Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0776

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2009 tas- 26 ta’ Awwissu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2008 li jiffissa l-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009

    ĠU L 224, 27.8.2009, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2009

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/776/oj

    27.8.2009   

    MT

    Il-Ġur nal Uff iċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 224/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 776/2009

    tas-26 ta’ Awwissu 2009

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2008 li jiffissa l-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor u l-isoglukożju barra mill-kwota sa tmiem is-sena tas-suq 2008/2009

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d), flimkien mal-Artikolu 4 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007, iz-zokkor prodott matul sena ta’ kummerċjalizzazjoni li jaqbeż il-kwota msemmija fl-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament jista’ jiġi esportat biss skont il-limitu kwantitattiv li għandu jiġi ffissat.

    (2)

    Ir-regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni għal esportazzjoni ‘il barra mill-kwota, b’mod partikolari rigward il-kwistjoni tal-liċenzji tal-esportazzjoni, huma stabbiliti bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2006 tat-30 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi fis-settur taz-zokkor (2). Madankollu, il-limitu kwantitattiv għandu jiġi ffissat għal kull sena tas-suq, fid-dawl tal-opportunitajiet possibbli fis-swieq tal-esportazzjoni.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 924/2008 (3) ffissal-limitu kwantitattiv għall-esportazzjonijiet taz-zokkor barra mill-kwota għal 650 000 tunnellata fir-rigward tas-sena tas-suq 2008/2009. L-applikazzjonijiet imressqa għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal zokkor barra mill-kwota laħqu l-kwantità li kien hemm għad-dispożizzjoni permezz tar-Regolament.

    (4)

    Il-fatt li l-limitu kwantittativ fiss intlaħaq tliet xhur qabel tmiem is-sena tas-suq 2008/2009 jindika interess sinifikanti għall-esportazzjoni taz-zokkor barra mill-kwota mill-produtturi Komunitarji taz-zokkor. Sabiex jiġi żgurat li l-produtturi Komunitarji taz-zokkor ikunu jistgħu jkomplu jfornu s-swieq tradizzjonali stabbiliti tagħhom kif ukoll jużaw opportunitajiet ġodda tas-suq, huwa xieraq li jiżdied il-limitu kwantittativ fiss għall-esportazzjoni taz-zokkor barra mill-kwota fir-rigward tas-sena tas-suq 2008/2009. Abbażi tal-applikazzjonijiet imressqa sa issa u tal-ħtieġa li l-validità tal-liċenzji tal-esportazzjoni titwal għal tliet xhur, jista’ jiġi kkalkulat li żieda ta’ 300 000 tunnellata għandha tkun biżżejjed biex tippermetti fluss kummerċjali kontinwu tal-esportazzjoni Komunitarja taz-zokkor barra mill-kwota.

    (5)

    Skont l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 951/2006, liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa għall-esportazzjoni taz-zokkor barra mill-kwota huma validi mid-data attwali tal-ħruġ sat-30 ta’ Settembru tas-sena tas-suq ta’ dik is-sena li fiha tkun ħarġet il-liċenzja tal-esportazzjoni. Madankollu, lejn tmiem is-sena tas-suq it-tali limitazzjoni twassal għal diffikultajiet kbar għall-esportaturi u interruzzjoni bla bżonn tal-kummerċ taz-zokkor. Għalhekk, huwa xieraq jiġi permess li l-esportazzjoni ssir lil hinn mit-30 ta’ Settembru 2009 billi l-validità tal-liċenzji tal-esportazzjoni tiġi ffissata għal tliet xhur.

    (6)

    Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 924/2008 għandu jiġi emendat skont dan.

    (7)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 924/2008 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

    “1.   Għas-sena tas-suq 2008/2009, li tibda mill-1 ta’ Ottubru 2008 sat-30 ta’ Settembru 2009, il-limitu kwantitattiv imsemmi fl-Artikolu 61, l-ewwel subparagrafu, il-punt (d) tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 għandu jkun 950 000 tunnellata għall-esportazzjonijiet mingħajr rifużjoni ta’ zokkor abjad barra mill-kwota kopert bil-kodiċi tan-NM 1701 99.”

    (2)

    Għandu jiddaħħal l-Artikolu 1a li ġej:

    “Artikolu 1a

    Validità ta’ liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa għall-esportazzjoni taz-zokkor barra mill-kwota fl-2008/2009

    Permezz tad-deroga mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) 951/2006, il-validità tal-liċenzji tal-esportazzjoni maħruġa wara l-1 ta’ Lulju 2009 fir-rigward tal-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 1(1), għandha tiskadi fi tmiem it-tielet xahar wara x-xahar li fih tkun inħarġet il-liċenzja tal-esportazzjoni.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 178, 1.7.2006, p. 24.

    (3)  ĠU L 252, 20.9.2008, p. 7.


    Top