This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0280
Commission Regulation (EC) No 280/2009 of 6 April 2009 amending Annexes I, II, III and IV to Council Regulation (EC) No 44/2001 on jurisdiction and the recognition and enforcement of judgments in civil and commercial matters
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 280/2009 tas- 6 ta' April 2009 li jemenda l-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 280/2009 tas- 6 ta' April 2009 li jemenda l-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali
ĠU L 93, 7.4.2009, p. 13–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 09/01/2015; Imħassar b' 32012R1215
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32001R0044 | Sostituzzjoni | ANN1 | 08/04/2009 | |
Modifies | 32001R0044 | Sostituzzjoni | anness 4 | 08/04/2009 | |
Modifies | 32001R0044 | Sostituzzjoni | anness 3 | 08/04/2009 | |
Modifies | 32001R0044 | Sostituzzjoni | anness 2 | 08/04/2009 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32012R1215 | 10/01/2015 |
7.4.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 93/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 280/2009
tas-6 ta' April 2009
li jemenda l-Annessi I, II, III u IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 74 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 44/2001 jelenka r-regoli ta’ ġurisdizzjoni nazzjonali msemmija fl-Artikoli 3(2) u 4(2) tar-Regolament. L-Anness II fih listi ta’ qrati jew awtoritajiet kompetenti li għandhom ġurisdizzjoni fl-Istati Membri biex jittrattaw l-applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta’ li sentenza hija eżegwibbli. L-Anness III jelenka l-qrati li fihom jistgħu jiġu preżentati appelli kontra deċiżjonijiet dwar dikjarazzjoni ta’ li sentenza hija eżegwibbli, u l-Anness IV jelenka l-proċeduri finali tal-appell kontra dawn id-deċiżjonijiet. |
(2) |
L-Annessi I, II, III u IV għar-Regolament (KE) Nru 44/2001 kienu emendati ħafna drabi, l-aħħar darba permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (2) sabiex jinkludu r-regoli ta’ ġurisdizzjoni nazzjonali, il-listi tal-qrati jew l-awtoritajiet kompetenti u l-proċeduri ta’ rimedji tal-Bulgarija u tar-Rumanija. |
(3) |
L-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar emendi addizzjonali għal-listi li jinsabu fl-Annessi I, II, III u IV. Għalhekk jidher xieraq li jiġu ppubblikati verżjonijiet ikkonsolidati tal-listi li jinsabu f’dawn l-Annessi. |
(4) |
Id-Danimarka, skont l-Artikolu 3 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (3), m’għandhiex tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ emendi għar-Regolament Brussell I u dawn l-emendi m’għandhomx jorbtu jew ikunu applikabbli għad-Danimarka. |
(5) |
Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I sa IV tar-Regolament (KE) Nru.44/2001 qed jiġu sostitwiti bl-Annessi li jikkorrispondu għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha skont it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 6 ta’ April 2009.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
(2) ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1.
(3) ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62.
ANNESS I
Regoli ta’ ġurisdizzjoni msemmija fl-Artikolu 3(2) u fl-Artikolu 4(2)
— |
fil-Belġju: l-Artikoli 5 sa 14 tal-Liġi tas-16 ta’ Lulju 2004 dwar id-dritt internazzjonali privat, |
— |
fil-Bulgarija: l-Artikolu 4(1)(2) tal-Kodiċi tal-Dritt Internazzjonali Privat, |
— |
fir-Repubblika Ċeka: l-Artikolu 86 tal-Att Nru 99/1963 Coll, il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (obèanský soudní øád), kif emendat, |
— |
fil-Ġermanja: l-Artikolu 23 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Zivilprozessordnung), |
— |
fl-Estonja: l-Artikolu 86 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (tsiviilkohtumenetluse seadustik), |
— |
fil-Greċja, l-Artikolu 40 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Κώδικας Πολιτικής Δικονομίας), |
— |
fi Franza: l-Artikoli 14 u 15 tal-Kodiċi Ċivili (Code civil), |
— |
fl-Irlanda: ir-regoli li jawtorizzaw ġurisdizzjoni bbażata fuq id-dokument li jiftaħ il-proċedimenti li jkun ġie notifikat lill-konvenut matul il-preżenza temporanja tiegħu fl-Irlanda, |
— |
fl-Italja: l-Artikoli 3 u 4 tal-liġi 218 tal-31 ta’ Mejju 1995, |
— |
f’Ċipru: it-Taqsima 21(2) tal-Liġi tal-Qorti tal-Ġustizzja Nru 14 tal-1960, kif emendata, |
— |
fil-Latvja: it-Taqsima 27 u l-paragrafi 3, 5, 6, u 9 tat-Taqsima 28 tal-Liġi tal-Proċedura Ċivili (Civilprocesa likums),’ |
— |
fil-Litwanja: l-Artikolu 31 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Civilinio proceso kodeksas), |
— |
fil-Lussemburgu: l-Artikoli 14 u 15 tal-Kodiċi Ċivili (Code civil), |
— |
fl-Ungerija: l-Artikolu 57 tad-Digriet Liġi Nru. 13 tal-1979 dwar Dritt Internazzjonali Privat (a nemzetközi magánjogról szóló 1979. évi 13. törvényerejű rendelet), |
— |
f’Malta: l-Artikoli 742, 743 u 744 tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Kap.12 (Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Kap.12) u l-Artikolu 549 tal-Kodiċi tal-Kummerċ – Kap.13 (Kodiċi tal-Kummerċ – Kap.13), |
— |
fl-Awstrija: l-Artikolu 99 tal-Liġi dwar il-Ġurisdizzjoni tal-Qorti (Jurisdiktionsnorm), |
— |
fil-Polonja: l-Artikoli 1103 u 1110 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Kodeks postępowania cywilnego), safejn jistabbilixxu ġurisdizzjoni fuq il-bażi tar-residenza tal-konvenut fil-Polonja, il-pussess mill-konvenut ta’ propjetà fil-Polonja jew il-jedd tiegħu għal drittijiet ta’ propjetà fil-Polonja, il-fatt li s-suġġett tat-tilwima jkun lokalizzat fil-Polonja u l-fatt li wieħed mill-partijiet huwa ċittadin mill-Polonja, |
— |
fil-Portugall: l-Artikolu 65 u l-Artikolu 65 A tal-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili (Código de Processo Civil) u l-Artikolu 11 tal-Kodiċi tal-Proċedura tax-Xogħol (Código de Processo de Trabalho), |
— |
fir-Rumanija: l-Artikoli 148-157 tal-Liġi Nru. 105/1992 dwar ir-Relazzjonijiet tad-Dritt Internazzjonali Privat, |
— |
fis-Slovenja: l-Artikolu 48(2) tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura (Zakon o medarodnem zasebnem pravu in postopku) in relazzjoni mal-Artikolu 47(2) tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku) u l-Artikolu 58 tal-Att dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u l-Proċedura (Zakon o medarodnem zasebnem pravu in postopku) in relazzjoni mal-Artikolu 59 tal-Att dwar il-Proċedura Ċivili (Zakon o pravdnem postopku), |
— |
fis-Slovakkja: l-Artikolu 37 sa 37e tal-Att Nru 97/1963 dwar il-Dritt Internazzjonali Privat u r-Regoli ta’ Proċedura relatati magħhom, |
— |
fil-Finlandja: it-tieni, it-tielet u r-raba’ sentenzi tal-ewwel paragrafu tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 10 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja (oikeudenkäymiskaari/rättegångsbalken), |
— |
fl-Iżvezja: l-ewwel sentenza tal-ewwel paragrafu tat-Taqsima 3 ta’ Kapitolu 10 tal-Kodiċi tal-Proċedura Ġudizzjarja (rättegångsbalken), |
— |
fir-Renju Unit: ir-regoli li jippermettu li l-ġurisdizzjoni tkun ibbażata fuq:
|
ANNESS II
Il-qrati jew awtoritajiet kompetenti li dwarhom l-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 39 tista’ tkun sottomessa huma dawn li ġejjin:
— |
fil-Belġju, it-“tribunal de première instance”jew “rechtbank van eerste aanleg” jew “erstinstanzliches Gericht”, |
— |
fil-Bulgarija, l-“окръжния съд”, |
— |
fir-Repubblika Ċeka, l-“okresní soud” jew “soudní exekutor”, |
— |
fil-Ġermanja,
|
— |
fl-Estonja, l-“maakohus” (qorti tal-kontea), |
— |
fil-Greċja, il-“Μονομελές Πρωτοδικείο”, |
— |
fi Spanja, il-“Juzgado de Primera Instancia”, |
— |
fi Franza:
|
— |
fl-Irlanda, il-“High Court”, |
— |
fl-Italja, il-“corte d’appello”, |
— |
f’Ċipru, il-“Επαρχιακό Δικαστήριο” jew fil-każ ta’ sentenza ta’ manteniment il-“Οικογενειακό Δικαστήριο”, |
— |
fil-Latvja, il-“rajona (pilsētas) tiesa”, |
— |
fil-Litwanja, il-“Lietuvos apeliacinis teismas”, |
— |
fil-Lussemburgu, l-imħallef li jippresjedi t-“tribunal d’arrondissement”, |
— |
fl-Ungerija, il-“megyei bíróság székhelyén működő helyi bíróság”, u f’Budapest il-“Budai Központi Kerületi Bíróság”, |
— |
f’Malta, il-“Prim Awla tal-Qorti Ċivili”, jew “Qorti tal-Maġistrati ta’ Għawdex fil-ġurisdizzjoni superjuri tagħha”, jew, fil-każ ta’ sentenza ta’ manteniment, ir-“Reġistratur tal-Qorti” wara trażmissjoni mill-Ministru responsabbli għall-Ġustizzja, |
— |
fl-Olanda, il-“voorzieningenrechter van de rechtbank”, |
— |
fl-Awstrija, il-“Bezirksgericht” |
— |
fil-Polonja, il-“sąd okręgowy”, |
— |
fil-Portugall, it-“Tribunal de Comarca”, |
— |
fir-Rumanija, it-“Tribunal”, |
— |
fis-Slovenja, il-“okrožno sodišče”, |
— |
fis-Slovakkja, “okresný súd”, |
— |
fil-Finlandja, il-“käräjäoikeus/tingsrätt”, |
— |
fl-Iżvezja, il-“Svea hovrätt”, |
— |
fir-Renju Unit:
|
ANNESS III
Il-qrati li lihom l-appelli msemmija fl-Artikolu 43(2) jistgħu ikunu ppreżentati huma dawn li ġejjin:
— |
fil-Belġju,
|
— |
fil-Bulgarija, l-“Апелативен съд – София”, |
— |
fir-Repubblika Ċeka, il-qorti tal-appell permezz tal-qorti tad-distrett, |
— |
fil-Ġermanja, l-“Oberlandesgericht”, |
— |
fl-Estonja, ir-“ringkonnakohus”, |
— |
fil-Greċja il-“Εφετείο”, |
— |
fi Spanja, “Juzgado de Primera Instancia” li ta d-deċiżjoni kkontestata, bl-appell li jiġi deċiż mill-“Audiencia Provincial”, |
— |
fi Franza:
|
— |
fl-Irlanda, il-“High Court”, |
— |
fl-Iżlanda, il-“heradsdomur”, |
— |
fl-Italja, il-“corte d’appello”, |
— |
f’Ċipru, il-“Επαρχιακό Δικαστήριο” jew fil-każ ta’ sentenza ta’ manteniment il-“Οικογενειακό Δικαστήριο”, |
— |
fil-Latvja, il-“Apgabaltiesa” permezz tal-“rajona (pilsētas) tiesa”, |
— |
fil-Litwanja, il-“Lietuvos apeliacinis teismas”, |
— |
fil-Lussemburgu, il-“Cour supérieure de justice” bħala qorti tal-appell ċivili, |
— |
fl-Ungerija, il-qorti lokali li tinsab fis-sede tal-qorti tal-kontea (f’Budapest, il-Qorti Ċentrali tad-Distrett ta’ Buda); l-appell jiġi deċiż mill-qorti tal-kontea (f’Budapest, il-Qorti tal-Kapital), |
— |
f’Malta, il-“Qorti ta' l-Appell” skont il-proċedura stabbilita għall-appelli fil-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili - Kap.12 jew fil-każ ta’ sentenza ta’ manteniment permezz ta’ “ċitazzjoni” quddiem il-“Prim' Awla tal-Qorti ivili jew il-Qorti tal-Maġistrati ta' Għawdex fil-ġurisdizzjoni superjuri tagħha”, |
— |
fl-Olanda,
|
— |
fl-Awstrija, il-“Landesgericht” permezz tal-“Bezirksgericht”, |
— |
fil-Polanja, il-“sąd apelacyjny”permezz tal-“sąd okręgowy”, |
— |
fil-Portugall, it-“Tribunal da Relação” hu l-qorti kompetenti. L-appelli jiġu ppreżentati, skont il-liġi nazzjonali fis-seħħ, permezz ta’ talba indirizzata lill-qorti li ħarġet id-deċiżjoni kkontestata, |
— |
fir-Rumanija, il-“Curte de Apel”, |
— |
fis-Slovenja, l-“okrožno sodišče”, |
— |
fis-Slovakkja, il-qorti tal-appell permezz tal-qorti tad-distrett li d-deċiżjoni tagħha qed tiġi appellata |
— |
fil-Finlandja, il-“hovioikeus/hovrätt”, |
— |
fl-Iżvezja, is-“Svea hovrätt”, |
— |
fir-Renju Unit:
|
ANNESS IV
L-appelli li jistgħu jkunu ppreżentati bis-saħħa tal-Artikolu 44 huma dawn li ġejjin:
— |
fil-Belġju, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu u l-Olanda, b’appell fil-kassazzjoni, |
— |
fil-Bulgarija, “обжалване пред Върховния касационен съд”, |
— |
fir-Repubblika Ċeka, “dovolání” u “žaloba pro zmatečnost”, |
— |
fil-Ġermanja, “Rechtsbeschwerde”, |
— |
fl-Estonja, “kassatsioonikaebus”, |
— |
fl-Irlanda, appell fuq punt ta’ liġi lis-Supreme Court, |
— |
fl-Iżlanda, appell lill-“Hæstiréttur”, |
— |
f’Ċipru, appell lis-Supreme Court, |
— |
fil-Latvja, appell lill-“Augstākās tiesas Senāts” permezz tal-“Apgabaltiesa”, |
— |
fil-Litwanja, appell lill-“Lietuvos Aukščiausiasis Teismas”, |
— |
fl-Ungerija, “felülvizsgálati kérelem”, |
— |
f’Malta, m’hemm l-ebda appell lil qorti oħra; fil-każ ta’ sentenza ta’ manteniment il-“Qorti tal Appell” skont il-proċedura stabbilita għall-appell fil-“Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – Kap. 12”, |
— |
fl-Awstrija, “Revisionsrekurs”, |
— |
fil-Polonja, “skarga kasacyjna”, |
— |
fil-Portugall, appell fuq punt ta’ liġi, |
— |
fir-Rumanija, “contestatie in anulare” jew “revizuire”, |
— |
fis-Slovenja, appell lill-“Vrhovno sodišče Republike Slovenije”, |
— |
fis-Slovakkja, id-“dovolanie”, |
— |
fil-Finlandja, appell lill-“korkein oikeus/högsta domstolen”, |
— |
fl-Isvezja, appell lill-“Högsta domstolen”, |
— |
fir-Renju Unit, appell waħdieni ulterjuri fuq punt ta’ liġi. |