This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0663
Regulation (EC) No 663/2009 of the European Parliament and of the Council of 13 July 2009 establishing a programme to aid economic recovery by granting Community financial assistance to projects in the field of energy
Regolament (KE) Nru 663/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija
Regolament (KE) Nru 663/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija
ĠU L 200, 31.7.2009, p. 31–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 24/12/2018
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modified by | 32010R1233 | abolizzjoni | artikolu 22 | 30/12/2010 | |
Modified by | 32010R1233 | Emenda | artikolu 1 | 30/12/2010 | |
Modified by | 32010R1233 | Emenda | artikolu 23 | 30/12/2010 | |
Modified by | 32010R1233 | Emenda | artikolu 27 | 30/12/2010 | |
Modified by | 32010R1233 | Żieda | anness II | 30/12/2010 | |
Modified by | 32010R1233 | Emenda | artikolu 3 | 30/12/2010 | |
Modified by | 32010R1233 | Emenda | artikolu 28 | 30/12/2010 | |
Modified by | 32010R1233 | Emenda | anness I | 30/12/2010 | |
Modified by | 32010R1233 | Żieda | kapitolu II BIS | 30/12/2010 | |
Modified by | 32018R1999 | Tħassir | artikolu 27 paragrafu 3 | 24/12/2018 | |
Modified by | 32018R1999 | Tħassir | artikolu 28 | 24/12/2018 | |
Modified by | 32018R1999 | Tħassir | artikolu 27 paragrafu 1 | 24/12/2018 |
31.7.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/31 |
REGOLAMENT (KE) Nru 663/2009 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Lulju 2009
li jistabbilixxi programm li jgħin l-irkupru ekonomiku permezz tal-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja għal proġetti fil-qasam tal-enerġija
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 156 u l-Artikolu 175(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
L-ekonomija Ewropea qiegħda tiffaċċja tnaqqis qawwi b’riżultat tal-kriżi finanzjarja. Jeħtieġu sforzi straordinarji u immedjati sabiex jikkumbattu din is-sitwazzjoni ekonomika serja u mingħajr preċedent. Biex jerġa’ jkun hemm kunfidenza bejn l-atturi tas-suq, jeħtieġ li jkunu ffinalizzati mingħajr dewmien miżuri li jkollhom impatt fuq l-ekonomija. |
(2) |
Fl-istess ħin huwa ċar li l-qawwa u s-sostenibbiltà fit-tul tal-ekonomija Ewropea tiddependi fuq li din tiġi msawwra mill-ġdid sabiex tiffaċċja d-domandi tas-sigurtà tal-enerġija u l-ħtieġa li jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra. It-tħassib dejjem jiżdied dwar l-iżgurar ta’ provvisti affidabbli tal-gass isaħħaħ din il-konklużjoni. |
(3) |
Fid-dawl ta’ dan it-tħassib, il-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008 ħaddan fil-konklużjonijiet tiegħu l-Pjan Ewropew ta’ Rkupru Ekonomiku (Pjan ta’ Rkupru), ippreżentat mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Novembru 2008, li jistipula kif l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea jistgħu jikkoordinaw il-politika tagħhom u jagħtu stimolu ġdid lill-ekonomija Ewropea, billi jimmiraw dak l-istimolu lejn l-objettivi fit-tul tal-Komunità. |
(4) |
Parti importanti tal-Pjan ta’ Rkupru hija l-proposta sabiex tiżdied in-nefqa tal-Komunità f’setturi strateġiċi definiti, sabiex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ fiduċja fost l-investituri u li tgħin fl-iżvilupp tat-triq lejn ekonomija iktar b’saħħitha għall-ġejjieni. Il-Kunsill Ewropew talab lill-Kummissjoni sabiex tippreżenta lista ta’ proġetti speċifiċi, filwaqt li tqis bilanċ ġeografiku adegwat, sabiex terġa’ ssaħħaħ l-investimenti għall-iżvilupp, b’mod partikolari, ta’ proġetti ta’ infrastruttura. |
(5) |
Biex il-Pjan ta’ Rkupru jkun effettiv, huwa kruċjali li jkun hemm finanzjament tal-miżuri li jindirizzaw b’mod rapidu kemm il-kriżi ekonomika kif ukoll il-ħtiġijiet urġenti tal-Komunità fil-qasam tal-enerġija. Madankollu, il-programm speċjali stabbilit b’dan ir-Regolament bl-ebda mod m’għandu jkun ta’ preċedent għal rati futuri ta’ kofinanzjament fil-qasam tal-investimenti fl-infrastruttura. |
(6) |
Sabiex iħalli impatt tanġibbli u sostanzjali, dawk il-miżuri għandhom ikunu ffukati fuq ftit setturi speċifiċi li fihom l-azzjoni tkun tagħti kontribut ċar lill-objettivi tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett serra; jeżistu proġetti kbar u maturi li huma kapaċi jagħmlu użu effiċjenti u effettiv ta’ ammonti sinifikanti ta’ għajnuna finanzjarja u li jikkatalizzaw investimenti sinifikanti minn sorsi oħra, inkluż mill-Bank Ewropew għall-Investiment; u azzjoni fil-livell Ewropew tkun tista’ tagħti valur miżjud.Is-setturi tal-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku, l-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta, u l-qbid u l-ħżin tal-karbonju jissodisfaw dawk il-kriterji. L-għażla ta’ dawk is-setturi jirrifletti ċ-ċirkostanzi partikolari tal-Pjan ta’ Rkupru u m’għandha tpoġġi l-ebda dubju fuq il-prijorità għolja marbuta mal-effiċjenza fl-enerġija u l-promozzjoni ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli, li kienu indirizzati fil-Pjan ta’ Rkupru. |
(7) |
F’każ li ma jkunx possibbli li l-fondi kollha jkunu allokati sa tmiem l-2010, il-Kummissjoni ddikjarat l-intenzjoni tagħha li, meta tirrapporta fl-2010 dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, tipproponi, jekk ikun il-każ, miżuri li jippermettu l-finanzjament ta’ proġetti konsistenti mal-Pjan ta’ Rkupru, bħalma huma proġetti fl-oqsma tal-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija minn sorsi rinnovabbli. |
(8) |
Fil-każ tal-infrastrutturi tal-gass u tal-elettriku, ċerti sfidi żviluppaw tul l-aħħar snin. Il-kriżijiet riċenti tal-gass (xtiewi tal-2006 u tal-2009) u ż-żieda fil-prezz taż-żejt sa nofs l-2008 wrew kemm l-Ewropa kienet vulnerabbli. Riżorsi indiġeni tal-enerġija – il-gass u ż-żejt – qegħdin jonqsu b’tali mod li l-Ewropa qiegħda ssir dejjem iktar dipendenti fuq l-importazzjonijiet għall-provvista tal-enerġija tagħha. F’dan il-kuntest, l-infrastruttura tal-enerġija ser ikollha rwol kruċjali. |
(9) |
Madankollu, il-kriżi ekonomika u finanzjarja ta’ bħalissa qiegħda taffettwa l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ infrastruttura fl-enerġija. Xi proġetti importanti, - inklużi proġetti ta’ interess Komunitarju, - jistgħu jiffaċċjaw dewmien qawwi fl-implimentazzjoni minħabba l-iskarsità ta’ fondi. Għalhekk, huwa xieraq li jkun hemm azzjoni urġenti li tappoġġja l-investiment fl-infrastruttura fil-qasam tal-enerġija. Minħabba l-ħin sinifikanti li huwa meħtieġ għall-ippjanar u t-twettiq ta’ dawn il-proġetti huwa importanti li l-Komunità tinvesti f’din l-infrastruttura minnufih sabiex tkun tista’, b’mod partikolari, tħaffef l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ importanza partikolari għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija fil-Komunità. Dan ikun vitali sabiex tkun żgurata s-sigurtà għall-provista tal-enerġija tal-Komunità bi prezzijiet kompetittivi meta l-ekonomija tirkupra u meta tiżdied id-domanda għall-enerġija globali. |
(10) |
Fost il-proġetti dwar l-infrastruttura tal-enerġija, huwa meħtieġ li jintgħażlu dawk li huma importanti għat-tħaddim tas-suq intern tal-enerġija, għas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u li jikkontribwixxu wkoll għall-irkupru tal-ekonomija. |
(11) |
B’mod partikolari fil-każijiet tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju u tal-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta, dan ir-Regolament għandu jibni fuq il-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-22 ta’ Novembru 2007, li appella għal pjan konġunt u strateġiku dwar ir-riċerka fl-enerġija u għall-isforzi fl-innovazzjoni li jkunu konsistenti mal-miri tal-politika tal-UE dwar l-enerġija, u għal impenn lejn l-istabbiliment ta’ sitt Inizjattivi Industrijali Ewropej. Il-Kunsill Ewropew tas-16 ta’ Ottubru 2008 fil-konklużjonijiet tiegħu appella lill-Kummissjoni sabiex tħaffef b’mod sinifikanti l-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Teknoloġija tal-Enerġija Strateġika għall-Ewropa. Il-programm jagħti bidu għall-finanzjament ta’ proġetti ta’ qbid u ħżin tal-karbonju u ta’ enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta mingħajr preġudizzju għall-ħolqien fil-ġejjieni tas-sitt inizjattivi industrijali dwar il-proġetti dimostrattivi fil-qasam tal-enerġija kif imsemmi fil-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija. |
(12) |
Sabiex ikun hemm impatt immedjat fuq il-kriżi ekonomika, huwa essenzjali li dan ir-Regolament jelenka l-proġetti li jistgħu jirċievu għajnuna finanzjarja immedjata, soġġett għall-fatt li din l-għajnuna finanzjarja tkun konformi mal-kriterji li jiżguraw effiċjenza u effettività u mal-limiti stabbiliti mill-pakkett finanzjarju. |
(13) |
Fil-każ ta’ proġetti ta’ infrastruttura tal-elettriku u tal-gass, għandha tkun stabbilita lista skont il-kontribut tal-proġett lejn l-objettivi tas-sigurtà u tad-diversifikazzjoni tal-provvista kif identifikat fit-Tieni Reviżjoni tal-Istrateġija tal-Enerġija tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2008 u li kienet approvata mill-Parlament Ewropew fir-risoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Frar 2009 u mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta’ Frar 2009. Il-proġetti għandhom jintagħżlu abbażi tal-fatt li jimplimentaw il-prijoritajiet identifikati f’dik ir-Reviżjoni, tal-fatt li kisbu livell raġonevoli ta’ maturità, u li jikkontribwixxu għal sigurtà u diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija u l-provvisti; ottimizzazzjoni tal-kapaċità tan-netwerk u l-integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija, b’mod partikolari għal dak li jikkonċerna taqsimiet transkonfinali; żvilupp tan-netwerk biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali billi jitnaqqas l-iżolament ta’ reġjuni jew gżejjer li huma l-anqas favoriti fil-Komunità; konnessjoni ta’ riżorsi ta’ enerġija rinnovabbli; sikurezza, affidibbiltà u interoperabilità tan-netwerks interkonnessi; u solidarjetà fost l-Istati Membri. L-implimentazzjoni ta’ dawk il-proġetti ser titlob impenn mill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali sabiex jitħaffu l-proċeduri amministrattivi u l-għoti ta’ awtorizzazzjonijiet. Bosta proġetti ma jkunux jistgħu jirċievu l-appoġġ fil-perijodu ta’ żmien stipulat jekk ma sseħħx din l-aċċellerazzjoni. |
(14) |
Fil-każ tal-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta, din il-lista għandu jkun fiha proġetti li jistgħu jiġu kkunsidrati, abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-partijiet interessati fil-qafas tal-Pjattaforma Ewropea tat-Teknoloġija tal-Enerġija mir-Riħ, u minn sorsi industrijali u sorsi oħra, bħala approvati u lesti biex jiġu implimentati; li huma innovattivi, filwaqt li jibnu fuq kunċetti stabbiliti sew; li jkunu kapaċi jaċċelleraw il-proċess b’risposta għal stimolu finanzjarju; li jkollhom sinifikat transkonfinali; li jkunu fuq skala kbira; u li jkunu kapaċi juru kif ir-riżultati tal-avvanzi teknoloġiċi ser ikunu mxerrda b’mod effettiv fid-dawl tal-objettivi u l-istrutturi approvati mill-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija. L-għajnuna finanzjarja għandha tkun immirata lejn dawk il-proġetti li jinsabu f’pożizzjoni li jimxu sostanzjalment ‘il quddiem bl-iżvilupp tal-proġett fl-2009 u l-2010. |
(15) |
Fil-każ tal-ġbir u l-ħżin tal-karbonju, il-lista għandha tkun prinċipalment stabbilita abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-partijiet interessati fil-qafas tal-Forum dwar il-Karburant Fossili, il-Pjattaforma Teknoloġika Ewropea għal Impjanti tal-Enerġija mill-Karburant Fossili Mingħajr Emissjonijiet u minn sorsi oħra. L-għajnuna finanzjarja għandha tkun immirata lejn dawk il-proġetti li jinsabu f’pożizzjoni li jimxu sostanzjalment ‘il quddiem bl-iżvilupp tal-proġett fl-2009 u l-2010. Il-livell ta’ tħejjija għandu jkun stmat abbażi tal-eżistenza ta’ kunċett matur u fattibbli għall-installazzjoni industrijali, inkluż il-komponent tiegħu tal-qbid tal-karbonju; l-eżistenza ta’ kunċett matur u fattibbli għall-ġarr u l-ħżin tas-CO2; u impenn ċar tal-awtoritajiet lokali sabiex jappoġġjaw il-proġett. Il-proġetti għandhom juru wkoll kif ser jiġu disseminati b’mod effettiv ir-riżultati tal-avvanzi teknoloġiċi u kif ser ikunu aċċellerati l-kisbiet tal-objettivi mniżżla fil-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija. |
(16) |
Ser ikun meħtieġ li jintgħażel proġett minn fost il-proposti eliġibbli. Tali għażla għandha tiżgura, fost l-oħrajn, li ma jkunx hemm iktar minn proposta waħda għall-qbid u l-ħżin tal-karbonju appoġġjata f’kull Stat Membru, sabiex tkun żgurata l-investigazzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ kondizzjonijiet ta’ ħżin ġeoloġiku u sabiex ikun appoġġjat l-objettiv li jkun inkoraġġut l-irkupru ekonomiku madwar l-Ewropa. |
(17) |
Il-finanzjament tal-Komunità m’għandux ifixkel bla mistħoqq il-kompetizzjoni jew it-tħaddim tas-suq intern, wara li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari r-regoli tal-aċċess għall-partijiet terzi u l-eżenzjonijiet għall-aċċess għall-partijiet terzi. Kwalunkwe fondi oħra nazzjonali flimkien mal-finanzjament tal-Komunità għandhom iqisu r-regoli tal-għajnuna mill-Istat. Irrispettivament mill-forma tagħha, l-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tingħata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (3) (ir-“Regolament Finanzjarju”) u tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), ħlief fejn id-dispożizzjonjiet ta’ dan ir-Regolament jitbiegħdu b’mod espliċitu minn dawk ir-regoli. |
(18) |
Minħabba l-ħtieġa urġenti li tiġi indirizzata l-kriżi ekonomika u l-ħtiġijiet urġenti tal-enerġija tal-Komunità, dan ir-Regolament diġà fih dispożizzjonijiet dettaljati dwar l-arranġamenti għal għajnuna finanzjarja, inkluż lista ta’ proġetti eliġibbli. Minbarra dan, minħabba l-ħtieġa urġenti għall-istimolu, l-impenji legali kollha li jimplimentaw l-impenji baġitarji li saru fl-2009 u l-2010 għandhom isiru qabel tmiem l-2010. |
(19) |
Meta l-azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament ikunu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Komunità għandhom jiġu mħarsa permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività oħra illegali, permezz ta’ kontrolli effettivi u permezz tal-irkupru ta’ ammonti mħallsa mingħajr jedd u, jekk ikunu identifikati irregolarjitajiet, permezz ta’ pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi, skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (5), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (6) u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) (7). |
(20) |
Meta titqies in-natura tal-kwistjonijiet fis-sub-programmi, il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitati differenti fl-għażla tal-proposti miżmuma għall-finanzjament u d-determinazzjoni tal-ammont ta’ finanzjament li għandu jingħata taħt kull sub-programm. |
(21) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (8). |
(22) |
Peress li l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li jiġi megħjun l-irkupru tal-ekonomija fi ħdan il-Komunità, li jiġu ffaċċjati d-domandi tas-sigurtà tal-enerġija u li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gass b’effett serra billi tiżdied in-nefqa f’setturi strateġiċi definiti, ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u għalhekk jistgħu, minħabba l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u n-natura tas-setturi u l-proġetti magħżula, jinkisbu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif imniżżel fl-Artikolu 5 tat-Trattat. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif imniżżel f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi. |
(23) |
Minħabba l-ħtieġa urġenti li tkun indirizzata l-kriżi ekonomika u l-ħtiġijiet tal-enerġija urġenti tal-Komunità, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET INTRODUTTORJI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi strument finanzjarju, intitolat il-Programm Ewropew tal-Enerġija għall-Irkupru (EEPR), għall-iżvilupp ta’ proġetti fil-qasam tal-enerġija fil-Komunità li jikkontribwixxu, billi jagħtu stimolu finanzjarju, għall-irkupru tal-ekonomija, is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett serra.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi sub-programmi sabiex imexxu ‘l quddiem dawk l-objettivi fl-oqsma ta’:
(a) |
l-infrastrutturi tal-gass u tal-elettriku; |
(b) |
l-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta; u |
(c) |
il-qbid u l-ħżin tal-karbonju. |
Dan ir-Regolament jidentifika proġetti li għandhom ikunu ffinanzjati taħt kull sub-programm u jistabbilixxi kriterji sabiex ikunu identifikati u implimentati azzjonijiet li jwettqu dawn il-proġetti.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
“il-qbid u l-ħżin tal-karbonju” tfisser il-qbid tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) minn installazzjonijiet industrijali, il-ġarr tiegħu għal post fejn jinħażen u l-mod kif jiġi injettat f’formazzjoni ġeoloġika taħt l-art adatta għall-finijiet ta’ ħżin permanenti; |
(b) |
“spejjeż eliġibbli” għandha l-istess tifsira kif hemm fir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002; |
(c) |
“infrastrutturi tal-gass u tal-elettriku” tfisser:
|
(d) |
“parti minn proġett” tfisser kwalunkwe attività li hija indipendenti finanzjarjament, teknikament jew fuq perijodu ta’ żmien u li tikkontribwixxi għat-tlestija tal-proġett; |
(e) |
“fażi ta’ investiment” tfisser il-fażi ta’ proġett li fiha ssir il-kostruzzjoni u jsiru l-ispejjeż kapitali; |
(f) |
“enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta” tfisser l-enerġija elettrika ġġenerata minn magni turbini li jaħdmu bir-riħ u li jinsabu fil-baħar, sew jekk qrib jew ‘il bogħod mix-xtajta; |
(g) |
“fażi ta’ ppjanar” tfisser il-fażi ta’ proġett li tiġi qabel il-fażi tal-investiment, li fiha jsiru t-tħejjijiet għall-implimentazzjoni tal-proġett, u tinkludi, jekk ikun il-każ, il-valutazzjoni tal-fattibbiltà, studji preparatorji u tekniċi, l-ksib ta’ liċenzji u awtorizzazzjonijiet u t-twettiq ta’ spejjeż kapitali. |
Artikolu 3
Baġit
1. Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-EEPR għall-2009 u l-2010 għandu jkun ta’ EUR 3 980 000 000, allokati kif ġej:
(a) |
proġetti għall-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku: EUR 2 365 000 000; |
(b) |
proġetti għall-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta: EUR 565 000 000; |
(c) |
proġetti għall-qbid u l-ħżin tal-karbonju: EUR 1 050 000 000. |
2. Inpenji legali individwali li jimplimentaw l-impenji baġitarji li saru fl-2009 u l-2010 għandhom isiru sal-31 ta’ Diċembru 2010.
KAPITOLU II
SUB-PROGRAMMI
TAQSIMA 1
Proġetti ta’ infrastruttura tal-gass u tal-elettriku
Artikolu 4
Objettivi
Il-Komunità għandha tippromwovi proġetti għall-infrastruttura tal-gass u tal-elettriku li għandhom l-ogħla valur miżjud min-naħa tal-Komunità u li jikkontribwixxu għall-objettivi li ġejjin:
(a) |
sigurtà u diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija, ir-rotot u l-provvisti; |
(b) |
l-ottimizzazzjoni tal-kapaċità tan-netwerk u l-integrazzjoni tas-suq intern tal-enerġija, b’mod partikolari, fir-rigward tal-partijiet transkonfinali; |
(c) |
l-iżvilupp tan-netwerk biex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika u soċjali billi jitnaqqas l-iżolament tar-reġjuni jew gżejjer li huma anqas favoriti fil-Komunità; |
(d) |
il-konnessjoni u integrazzjoni ta’ riżorsi ta’ enerġija rinnovabbli; u |
(e) |
is-sikurezza, affidabiltà u interoperabiltà tan-netwerks interkonnessi ta’ enerġija, inkluża l-ħila li jitużaw flussi multidirezzjonali tal-gass, fejn ikun meħtieġ. |
Artikolu 5
Prijoritajiet
L-EEPR għandu jservi sabiex jadatta u jiżviluppa b’urġenza n-netwerks tal-enerġija ta’ importanza partikolari għall-Komunità li jappoġġjaw il-ħidma tas-suq intern tal-enerġija u, b’mod partikolari, sabiex tiżdied il-kapaċità tal-interkonnessjoni, is-sigurtà u d-diversifikazzjoni tal-provvista u sabiex jingħelbu d-diffikultajiet ambjentali, tekniċi u finanzjarji. Jeħtieġ appoġġ speċjali min-naħa tal-Komunità sabiex ikunu żviluppati netwerks ta’ enerġija b’mod aktar intensiv u sabiex tkun aċċellerata l-kostruzzjoni tagħhom, speċjalment fejn id-diversità tar-rotot u s-sorsi tal-provvista tkun baxxa.
Artikolu 6
Għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja
1. L-għajnuna finanzjarja taħt l-EEPR (l-għajnuna EEPR) għall-proġetti ta’ infrastruttura tal-gass u tal-elettriku għandha tingħata għal azzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti elenkati fil-Parti A tal-Anness jew partijiet minn tali proġetti, u li jikkontribwixxu għall-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 4.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sejħa għal proposti sabiex tidentifika l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandha tivvaluta l-konformità ta’ dawk il-proposti mal-kriterji ta’ eliġibbiltà mniżżla fl-Artikolu 7 u l-kriterji tal-għażla u tal-għotjiet imniżżla fl-Artikolu 8.
3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-benefiċjarji dwar l-għoti ta’ kwalunkwe għajnuna EEPR.
Artikolu 7
Eliġibbiltà
1. Il-proposti għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna EEPR biss jekk jimplimentaw il-proġetti elenkati fil-Parti A tal-Anness, ma jaqbżux l-ammonti massimi f’għajnuna EEPR stabbiliti fih u jissodisfaw il-kriterji tal-għażla u tal-għoti taħt l-Artikolu 8.
2. Il-proposti jistgħu jitressqu:
(a) |
minn Stat Membru wieħed jew aktar, li jaġixxu b’mod konġunt; |
(b) |
bi qbil bejn l-Istati Membri kollha li għandhom x’jaqsmu b’mod dirett mal-proġett ikkonċernat:
|
3. Il-proposti mressqa minn persuni fiżiċi m’għandhomx ikunu eliġibbli.
Artikolu 8
Kriterji tal-għażla u tal-għoti
1. Waqt li l-proposti mressqa jkunu qegħdin jiġu vvalutati skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għażla li ġejjin:
(a) |
is-solidità u l-adegwatezza teknika tal-approċċ; |
(b) |
is-solidità tal-pakkett finanzjarju għall-fażi sħiħa tal-investiment tal-azzjoni. |
2. Fil-valutazzjoni tal-proposti riċevuti skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għoti li ġejjin:
(a) |
il-maturità, definita bħala l-ilħuq tal-istadju ta’ investiment, u li tirriżulta f’infiq kapitali sostanzjali sal-aħħar tal-2010; |
(b) |
il-miżura li biha n-nuqqas ta’ aċċess għall-finanzi qiegħed idewwem l-implimentazzjoni tal-azzjoni; |
(c) |
il-miżura li biha l-għajnuna EEPR ser tistimola l-finanzi pubbliċi u privati; |
(d) |
l-impatti soċjo-ekonomiċi; |
(e) |
l-impatti ambjentali; |
(f) |
il-kontribut għall-kontinwità u l-interoperabbiltà tan-netwerk tal-enerġija, kif ukoll l-ottimizzazzjoni tal-kapaċità tiegħu; |
(g) |
il-kontribut għat-titjib fil-kwalità tas-servizz, is-sikurezza u s-sigurtà; |
(h) |
il-kontribut għall-ħolqien ta’ suq integrat tajjeb tal-enerġija. |
Artikolu 9
Kondizzjonijiet għall-finanzjament
1. L-għajnuna EEPR għandha tikkontribwixxi għal infiq relatat mal-proġett għall-implimentazzjoni tal-proġett, magħmul mill-benefiċjarji jew minn partijiet terzi responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ proġett.
2. L-għajnuna EEPR m’għandhiex teċċedi l-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Artikolu 10
Strumenti
1. Wara s-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 6(2), il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2), għandha tagħżel il-proposti li ser jibbenefikaw mill-għajnuna EEPR u għandha tiddetermina l-ammont f’għajnuna li għandu jingħatalhom mill-EEPR. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet u l-metodi għall-implimentazzjoni tal-proposti.
2. L-għajnuna EEPR għandha tingħata abbażi ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-Kummissjoni.
Artikolu 11
Responsabbiltajiet finanzjarji tal-Istati Membri
1. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-monitoraġġ tekniku u l-kontroll finanzjarju tal-proġetti f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni u għandhom jiċċertifikaw l-ammont u l-konformità tan-nefqa mġarrba fir-rigward ta’ proġetti jew partijiet ta’ proġetti ma’ dan ir-Regolament. L-Istati Membri jistgħu jitolbu l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni waqt il-kontrolli fuq il-post.
2. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-miżuri meħuda skont il-paragrafu 1 u, b’mod partikolari, għandhom jagħtu deskrizzjoni tas-sistemi ta’ kontroll, ta’ ġestjoni u ta’ monitoraġġ stabbiliti biex jiżguraw li l-proġetti jitlestew b’suċċess.
TAQSIMA 2
Proġetti ta’ enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta
Artikolu 12
L-għoti ta’ għajnuna EEPR
1. L-għajnuna EEPR għall-proġetti tal-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta għandha tingħata wara li ssir sejħa għal proposti limitata għall-azzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti elenkati fil-Parti B tal-Anness.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sejħa għal proposti biex jiġu identifikati l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u għandha tivvaluta l-konformità ta’ dawn il-proposti mal-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 13 u l-kriterji tal-għażla u tal-għoti stabbiliti fl-Artikolu 14.
3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-benefiċjarji dwar l-għoti ta’ kwalunkwe għajnuna EEPR.
Artikolu 13
Eliġibbiltà
1. Il-proposti għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna EEPR biss f’każ li dawn jimplimentaw il-proġetti elenkati fil-Parti B tal-Anness, ma jaqbżux l-ammont massimu f’għajnuna EEPR hemm stabbiliti u jissodisfaw il-kriterji tal-għażla u tal-għoti taħt l-Artikolu 14. Dawk il-proġetti għandhom jitmexxew minn impriża kummerċjali.
2. Il-proposti jistgħu jitressqu minn impriża waħda jew iktar, li jaġixxu b’mod konġunt.
3. Il-proposti mressqa minn persuni fiżiċi m’għandhomx ikunu eliġibbli.
Artikolu 14
Kriterji tal-għażla u tal-għoti
1. Waqt li l-proposti mressqa jkunu qegħdin jiġu vvalutati skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 12(1), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għażla li ġejjin:
(a) |
is-solidità u l-adegwatezza teknika tal-approċċ; |
(b) |
is-solidità tal-pakkett finanzjarju għall-fażi sħiħa tal-investiment tal-proġett. |
2. Fil-valutazzjoni tal-proposti riċevuti skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 12(1), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għoti li ġejjin:
(a) |
il-maturità, definita bħala l-ilħuq tal-istadju ta’ investiment, u li tirriżulta f’infiq kapitali sostanzjali sa tmiem l-2010; |
(b) |
il-miżura ta’ kemm in-nuqqas ta’ aċċess għall-finanzi qiegħed idewwem l-implimentazzjoni tal-azzjoni; |
(c) |
il-miżura li biha l-proġett itejjeb jew iżid l-iskala ta’ installazzjonijiet u infrastrutturi li diġà bdew jinbnew, jew li jinsabu fil-fażi ta’ ppjanar; |
(d) |
il-miżura il biha l-proġett jinkludi l-bini ta’ installazzjonijiet u infrastrutturi ta’ daqs sħiħ u ta’ skala industrijali, u jindirizza, b’mod partikolari, il-kwistjonijiet li ġejjin:
|
(e) |
il-fatturi innovattivi tal-proġett u l-miżura li biha tintwera l-implimentazzjoni ta’ dawn il-fatturi; |
(f) |
l-impatt tal-proġett u l-kontribut tiegħu lis-sistema Komunitarja ta’ distribuzzjoni tal-enerġija ġġenerata mir-riħ ‘il barra mix-xtajta, inkluż il-potenzjal ta’ replikazzjoni tiegħu; |
(g) |
l-impenn muri mill-benefiċjarji li jqassmu r-riżultati tal-avvanzi teknoloġiċi li jkunu saru mill-proġett lil operaturi oħrajn Ewropej b’mod kompatibbli mal-liġi Komunitarja u b’mod partikolari mal-objettivi u l-istrutturi mniżżla fil-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija. |
Artikolu 15
Kondizzjonijiet għall-finanzjament
1. L-għajnuna EEPR għandha tikkontribwixxi għal infiq relatat mal-proġett għall-implimentazzjoni tal-proġett.
2. L-għajnuna EEPR m’għandhiex teċċedi l-50 % tal-ispejjeż eliġibbli.
Artikolu 16
Strumenti
1. Wara s-sejħa għal proposti msemmija fl- Artikolu 12(1), il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2), għandha tagħżel il-proposti li jibbenefikaw mill-għajnuna EEPR u għandha tiddetermina l-ammont f’għajnuna li għandu jingħatalhom. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet u l-metodi għall-implimentazzjoni tal-proposti.
2. L-għajnuna EEPR għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta’ għoti.
TAQSIMA 3
Proġetti ta’ qbid u ħżin tal-karbonju
Artikolu 17
L-għoti ta’ għajnuna EEPR
1. L-għajnuna EEPR għall-proġetti ta’ qbid u ħżin tal-karbonju għandha tingħata lill-azzjonijiet li jimplimentaw il-proġetti elenkati fil-Parti C tal-Anness.
2. Il-Kummissjoni għandha tagħmel sejħa għal proposti biex jiġu identifikatil-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u għandha tivvaluta l-konformità tal-proposti mal-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 18 u l-kriterji tal-għażla u tal-għoti stabbiliti fl-Artikolu 19.
3. F’każ li diversi proposti li joħroġu minn proġetti mwettqa fl-istess Stat Membru huma konformi mal-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikolu 18 u l-kriterji tal-għażla stabbiliti fl-Artikolu 19(1), il-Kummissjoni għandha tagħżel għall-għajnuna EEPR, abbażi tal-kriterji tal-għoti fl-Artikolu 19(2), mhux iktar minn proposta waħda għal kull Stat Membru fost dawk il-proposti.
4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-benefiċjarji dwar l-għoti ta’ kwalunkwe għajnuna EEPR.
Artikolu 18
Eliġibbiltà
1. Il-proposti għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna EEPR biss jekk dawn jimplimentaw il-proġetti elenkati fil-Parti C tal-Anness u jissodisfaw il-kriterji tal-għażla u tal-għoti taħt l-Artikolu 19 u l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
il-proġetti juru li huma għandhom il-ħila li jaqbdu tal-anqas 80 % tas-CO2 f’installazzjonijiet industrijali u li jittrasportaw u li jaħżnu b’mod ġeoloġiku dan is-CO2 b’mod sikur taħt l-art; |
(b) |
f’installazzjonijiet tal-enerġija, il-qbid tas-CO2 jintwera f’installazzjoni b’kapaċità elettrika ta’ mill-anqas 250 MW jew l-ekwivalenti; |
(c) |
il-promoturi tal-proġett jagħmlu dikjarazzjoni li torbot li tgħid li l-għarfien ġeneriku li joħroġ mill-impjant virtwali jsir disponibbli għas-settur industrijali iktar wiesa’ u għall-Kummissjoni sabiex jikkontribwixxi għall-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija. |
2. Il-proposti jistgħu jitressqu minn impriża waħda jew iktar, li jaġixxu b’mod konġunt.
3. Il-proposti mressqa minn persuni fiżiċi m’għandhomx ikunu eliġibbli.
Artikolu 19
Kriterji tal-għażla u tal-għoti
1. Waqt li l-proposti mressqa jkunu qegħdin jiġu vvalutati skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għażla li ġejjin:
(a) |
is-solidità u l-adegwatezza teknika tal-approċċ; |
(b) |
il-maturità, definita bħala l-ilħuq tal-istadju ta’ investiment, li jinkludi l-esplorazzjoni u l-iżvilupp ta’ għażliet ta’ ħżin, u li tirriżulta f’infiq sostanzjali relatat mal-investiment għall-proġett sa tmiem l-2010; |
(c) |
is-solidità tal-pakkett finanzjarju għall-fażi sħiħa tal-investiment tal-proġett; |
(d) |
l-identifikazzjoni tal-permessi kollha neċessarji għall-ħolqien u l-tħaddim tal-proġett fis-sit(i) propost(i) u l-eżistenza ta’ strateġija li tassigura dawk il-permessi. |
2. Fil-valutazzjoni tal-proposti riċevuti skont is-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-għoti li ġejjin:
(a) |
il-miżura li biha n-nuqqas ta’ aċċess għall-finanzi idewwem l-implimentazzjoni tal-azzjoni; |
(b) |
il-finanzjament mitlub għal kull tunnellata ta’ CO2 li għandu jkun imnaqqas fl-ewwel ħames snin tal-proġett; |
(c) |
il-kumplessità tal-proġett u l-livell ta’ innovazzjoni tal-installazzjoni ġenerali li tinkludi attivitajiet ta’ riċerka oħra li huma relatati u l-impenn li jintwera mill-benefiċjarji sabiex iqassmu r-riżultati tal-avvanzi teknoloġiċi li jkunu saru mill-proġett lil operaturi Ewropej oħra b’mod kompatibbli mal-liġi tal-Komunità u b’mod partikolari mal-miri u l-istrutturi mniżżla fil-Pjan Strateġiku Ewropew għat-Teknoloġija tal-Enerġija; |
(d) |
is-solidità u l-adegwatezza tal-pjan ta’ ġestjoni li jinkludi, fir-rigward tal-informazzjoni u d-data xjentifika, tal-informazzjoni u d-data tal-inġinerija, u tal-informazzjoni u d-data teknika, turija li l-kunċett propost ikun lest biex jinkiseb it-tħaddim tal-proġett sal-31 ta’ Diċembru 2015. |
Artikolu 20
Kondizzjonijiet għall-finanzjament
1. L-għajnuna EEPR għandha tikkontribwixxi biss għal dak l-infiq relatat ma’ proġett għall-implimentazzjoni tal-proġett li jkun attribwibbli għall-qbid, it-trasport u l-ħżin tal-karbonju, waqt li tqis il-benefiċċji tat-tħaddim possibbli.
2. L-għajnuna EEPR m’għandhiex taqbeż it-80 % tal-ispejjeż totali eliġibbli għall-investiment.
Artikolu 21
Strumenti
1. Wara s-sejħa għal proposti msemmija fl-Artikolu 17(2), il-Kummissjoni, filwaqt li taġixxi skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2), għandha tagħżel il-proposti li ser jibbenefikaw mill-għajnuna EEPR u għandha tiddetermina l-ammont f’għajnuna EEPR li għandu jingħatalhom. Il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-kondizzjonijiet u l-metodi għall-implimentazzjoni tagħhom.
2. L-għajnuna EEPR għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta’ għoti.
KAPITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI
Artikolu 22
Għajnuna u strumenti EEPR oħra
1. Parti mill-għajnuna Komunitarja għall-proġetti elenkati fl-Anness tista’ tkun mogħtija permezz ta’ kontribut għal strument xieraq taħt ir-riżorsi tal-Bank Ewropew għall-Investiment. Il-kontribut m’għandux jaqbeż l-EUR 500 000 000.
2. L-espożizzjoni tal-Komunità għall-istrument ta’ garanzija għas-self jew strument finanzjarju ieħor, inklużi ħlasijiet ta’ ġestjoni u spejjeż eliġibbli oħra, għandha tiġi limitata għall-ammont tal-kontribut Komunitarju għal dak l-istrument u m’għandu jkun hemm l-ebda responsabbiltà ulterjuri fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
3. Il-Kummissjoni, waqt li taġixxi skont il-proċedura ta’ amministrazzjoni msemmija fl-Artikolu 26(2), għandha tiddeċiedi dwar l-ammont ta’ għajnuna EEPR li għandha tingħata lil dak l-istrument. Il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew għall-Investiment għandhom jikkonkludu memorandum ta’ fehim li jispeċifika l-kondizzjonijiet u l-metodi għall-implimentazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni.
Artikolu 23
Arranġamenti ta’ programmazzjoni u implimentazzjoni
1. Is-sejħiet għal proposti għandhom ikunu mnedija direttament mill-Kummissjoni abbażi tad-disponibbiltajiet baġitarji msemmijin fl-Artikolu 3(1) u tal-kriterji ta’ eliġibbiltà, għażla u għoti stabbiliti fil-Kapitolu II.
2. L-għajnuna EEPR għandha tkopri biss infiq relatat ma’ proġetti li sar mill-benefiċjarji u, f’dawk li huma proġetti taħt l-Artikolu 9, ukoll minn partijiet terzi responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ proġett. In-nefqa tista’ tkun eliġibbli mid-data msemmija fl-Artikolu 29.
3. Il-VAT m’għandiex tkun spiża eliġibbli, ħlief il-VAT mhux rimborsabbli.
4. Proġetti u azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament għandhom jitwettqu f’konformità mal-liġi Komunitarja u għandhom iqisu l-politika Komunitarja rilevanti, b’mod partikolari dawk dwar il-kompetizzjoni inkluż ir-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-istat, il-ħarsien tal-ambjent, is-saħħa, l-iżvilupp sostenibbli u l-akkwist pubbliku.
Artikolu 24
Responsabbiltajiet ġenerali tal-Istati Membri
Fl-ambitu tar-responsabbiltà tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-isforzi kollha sabiex jimplimentaw il-proġetti li jirċievu l-għajnuna EEPR, partikolarment permezz ta’ proċeduri effiċjenti ta’ amministrazzjoni u ta’ awtorizzazzjoni, ta’ ħruġ ta’ liċenzji u ta’ ċertifikazzjoni.
Artikolu 25
Ħarsien tal-interessi finanzjari tal-Komunitajiet Ewropej
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta jkunu implimentati azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Komunità jkunu mħarsa bl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kull attività illegali oħra, b’kontrolli effettivi u bl-irkupru tal-ammonti li jkunu tħallsu mingħajr jedd u, jekk jinstabu xi irregolaritajiet, b’pieni li jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi, skont ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999.
2. Għall-azzjonijiet Komunitarji ffinanzjati minn dan ir-Regolament, il-kunċett ta’ irregolarità msemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandu jfisser kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tal-liġi Komunitarja jew kwalunkwe nuqqas fil-qadi ta’ obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn att jew ommissjoni minn operatur eknomiku li għandhom jew ikollhom l-effett li jippreġudikaw il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati minnha, permezz ta’ element ta’ spiża mingħajr ġustifikazzjoni.
3. Il-miżuri kollha ta’ implimentazzjoni li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, għandhom jipprevedu, b’mod partikolari, is-sorveljanza u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni jew kwalunkwe rappreżentant awtorizzat minnha u l-verifiki mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, inkluż, jekk ikunu meħtieġa, verifiki fuq il-post.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET IMPLIMENTATTIVI U FINALI
Artikolu 26
Kumitati
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-kumitati li ġejjin:
(a) |
għall-proġetti ta’ infrastruttura tal-gass u tal-elettriku, il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 680/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 li jistabbilixxi r-regoli ġenerali għall-għoti ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija (9); |
(b) |
għall-proġetti tal-enerġija ġġenerata mir-riħ ‘il barra mix-xtajta, il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/971/KE tad- 19 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku Kooperazzjoni li jimplimenta s-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea dwar ir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u attivitajiet ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) (10); |
(c) |
għall-proġetti dwar il-qbid u l-ħżin tal-karbonju, il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2006/971/KE. |
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE, filwaqt jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tagħha.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.
Artikolu 27
Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni tal-EEPR sal-31 ta’ Diċembru 2011 sabiex tevalwa l-kontribut tagħha għall-użu effettiv li jkun sar mill-approprjazzjonijiet.
2. Il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru benefiċjarju biex jipprovdi evalwazzjoni speċifika tal-proġetti ffinanzjati taħt it-Taqsima I tal-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament jew, fejn xieraq, li jagħtiha l-informazzjoni u l-assistenza meħtieġa biex twettaq evalwazzjoni ta’ dawn il-proġetti.
3. Il-Kummissjoni għandha tressaq lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport ta’ evalwazzjoni dwar ir-riżultati miksuba mill-EEPR.
Artikolu 28
Informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill
Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Kull sena, meta tippreżenta l-abbozz preliminari tal-baġit, hija għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-EEPR.
Jekk ir-rapport jidentifika riskji serji fl-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ prijorità, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda miżuri sabiex jibbilanċjaw dawn ir-riskji u għandha, jekk ikun il-każ u jekk ikun konsistenti mal-Pjan ta’ Rkupru, tagħmel proposti addizjonali għal dawn il-proġetti.
Artikolu 29
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2009.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
H.-G. PÖTTERING
Għall-Kunsill
Il-President
E. ERLANDSSON
(1) L-Opinjoni tat-13 ta’ Mejju 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).
(2) L-Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ Mejju 2009 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2009
(3) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 1.
(5) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
(6) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
(7) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.
(8) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(9) ĠU L 162, 22.6.2007, p. 1.
(10) ĠU L 400, 30.12.2006, p. 86.
ANNESS
PROĠETTI ELIĠIBBLI
A. Proġetti ta’ infrastruttura tal-gass u tal-elettriku
1. Interkonnetturi tal-gass
Proġett |
Post tal-proġetti appoġġati |
Kontribuzzjoni Komunitarja ppjanata (EUR miljuni) |
Kuritur tan-Nofsinhar tal-Gass |
||
NABUCCO |
l-Awstrija, l-Ungerija, il-Bulgarija, il-Ġermanja, ir-Rumanija |
200 |
ITGI – Poseidon |
l-Italja, il-Greċja |
100 |
Interkonnessjoni Baltika |
||
Pajp Skanled/Baltiku |
Il-Polonja, id-Danimarka, l-Iżvezja |
150 |
Netwerk LNG |
||
Terminal tal-Gass Naturali Likwefatt fuq ix-xtajta Pollakka fil-port ta’ Świnoujście |
il-Polonja |
80 |
Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk |
||
Interkonnettur Slovakkja-Ungerija (Vel’ký Krtíš – Vecsés) |
is-Slovakkja, l-Ungerija |
30 |
Sistema tat-trażmissjoni tal-gass fis-Slovenja bejn il-fruntiera Awstrijaka u Ljubljana (eskluża l-medda Rogatec-Kidričevo) |
is-Slovenja |
40 |
Interkonnessjoni Bulgarija-Greċja (Stara Zagora - Dimitrovgrad-Komotini) |
il-Bulgarija, il-Greċja |
45 |
Interkonnettur tal-gass Rumanija-Ungerija |
ir-Rumanija, l-Ungerija |
30 |
Espansjoni tal-Kapaċità tal-Ħżin tal-Gass fiċ-ċentru Ċek |
ir-Repubblika Ċeka |
35 |
Infrastruttura u tagħmir biex jippermetti l-fluss tal-gass fid-direzzjoni opposta f’każ ta’ taqlib fil-provvista fit-terminu qasir ta’ żmien |
l-Awstrija, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Greċja, l-Ungerija, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja |
80 |
Interkonnessjoni Slovakkja - Polonja |
is-Slovakkja, il-Polonja |
20 |
Interkonnessjoni Ungerija - Kroazja |
l-Ungerija |
20 |
Interkonnessjoni Bulgarija - Rumanija |
il-Bulgarija, ir-Rumanija |
10 |
Il-Mediterran |
||
Tisħiħ tan-netwerk tal-gass FR fuq l-assi Afrika- Spanja-Franza |
Franza |
200 |
GALSI (Gazoduc Algérie-Italie) |
l-Italja |
120 |
Interkonnessjoni tal-Gass Western Axis Larrau Branch |
Spanja |
45 |
Żona tal-Baħar tat-Tramuntana |
||
Pajp Ġermanja-Belġju-Renju Unit |
Il-Belġju |
35 |
Il-konnessjoni Franza-Belġju |
Franza, il-Belġju |
200 |
TOTAL |
|
1 440 |
2. Interkonnetturi tal-elettriku
Proġett |
Post tal-proġetti appoġġati |
Kontribuzzjoni Komunitarja ppjanata (EUR miljuni) |
Interkonnessjoni Baltika |
||
Estlink-2 |
l-Estonja, il-Finlandja |
100 |
Interkonnessjoni Svezja-Stati Baltiċi, u t-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni fl-Istati Baltiċi |
L-Iżvezja, il-Latvja, il-Litwanja |
175 |
Ewropa Ċentrali u tax-Xlokk |
||
Halle/Saale – Schweinfurt |
Il-Ġermanja |
100 |
Wien-Győr |
l-Awstrija, l-Ungerija |
20 |
Mediterran |
||
It-tisħiħ tal-interkonnessjoni Portugall-Spanja |
Il-Portugall |
50 |
Interkonnessjoni Franza-Spanja (Baixas - Sta Llogaia) |
Franza, Spanja |
225 |
Kejbil sottomarin 380 kV AC ġdid bejn Sqallija u l-Italja kontinentali (Sorgente - Rizziconi) |
l-Italja |
110 |
Żona tal-Baħar tat-Tramuntana |
||
Interkonnettur (Meath-Deeside) ta’ 500 MV Irlanda-Wales |
l-Irlanda, ir-Renju Unit |
110 |
Interkonnettur tal-elettriku Malta-Italja |
Malta/l-Italja |
20 |
TOTAL |
|
910 |
3. Proġetti għall-gżejjer iż-żgħar
Inizjattivi għal gżejjer żgħar iżolati |
Ċipru |
10 |
Malta |
5 |
|
TOTAL |
|
15 |
B. Proġetti ta’ enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta
Proġett |
Kapaċità |
Post tal-proġetti appoġġati |
Kontribuzzjoni Komunitarja ppjanata (EUR miljuni) |
||
1. Integrazzjoni tal-grilja tal-enerġija mir-riħ ‘il barra mix-xtajta |
|||||
|
1,5 GW |
Id-Danimarka, l-Iżvezja, il-Ġermanja, il-Polonja |
150 |
||
|
1 GW |
Ir-Renju Unit, Olanda, il-Ġermanja, l-Irlanda, id-Danimarka, il-Belġju, Franza, il-Lussemburgu |
165 |
||
2. Turbini ġodda, strutturi u komponenti, ottimizzazzjoni tal-kapaċijiet tal-produzzjoni |
|||||
|
1,6 GW |
Il-Ġermanja |
200 |
||
|
0,25 GW |
Ir-Renju Unit |
40 |
||
|
90 MW |
Il-Belġju |
10 |
||
TOTAL |
|
|
565 |
C. Proġetti ta’ qbid u ħżin tal-karbonju
Isem il-proġett/Post |
Kontribuzzjoni Komunitarja ppjanata (EUR miljuni) |
Karburant |
Kapaċità |
Teknika tal-qbid |
Kunċett tal-ħżin |
|
Huerth |
Ġermanja |
180 |
Faħam |
450 MW |
IGCC |
Saffi ta’ blat b’ilma mielaħ |
Jaenschwalde |
|
|
Faħam |
500 MW |
Ossikarburanti |
Meded taż-żejt/gass |
Eemshaven |
Olanda |
180 |
Faħam |
1 200 MW |
IGCC |
Meded taż-żejt/gass |
Rotterdam |
Faħam |
1 080 MW |
PC |
Meded taż-żejt/gass |
||
Rotterdam |
Faħam |
800 MW |
PC |
Meded taż-żejt/gass |
||
Belchatów |
Polonja |
180 |
Faħam |
858 MW |
PC |
Saffi ta’ blat b’ilma mielaħ |
Compostella |
Spanja |
180 |
Faħam |
500 MW |
Ossikarburanti |
Saffi ta’ blat b’ilma mielaħ |
Kingsnorth |
Renju Unit |
180 |
Faħam |
800 MW |
PC |
Meded taż-żejt/gass |
Longannet |
Faħam |
3 390 MW |
PC |
Saffi ta’ blat b’ilma mielaħ |
||
Tilbury |
Faħam |
1 600 MW |
PC |
Meded taż-żejt/gass |
||
Hatfield (Yorkshire) |
Faħam |
900 MW |
IGCC |
Meded taż-żejt/gass |
||
Porto Tolle |
Italja |
100 |
Faħam |
660 MW |
PC |
|
Proġett ta’ qbid tal-karbonju industrijali |
||||||
Florange |
Franza |
50 |
Trasport ta’ CO2 mill-impjant industrijali (impjant tal-azzar) għal faċilitajiet ta’ ħżin taħt l-art (ilma ta’ ġol-blat mielaħ) |
|||
TOTAL |
1 050 |
DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Il-Kummissjoni tissottolinja li l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli huma prijoritajiet ewlenin tal-politika tal-enerġija tal-UE, kemm għal raġunijiet ambjentali kif ukoll għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista. F'dan ir-rigward, ir-Regolament ser jikkontribwixxi għal dawn il-prijoritajiet billi jagħti appoġġ sostanzjali għal proġetti ta' enerġija ġġenerata mir-riħ lil hinn mill-kosta.
F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar id-diversi inizjattivi ġodda l-oħra li jappoġġaw l-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli, issuġġeriti mill-Kummissjoni partikolarment fil-Pjan ta' Rkupru Ewropew tagħha, li kien endorsjat mill-Kunsill Ewropew ta' Diċembru 2008. Dawn jinkludu:
Modifika tar-Regolament tal-FEŻR sabiex ikunu permessi sa EUR 8 biljun f'investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija u fl-enerġiji rinnovabbli fis-settur tad-djar fl-Istati Membri kollha.
Sħubija pubblika-privata dwar l-inizjattiva “Bini Ewropej b'effiċjenza fl-enerġija” sabiex ikunu promossi teknoloġiji favur l-ambjent u l-iżvilupp ta' sistemi u materjali b'effiċjenza fl-enerġija f'bini ġodda jew restawrati. Għal din l-azzjoni huma stmati EUR 1 biljun: EUR 500 miljun mill-baġit EC FP7 matul is-snin mill-2010 sal-2013 u EUR 500 miljun mill-industrija.
L-inizjattiva KE-BEI “Inizjattiva tal-UE għall-Finanzjament ta' Enerġija Sostenibbli”. Hija mmirata sabiex tippermetti investimenti għal proġetti ta' effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli f'ambjenti urbani. Il-Kummissjoni tiffinanzja faċilità għall-assistenza teknika mill-programm Ewropew tal-Enerġija Intelliġenti (allokazzjoni annwali ta' 15-il miljun EUR għall-2009). Din il-faċilità, amministrata mill-BEI, ser tiffaċilita l-aċċess għal self tal-BEI b'effetti ta' lieva sostanzjali.
Il-ħolqien minn investituri istituzzjonali tal-UE - immexxija mill-BEI - ta' fond ta' ishma orjentat lejn is-suq, imsejjaħ Marguerite: il-Fond Ewropew tal-2020 għall-Enerġija, it-Tibdil fil-Klima u l-Infrastruttura. Dan il-Fond jinvesti fl-oqsma tal-enerġija u tat-tibdil fil-klima (TEN-E, il-produzzjoni ta' enerġija sostenibbli, l-enerġija rinnovabbli, it-teknoloġiji l-ġodda, l-investimenti fl-effiċjenza fl-enerġija, is-sigurtà tal-provvista, kif ukoll infrastruttura ambjentali). Il-Kummissjoni tappoġġa dan l-approċċ.
Barra dan, qabel it-tmiem ta' Novembru 2009, il-Kummissjoni ser tippreżenta r-reviżjoni tal-pjan ta' azzjoni għall-effiċjenza fl-enerġija kif mitluba mill-Kunsill (Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta' Marzu 2009) u mill-Parlament (Riżoluzzjoni tal-PE P6_TA(2009)0064).
Hemm qbil fost l-esperti li l-effiċjenza fl-enerġija hija l-aktar għażla rħisa disponibbli sabiex jitnaqqsu l-emmissjonijiet ta' gass b'effett ta' serra. Sa Novembru 2009, il-Kummissjoni ser tipprovdi analiżi dettaljata tal-ostakli għal żieda fl-investimenti tal-effiċjenza fl-enerġija. B'mod partikolari hija ser teżamina jekk hemmx ħtieġa għal inċentivi finanazjarji aktar fil-forma ta' self b'interessi baxxi u/jew għotjiet, kif jista' jintuża l-baġit Ewropew għal dan il-għan, u, jekk addatt, il-Kummissjoni ser tinkludi, fost l-oħrajn, fondi addizzjonali għal finanzjament tal-effiċjenza fl-enerġija fl-istrument il-ġdid tas-Sigurtà u l-Infrastruttura tal-Enerġija tal-UE, li ser ikun ippreżentat fl-2010.
Matul l-eżami tal-pjan ta' azzjoni għall-effiċjenza fl-enerġija, il-Kummissjoni ser tagħti attenzjoni partikolari lid-dimensjoni tal-viċinat tal-effiċjenza fl-enerġija. Ser tanalizza kif tista' tagħti inċentivi finanzjarji u regolatorji lil pajjiżi tal-viċinat sabiex iħaffu l-investimenti tagħhom fl-effiċjenza fl-enerġija.
Jekk il-Kummissjoni, meta fl-2010 tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament konformement mal-Artikolu 28 tiegħu, tiskopri li ma jkunx possibbli li sa tmiem l-2010 tiġi allokata parti mill-fondi previsti għall-proġetti elenkati fl-anness għar-Regolament, il-Kummissjoni ser tipproponi, jekk ikun adatt u b'mod ġeografikament bilanċjat, emenda għar-Regolament li tippermetti l-finanzjament ta' proġetti fil-qasam tal-effiċjenza fl-enerġija u s-sorsi ta' enerġija li jiġġeddu, b'żieda mal-inizjattivi msemmija hawn fuq, inkluż kriterji ta' eliġibbiltà simili għal dawk applikabbli għall-proġetti elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Dikjarazzjoni mill-Portugall
Il-Portugall qed jivvota favur, għalkemm fil-fehma tiegħu, f'reviżjoni tal-programm taħt l-Artikolu 28, għandha tiġi kkunsidrata l-inklużjoni ta' proġetti dwar l-enerġija li tiġġedded u dwar l-effiċjenza fl-enerġija, b'mod partikolari fil-qasam tal-mikroġenerazzjoni u tan-netwerks u l-arloġġi intelliġenti, li jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tal-Artikolu 4(a) u (b) tar-Regolament.