

     

    kWh

    3,6

     

    Enerġija totali (MJ)

     


    Top