Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0960

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 960/2009 tal- 14 ta’ Ottubru 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp

    ĠU L 270, 15.10.2009, p. 8–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/960/oj

    15.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 270/8


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 960/2009

    tal-14 ta’ Ottubru 2009

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (1) (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “id-DCI”), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 31(1) sottoparagrafu 3 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 1(1) u l-Artikolu 31(1) tad-DCI, l-Anness II għad-DCI fih lista tar-reċipjenti tal-għajnuna tal-Kumitat għall-Għajnuna fl-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (OECD/DAC), li trid tiġi aġġornata skont ir-reviżjonijiet li jagħmel l-OECD/DAC tal-lista tiegħu tar-reċipjenti tal-għajnuna.

    (2)

    Wara aġġornament tal-lista ta' reċipjenti tal-għajnuna li hemm fl-Anness II għad-DCI, il-Kummissjoni għandha taġġorna l-Anness I tagħha u tinforma lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew b'dan.

    (3)

    Huwa għalhekk xieraq li l-Arabja Sawdita titneħħa mil-lista ta' reċipjenti tal-għajnuna tal-OECD/DAC kif imniżżel fl-Anness II tad-DCI u mil-lista ta' pajjiżi eliġibbli taħt l-Artikolu (1) kif imniżżel fl-Anness 1 tiegħu.

    (4)

    Huwa għalhekk xieraq li l-Kosovo (2) jiġi inkluż fil-lista ta' reċipjenti tal-ODA tal-OECD/DAC kif imniżżel fl-Anness II tad-DCI taħt il-Pajjiżi u Territorji bi Dħul Medju-Baxx.

    (5)

    Huwa wkoll xieraq li jiġu aġġornati n-noti ta' qiegħ il-paġna fl-Anness II skont ir-reviżjonijiet tal-OECD/DAC.

    (6)

    Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati b'dan kif xieraq,

    ADOTTAT IR-REGOLAMENT LI ĠEJ:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Anness I jinbidel bl-Anness I mehmuż.

    (2)

    L-Anness II jinbidel bl-Anness II mehmuż.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ottubru 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Karel DE GUCHT

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

    (2)  Taħt ir-Reżoluzzjoni tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244/1999.


    ANNESS I

    Pajjiżi eliġibbli taħt l-artikolu 1(1)

    L-Amerika Latina

    1.

    L-Arġentina

    2.

    Il-Bolivja

    3.

    Il-Brażil

    4.

    Iċ-Ċilì

    5.

    Il-Kolumbja

    6.

    Il-Kosta Rika

    7.

    Kuba

    8.

    L-Ekwador

    9.

    El Salvador

    10.

    Il-Gwatemala

    11.

    Il-Ħonduras

    12.

    Il-Messiku

    13.

    In-Nikaragwa

    14.

    Il-Panama

    15.

    Il-Paragwaj

    16.

    Il-Perù

    17.

    L-Urugwaj

    18.

    Il-Venezwela

    L-Asja

    19.

    L-Afganistan

    20.

    Il-Bangladexx

    21.

    Il-Bhutan

    22.

    Il-Kambodja

    23.

    Iċ-Ċina

    24.

    L-Indja

    25.

    L-Indonesja

    26.

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    27.

    Il-Laos

    28.

    Malasja

    29.

    Il-Maldive

    30.

    Il-Mongolja

    31.

    Il-Mjanmar

    32.

    In-Nepal

    33.

    Il-Pakistan

    34.

    Il-Filippini

    35.

    Is-Sri Lanka

    36.

    It-Tajlandja

    37.

    Il-Vjetnam

    L-Asja Ċentrali

    38.

    Il-Każakstan

    39.

    Ir-Repubblika Kirgiża

    40.

    It-Taġikistan

    41.

    It-Turkmenistan

    42.

    L-Użbekistan

    Il-Lvant Nofsani

    43.

    L-Iran

    44.

    L-Iraq

    45.

    L-Oman

    46.

    Il-Jemen

    L-Afrika t’Isfel

    47.

    L-Afrika t’Isfel


    ANNESS II

    Lista tal-OECD/DAC ta' reċipjenti tal-ODA

    Effettiva mill-2008 għar-rappurtar dwar il-flussi tal-2008, l-2009 u l-2010

    Il-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati

    Pajjiżi Oħrajn bi Dħul Baxx

    (DGN per capita < USD 935 fl-2007)

    Pajjiżi u Territorji bi Dħul Medju-Baxx

    (DGN per capita < USD 936 – USD 3 705 fl-2007)

    Pajjiżi u Territorji bi Dħul Medju-Għoli

    (DGN per capita < USD 3 706 – USD 11 455 fl-2007)

    L-Afganistan

    Kosta tal-Avorju

    L-Albanija

     (*)Anguilla

    L-Angola

    Il-Gana

    L-Alġerija

    Antigua u Barbuda (1)

    Il-Bangladexx

    Il-Kenja

    L-Armenja

    L-Arġentina

    Il-Benin

    Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    L-Ażerbajġan

    Il-Barbados (2)

    Il-Bhutan

    Rep. tal-Kirgistan

    Il-Bolivja

    Il-Belarus

    Burkina Faso

    In-Niġerja

    Il-Bosnija u Ħerzegovina

    Il-Beliże

    Il-Burundi

    Il-Pakistan

    Il-Kamerun

    Il-Bozwana

    Il-Kambodja

    Papua New Guinea

    Kap Verde

    Il-Brażil

    Rep. tal-Afrika Ċentrali

    It-Taġikistan

    Iċ-Ċina

    Iċ-Ċilì

    Iċ-Ċad

    L-Użbekistan

    Il-Kolumbja

    Il-Gżejjer Cook

    Komoros

    Il-Vjetnam

    Rep. tal-Kongo

    Il-Kosta Rika

    Ir-Rep. Dem. tal-Kongo

    Iż-Żimbabwe

    Repubblika Dominikana

    Il-Kroazja

    Ġibuti

     

    L-Ekwador

    Kuba

    Il-Ginea Ekwatorjali

     

    L-Eġittu

    Dominika

    L-Eritrea

     

    El Salvador

    Fiġi

    L-Etjopja

     

    Il-Ġorġja

    Il-Gabon

    Il-Gambja

     

    Il-Gwatemala

    Il-Grenada

    Il-Guinea

     

    Gujana

    Il-Ġamajka

    Il-Ginea-Bissaw

     

    Il-Ħonduras

    Il-Każakstan

    Il-Ħaiti

     

    L-Indja

    Il-Libanu

    Il-Kiribati

     

    L-Indonesja

    Il-Libja

    Il-Laos

     

    L-Iran

    Il-Malasja

    Il-Lesoto

     

    L-Iraq

    Il-Mawrizju

    Il-Liberja

     

    Il-Ġordan

     (*)Il-Majott

    Il-Madagaskar

     

    Il-Kosovo (3)

    Il-Messiku

    Il-Malawi

     

    Il-Gżejjer Marshall

    In-Norveġja

    Il-Maldive

     

    Mikronesja, Stati Fed.

    Montserrat (*)

    Mali

     

    Ir-Repubblika tal-Moldova

    Nauru

    Il-Mawritanja

     

    Il-Mongolja

    L-Oman (1)

    Il-Możambik

     

    Il-Marokk

    Il-Palau

    Il-Mjanmar

     

    In-Namibja

    Il-Panama

    In-Nepal

     

    In-Nikaragwa

    Is-Serbja

    In-Niġer

     

    Niue

    Is-Seychelles

    Ir-Rwanda

     

    It-Territorji Okkupati tal-Palestina

    L-Afrika t’Isfel

    Is-Samoa

     

    Il-Paragwaj

    Sant’Elena (*)

    Sao Tomé u Prinċipe

     

    Il-Perù

    San Kristofru u Nevis

    Is-Senegal

     

    Il-Filippini

    Sta. Luċija

    Sierra Leone

     

    Is-Sri Lanka

    San Vinċenz u l-Grenadini

    Il-Gżejjer Solomon

     

    Sważiland

    Surinam

    Is-Somalja

     

    Is-Sirja

    Trinidad u Tobago (2)

    Is-Sudan

     

    It-Tajlandja

    It-Turkija

    It-Tanzanija

     

    L-eksRepubblika Jugoslava tal-Maċedonja

    L-Urugwaj

    Timor-Leste

     

    It-Tokelaw (*)

    Il-Venezwela

    Togo

     

    It-Tonga

     

    It-Tuvalu

     

    It-Tuniżija

     

    L-Uganda

     

    It-Turkmenistan

     

    Il-Vanwatu

     

    L-Ukrajna

     

    Il-Jemen

     

    Wallis u Futuna (*)

     

    Iż-Żambja

     

     

     


    (*)  Territorju.

    (1)  Antigwa u Barbuda u l-Oman qabżu l-limitu ta' pajjiż bi dħul għoli fl-2007. Skont ir-regoli tad-DAC għar-reviżjoni ta’ din il-lista, it-tnejn li huma se jiġu promossi minn din il-lista fl-2011 jekk jibqgħu pajjiżi bi dħul għoli sal-2010.

    (2)  Barbados u Trinidad u Tobago qabżu l-limitu ta' pajjiż bi dħul għoli fl-2006 u fl-2007. Skont ir-regoli tad-DAC għar-reviżjoni ta’ din il-lista, it-tnejn li huma se jiġu promossi minn din il-lista fl-2011 jekk jibqgħu pajjiżi bi dħul għoli sal-2010.

    (3)  Taħt ir-Reżoluzzjoni tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1244/1999.


    Top