This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0329
Commission Regulation (EC) No 329/2009 of 22 April 2009 amending Council Regulation (EC) No 1165/98 concerning short-term statistics as regards the updating of the list of variables, the frequency of compilation of the statistics and the levels of breakdown and aggregation to be applied to the variables (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 329/2009 tat- 22 ta’ April 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 dwar statistiċi għall-medda qasira ta’ żmien fir-rigward tal-aġġornament tal-listi ta’ varjabbli, il-frekwenza tal-ġbir tal-istatistiċi u l-livelli ta’ analiżi u aggregazzjoni li trid tkun applikata lill-varjabbli (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 329/2009 tat- 22 ta’ April 2009 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 dwar statistiċi għall-medda qasira ta’ żmien fir-rigward tal-aġġornament tal-listi ta’ varjabbli, il-frekwenza tal-ġbir tal-istatistiċi u l-livelli ta’ analiżi u aggregazzjoni li trid tkun applikata lill-varjabbli (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 103, 23.4.2009, pp. 3–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2023; Impliċitament imħassar minn 32019R2152
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 31998R1165 | Emenda | anness D | 13/05/2009 | |
| Modifies | 31998R1165 | Emenda | anness C | 13/05/2009 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Implicitly repealed by | 32019R2152 | 01/01/2024 |
|
23.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 103/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 329/2009
tat-22 ta’ April 2009
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 dwar statistiċi għall-medda qasira ta’ żmien fir-rigward tal-aġġornament tal-listi ta’ varjabbli, il-frekwenza tal-ġbir tal-istatistiċi u l-livelli ta’ analiżi u aggregazzjoni li trid tkun applikata lill-varjabbli
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar l-istatistika għall-medda qasira ta’ żmien (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17, punti (b), (d) u (e) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni ta’ statistika Komunitarja għall-medda qasira ta’ żmien dwar iċ-ċiklu tal-kummerċ. L-għan ta’ dawn l-istatistiċi kien modifikat mir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jwaqqaf klassifikazzjoni tal-statistika tal-attivitajiet ekonomiċi tal-NACE, it-tieni reviżjoni (2). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1503/2006 tat-28 ta’ Settembru 2006 li jimplimenta u jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1165/98 dwar l-istatistika għall-medda qasira ta’ żmien fir-rigward tad-definizzjonijiet tal-varjabbli, il-lista tal-varjabbli u l-frekwenza tal-ġbir tad-dejta (3) pprovdew definizzjonijiet tal-varjabbli. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1158/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1165/98 (4) introduċa studju ta’ prattikabilità dwar is-sigħat maħduma u l-pagi u s-salarji gross fil-kummerċ bl-imnut u servizzi oħra. |
|
(4) |
Għall-fini tal-politika monetarja tal-Komunità, l-istatistiċi tal-kummerċ għall-medda qasira ta’ żmien għandhom ikunu żviluppati aktar, speċjalment dwar servizzi. Huwa għalhekk neċessarju li r-Regolament (KE) Nru 1165/98 ikun aġġornat f’oqsma ta’ importanza partikolari għall-istudju taċ-ċiklu tal-kummerċ. |
|
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1165/98 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Programm ta’ Statistika, stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom (5), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu waħdieni
L-Annessi C u D tar-Regolament (KE) Nru 1165/98 tad-19 ta’ Mejju 1998 huma emendati kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 22 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1.
(3) ĠU L 281, 12.10.2006, p. 15.
ANNESS
1.
L-Anness C tar-Regolament (KE) Nru 1165/98 huwa emendat kif ġej:|
(a) |
Fil-punt (c) (Lista ta’ Varjabbli), il-paragrafu 1, il-varjabbli li jmiss iddaħħlu fit-tabella:
|
|
(b) |
Fil-punt (d) (Il-forma), il-paragrafu 2 jiġi mibdul b’dan li ġej:
|
|
(a) |
Fil-punt (e) (Perjodu ta’ Referenza), il-varjabbli li ġejjin iddaħħlu fit-tabella:
|
|
(d) |
Fil-punt (f) (Il-Livell ta’ dettall), il-paragrafu 1 jiġi mibdul b’dan li ġej:
|
|
(e) |
Fil-punt (g) (L-iskadenzi għat-trażmissjoni tad-dejta’), il-paragrafu 3 jiġi mibdul b’dan li ġej:
|
|
(f) |
Fil-punt (i) (L-ewwel sena ta’ referenza), qed jiżdied is-sotto-paragrafu li ġej: “L-ewwel perjodu ta’ referenza għall-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) u l-varjabbli tal-pagi u s-salarji gross (Nru 230) mhux aktar tard mill-ewwel kwart tal-2010 b’effet mill-introduzzjoni tas-sena bażi 2010 fl-2013” |
2.
L-Anness D tar-Regolament (KE) Nru 1165/98 huwa emendat kif ġej:|
(a) |
Fil-punt (c) (Lista ta’ varjabbli), il-paragrafu 1, il-varjabbli li jmiss iddaħħlu fit-tabella:
|
|
(b) |
Fil-punt (d) (Il-forma), il-paragrafu 2, qed jiżdied is-sotto-paragrafu li ġej: “Il-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) għandu jibda jkun trażmess f’forma aġġustata ta’ ġurnata ta’ xogħol mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu 2015.” |
|
(b) |
Fil-punt (d) (Il-forma), il-paragrafu 2, qed jiżdied is-sotto-paragrafu li ġej: “Il-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) u l-varjabbli tal-pagi u s-salarji gross (Nru 230) għandhom ikunu trażmessi skont il-gruppi li ġejjin tar-Rev 2 tal-NACE
|
|
(a) |
Fil-punt (g) (‘Iż-żmien tal-għeluq għat-trażmissjoni tad-dejta’), il-varjabbli li ġejjin iddaħħlu fit-tabella:
|
|
(e) |
Fil-punt (i) (L-ewwel perjodu ta’ referenza), qed jiżdied is-sotto-paragrafu li ġej: “L-ewwel perjodu ta’ referenza għall-varjabbli tas-sigħat maħduma (Nru 220) u l-varjabbli tal-pagi u s-salarji gross (Nru 230) mhux aktar tard mill-ewwel kwart tal-2010 b’effet mill-introduzzjoni tas-sena bażi 2010 fl-2013.” |