Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0260

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas- 26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (Verżjoni kodifikata)

    ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/04/2015; Imħassar b' 32015R0478

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/260/oj

    31.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 84/1


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 260/2009

    tas-26 ta' Frar 2009

    dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet

    (Verżjoni kodifikata)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej, u b’mod partikolari l-Artikolu 133 tiegħu,

    Wara li kkonsidra l-istrumenti li jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u tal-istrumenti li jirrigwardaw il-prodotti agrikoli pproċessati adottati taħt l-Artikolu 308 tat-Trattat, b’mod partikolari safejn u sakemm dawn jipprovdu għal deroga mill-prinċipju ġenerali li r-restrizzjonijiet jew il-miżuri kwantitattivi li jkollhom effett ekwivalenti jistgħu jiġu sostitwiti biss permezz tal-miżuri li jipprovdu l-istess strumenti,

    Wara li kkonsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94 tat-22 ta’ Diċembru 1994 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 518/94 (1) ġie emendat kemm-il darba (2) b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

    (2)

    Il-politika kummerċjali komuni għandha tkun imsejsa fuq prinċipji uniformi.

    (3)

    Il-Komunità Ewropea kkonkludiet il-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (minn hawn ’il quddiem ”WTO”). L-Anness 1A mal-Ftehim fih fost ħwejjeġ oħra l-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (GATT 1994) u l-Ftehim dwar is-Salvagwardja.

    (4)

    Il-Ftehim dwar is-Salvagwardja jilħaq il-ħtieġa li jikkjarifika u jirrinforza d-dixxiplini tal-GATT tal-1994, u b’mod speċifiku dawk tal-Artikolu XIX. Dan il-Ftehim jeħtieġ l-eliminazzjoni tal-miżuri tas-salvagwardja li ma jinsabux f’dawn ir-regoli, bħalma huma t-trażżin tal-esportazzjoni b’mod volontarju, l-arranġamenti tat-tqegħid fis-suq b’mod ordnat u kull xorta simili ta’ arranġamenti ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni.

    (5)

    Il-Ftehim dwar is-Salvagwardja jkopri wkoll il-prodotti tal-faħam u l-azzar. Ir-regoli komuni dwar l-importazzjonijiet, b’mod speċjali dawk dwar il-miżuri tas-salvagwardja, għalhekk japplikaw ukoll għal dawn il-prodotti mingħajr preġudizzju għal kull miżura possibbli sabiex jiġi applikat ftehim li jirrigwarda speċifikament il-prodott tal-faħam u l-azzar.

    (6)

    Il-prodotti tat-tessuti koperti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 517/94 tas-7 ta’ Marzu 1994 dwar ir-regoli komuni tal-importazzjoni tal-prodotti tat-tessuti minn ċerti pajjiżi terzi mhux koperti bi ftehimijiet bilaterali, protokolli jew arranġamenti oħra, jew minn regoli ta' l-importazzjoni speċifika tal-Komunità i (3) huma bla ħsara għal trattament speċjali fil-livell Komunitarju u internazzjonali. Dawn għandhom għalhekk jiġu esklużi mill-ambitu ta’ dan ir-Regolament.

    (7)

    Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa mill-Istati Membri b’kull periklu maħluq mix-xejriet fl-importazzjonijiet li jistgħu jitolbu għas-sorveljanza tal-Komunità jew l-applikazzjoni tal-miżuri tas-salvagwardja.

    (8)

    F’każijiet simili l-Kummissjoni għandha teżamina t-termini u l-kondizzjonijiet li permezz tagħhom jiġru l-importazzjonijiet, ix-xejra fl-importazzjonijiet, l-aspetti varji tas-sitwazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali u, fejn ikun xieraq, il-miżuri li jridu jiġu applikati.

    (9)

    Jekk tiġi applikata s-sorveljanza minn qabel tal-Komunità minn qabel, ir-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti interessati għandu jsir bla ħsara għall-wirja ta’ dokument ta’ sorveljanza li jilħaq kriterji uniformi. Dan id-dokument għandu, ma’ applikazzjoni sempliċi mill-importatur, jiġi maħruġ mill-awtoritajiet tal-Istati Membri f’perjodu taż-żmien stabbilit iżda mingħajr ma b’daqshekk jagħti d-dritt lill-importatur li jimporta. Id-dokument tas-sorveljanza għandu għalhekk ikun validu biss matul dak il-perjodu taż-żmien fejn ir-regoli tal-importazzjoni ma jinbidlux.

    (10)

    L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jaqsmu bejniethom it-tagħrif li jirriżulta mis-sorveljanza tal-Komunità bl-aktar mod komplet possibbli.

    (11)

    Huwa d-dmir tal-Kummissjoni u l-Kunsill li jadottaw il-miżuri tas-salvagwardja meħtieġa fl-interess tal-Komunità. Dawn l-interessi għandhom jiġu meqjusa flimkien u għandhom b’mod partikolari jħaddnu l-interessi tal-produtturi, tal-utenti u tal-konsumaturi tal-Komunità.

    (12)

    Il-miżuri tas-salvagwardja kontra Membru tad-WTO jistgħu jitqiesu biss jekk il-prodott fil-kwistjoni jiġi importat ġewwa l-Komunità fi kwantitajiet miżjuda tant u taħt it-termini u l-kondizzjonijiet hekk li jikkaġunaw, jew li jheddu li jikkaġunaw, dannu serju lill-produtturi Komunitarji li jipproduċu prodotti bħalhom jew li jkunu f’kompetizzjoni diretta magħhom, għajr jekk l-obbligi internazzjonali jippermettu deroga minn din ir-regola.

    (13)

    It-termini “dannu serju”, “theddida ta’ dannu serju” u “produtturi Komunitarji” għandhom jiġu definiti u għandhom jiġu stabbiliti kriterji preċiżi sabiex jiġi stabbilit id-dannu.

    (14)

    Investigazzjoni għandha ssir qabel ma tiġi applikata kull miżura ta’ salvagwardja, bla ħsara għar-riserva li l-Kummissjoni tiġi mħollija tapplika miżuri provviżorji f’każijiet urġenti.

    (15)

    Għandu jkun hemm dispożizzjonijiet iddettaljati dwar il-ftuħ tal-investigazzjonijiet, dwar il-kontroll u l-ispezzjonijiet meħtieġa, dwar l-aċċess għat-tagħrif miġbur mill-pajjiżi esportaturi u mill-partijiet interessati, dwar il-proċessi fil-qorti għall-partijiet involuti u dwar l-opportunitajiet għal dawn il-partijiet li jippreżentaw il-veduti tagħhom.

    (16)

    Id-dispożizzjonijiet dwar l-investigazzjonijiet introdotti b’dan ir-Regolament huma mingħajr preġudizzju għar-regoli Komunitarji jew nazzjonali dwar is-sigriet professjonali.

    (17)

    Huwa wkoll meħtieġ li jiġu stabbiliti l-limiti taż-żmien sabiex jinbdew l-investigazzjonijiet u sabiex jiġi stabbilit jekk il-miżuri humiex xierqa jew le, bil-ħsieb li jiġi żgurat li dawn il-konsiderazzjonijiet isiru malajr, sabiex tiżdied iċ-ċertezza legali għall-operaturi ekonomiċi interessati.

    (18)

    Fil-każijiet fejn il-miżuri tas-salvagwardja jieħdu l-għamla ta’ kwota, il-livell ta’ dawn tal-aħħar għandhom fil-prinċipju jiġu stabbiliti bħala mhux anqas mil-livell medju tal-importazzjonijiet fuq perjodu rappreżentattiv taż-żmien ta’ mill-anqas tliet snin.

    (19)

    Fil-każijiet fejn kwota tiġi allokata fost il-pajjiżi fornituri, il-kwota ta’ kull pajjiż tista’ tiġi stabbilita permezz ta’ ftehim mal-pajjiżi nfushom jew billi jittieħed bħala referenza l-livell tal-importazzjonijiet fuq perjodu rappreżentattiv taż-żmien. Id-derogi minn dawn ir-regoli għandhom xorta waħda jkunu possibbli meta jkun hemm dannu serju u żieda sproporzjonata fl-importazzjonijiet, sakemm issir konsultazzjoni xierqa taħt l-awspiċi tal-Kumitat tad-WTO dwar is-Salvagwardja.

    (20)

    It-tul massimu taż-żmien tal-miżuri tas-salvagwardja għandu jiġi stabbilit u għandhom jiġu stabbiliti d-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-estensjoni, il-liberalizzazzjoni progressiva u r-reviżjonijiet ta’ dawn il-miżuri.

    (21)

    Għandhom jiġu stabbiliti ċ-ċirkostanzi li fihom il-prodotti li joriġinaw fi stat li qiegħed jiżviluppa li jkun Membru tad-WTO għandhom jiġu eżentati mill-miżuri tas-salvagwardja.

    (22)

    Is-sorveljanza jew il-miżuri tas-salvagwardja ristretti għal reġjun jew iktar tal-Komunità jistgħu jirriżultaw aktar xierqa mill-miżuri li japplikaw għall-Komunità kollha. Madankollu, dawn il-miżuri għandhom jiġu awtorizzati biss f’każi eċċezzjonali u fejn ma teżisti l-ebda alternattiva. Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li dawn il-miżuri jkunu temporanji u li jikkawżaw l-inqas taħwid għax-xogħol tas-suq intern.

    (23)

    Fl-interess tal-uniformità fir-regoli għall-importazzjonijiet, il-formalitajiet li għandhom jitwettqu mill-importaturi għandhom jiġu simplifikati u magħmula identiċi irrispettivament mill-post minn fejn l-oġġetti jinħarġu mid-dwana. Huwa għalhekk mixtieq li jiġi stabbilit li kull formalità għandha titwettaq bl-użu tal-formoli li jikkorrispondu għall-kampjun anness mar-Regolament.

    (24)

    Id-dokumenti tas-sorveljanza maħruġa rigward il-miżuri Komunitarji tas-sorveljanza għandhom ikunu validi fil-Komunità kollha irrispettivament minn min ikun l-Istat Membru li joħroġhom,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT

    KAPITOLU I

    Prinċipji ġenerali

    Artikolu 1

    1.   Dan ir-Regolament japplika għall-importazzjonijiet ta’ prodotti li joriġinaw minn pajjiżi terzi, ħlief għal:

    (a)

    prodotti tat-tessuti suġġetti għal regoli speċifiċi ta’ importazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 517/94;

    (b)

    il-prodotti li joriġinaw minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 519/94 tas-7 ta' Marzu 1994 dwar regoli komuni għal importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (4).

    2.   Il-prodotti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu importati liberament ġewwa l-Komunità u għaldaqstant, mingħajr preġudizzju għall-miżuri tas-salvagwardja li jistgħu jittieħdu taħt il-Kapitolu V, m’għandhomx ikunu suġġetti għal restrizzjonijiet kwantitattivi.

    KAPITOLU II

    Il-proċedura Komunitarja dwar it-tagħrif u u l-konsultazzjoni

    Artikolu 2

    L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni jekk kemm-il darba x-xejriet fl-importazzjonijiet jidhru li jeħtiġilhom miżuri ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja. Dan it-tagħrif għandu jkun fih l-evidenza disponibbli, kif stabbilit fuq il-bażi tal-kriterji li jinsabu fl-Artikolu 10. Il-Kummissjoni għandha minnufih tgħaddi dan it-tagħrif lill-Istati Membri kollha.

    Artikolu 3

    1.   Jistgħu jsiru konsultazzjonijiet jew fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

    2.   Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien tmint ijiem tax-xogħol minn meta l-Kummissjoni tirċievi t-tagħrif previst fl-Artikolu 2 u, f’kull każ, qabel ma tiġi introdotta kull miżura Komunitarja dwar is-sorveljanza u s-salvagwardja.

    Artikolu 4

    1.   Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi ħdan Kumitat Konsultattiv, minn hawn ’il quddiem “il-Kumitat”, li jkun magħmul minn rappreżentanti ta’ kull Stat Membru b’rappreżentant tal-Kummissjoni bħala President.

    2.   Il-Kumitat għandu jiltaqa’ meta msejjaħ mill-President. Hu għandu jipprovdi lill-Istati Membri b’kull tagħrif rilevanti malajr kemm jista’ jkun.

    3.   Il-konsultazzjonijiet għandhom ikopru b’mod partikolari:

    (a)

    it-termini u l-kondizzjonijiet dwar l-importazzjoni, ix-xejriet tal-importazzjoni u l-aspetti varji dwar is-sitwazzjoni ekonomika u kummerċjali rigward il-prodott fil-kwistjoni;

    (b)

    il-miżuri, jekk ikun il-każ, li jridu jittieħdu.

    4.   Il-konsultazzjonijiet jistgħu isiru bil-kitba jekk meħtieġ. Il-Kummissjoni għandha f’dan il-każ tgħarraf lill-Istati Membri, li jistgħu jagħtu l-opinjoni tagħhom jew jitolbu konsultazzjonijiet bil-fomm f’perjodu taż-żmien bejn ħames u tmint ijiem tax-xogħol, li jridu jiġu deċiżi mill-Kummissjoni.

    KAPITOLU III

    Il-proċedura Komunitarja ta' investigazzjoni

    Artikolu 5

    1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8, il-proċedura Komunitarja ta' investigazzjoni għandha tiġi implimentata qabel ma tiġi applikata kull miżura ta’ salvagwardja.

    2.   Filwaqt li jintużaw bħala bażi l-fatturi imsemmija fl-Artikolu 10, l-investigazzjoni għandha tfittex li tistabbilixxi jekk l-importazzjonijet tal-prodott fil-kwistjoni jikkawżawx jew jheddu li jiġi kkawżat dannu serju lill-produtturi interessati tal-Komunità.

    3.   Għandhom japplikaw t-tifsiriet li ġejjin:

    (a)

    “dannu serju” jfisser ħsara ġenerali sinifikanti għall-pożizzjoni tal-produtturi Komunitarji;

    (b)

    “theddida ta’ dannu serju” tfisser dannu serju li jkun imminenti biċ-ċar;

    (ċ)

    “produtturi Komunitarji” jfissru l-produtturi kollha bħala grupp wieħed tal-istess prodotti jew ta’ prodotti li jikkompetu direttament ma’ xulxin u li joperaw fit-territorju tal-Komunità, jew dawk li l-output kollettiv tagħhom ikun tal-istess prodotti jew ta’ prodotti li jikkompetu direttament ma’ xulxin jikkostitwixxu proporzjon maġġuri tal-produzzjoni totali Komunitarja ta’ dawn il-prodotti.

    Artikolu 6

    1.   Meta wara li jsiru l-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u 4, jidher lill-Kummissjoni li teżisti evidenza biżżejjed li tiġġustifika l-bidu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tiftaħ investigazzjoni fi żmien xahar minn meta tirċievi t-tagħrif minn Stat Membru u tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan l-avviż għandu:

    (a)

    jagħti sommarju tat-tagħrif riċevut, u jistabbilixxi li t-tagħrif kollu rilevanti irid jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni,

    (b)

    jiddikjara l-perjodu taż-żmien li fih il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu magħrufa l-veduti tagħhom bil-miktub u jippreżentaw it-tagħrif, jekk dawn il-veduti u dan it-tagħrif iridu jitqiesu matul l-investigazzjoni,

    (ċ)

    jiddikjara l-perjodu taż-żmien li fih il-partijiet interessati jistgħu japplikaw sabiex jinstemgħu bil-fomm mill-Kummissjoni konformement mal-paragrafu 4.

    Il-Kummissjoni għandha tibda l-investigazzjoni, filwaqt li taġixxi f’ koperazzjoni mal-Istati Membri.

    2.   Il-Kummissjoni għandha tfittex kull tagħrif li jidhrilha li jkun meħtieġ u, meta tħoss li jkun xieraq, wara li tikkonsulta lill-Kumitat, tagħmel ħiltha sabiex teżamina dan it-tagħrif mal-importaturi, il-kummerċjanti, l-aġenti, il-produtturi, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet kummerċjali.

    Il-Kummissjoni għandha tkun assistita f’dan ix-xogħol mill-persunal tal-Istati Membri li fit-territorju tagħhom jitwettqu dawn il-kontrolli, sakemm dan l-Istat Membru jixtieq dan.

    3.   L-Istati Membri għandhom ifornu lill-Kummissjoni, fuq it-talba tagħha u konformement mal-proċeduri li tistabbilixxi hi, it-tagħrif fid-dispożizzjoni tagħhom dwar l-iżviluppi fis-suq tal-prodott li jkun qiegħed jiġi investigat.

    4.   Il-partijiet interessati li jkunu ppreżentaw ruħhom taħt l-ewwel subparagrafu tal- paragrafu 1 u r-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur jistgħu, fuq talba bil-miktub, jispezzjonaw it-tagħrif kollu magħmul disponibbli lill-Kummissjoni b’konnessjoni mal-investigazzjoni għajr id-dokumenti interni mħejjija mill-awtoritajiet tal-Komunità jew tal-Istati Membri tagħha, sakemm dan it-tagħrif ikun rilevanti għall-preżentazzjoni tal-każ tagħhom u mhux konfidenzjali fis-sens tal-Artikolu 9 u li jintuża mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni.

    Il-partijiet interessati li jkunu ppreżentaw ruħhom jistgħu jikkomunikaw il-veduti tagħhom dwar it-tagħrif fil-kwistjoni lill-Kummissjoni. Dawn il-veduti jistgħu jiġu kkonsidrati meta jkunu mirfuda b’evidenza suffiċjenti.

    5.   Il-Kummissjoni tista’ tisma’ lill-partijiet interessati. Dawn il-partijiet għandhom jinstemgħu meta jkunu għamlu applikazzjoni bil-miktub fil-perjodu taż-żmien stabbilit fl-avviż ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn juru li attwalment x’aktarx ikunu sejrin jintlaqtu mir-riżultat tal-investigazzjoni u li jeżistu raġunijiet speċjali sabiex jinstemgħu bil-fomm.

    6.   Meta ma jingħatax it-tagħrif fil-limiti taż-żmien stabbiliti b’dan ir-Regolament jew mill-Kummissjoni taħt dan ir-Regolament, jew meta l-investigazzjoni tkun imxekkla b’mod sinifikanti, jista jingħata verdett fuq il-bażi tal-fatti disponibbli. Fejn il-Kummissjoni ssib li parti interessata jew parti mhux interessata jkunu fornewha b’tagħrif qarrieq jew li jiżvija, ma għandhiex tagħti każ ta’ dan it-tagħrif u għandha tagħmel użu mill-fatti disponibbli.

    7.   Meta l-Kummissjoni jidhrilha, wara l-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 3 u 4, li ma jkunx hemm evidenza biżżejjed li tiġġustifika investigazzjoni, għandha tgħarraf lill-Istat Membru bid-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn meta tirċievi t-tagħrif mill-Istat Membru.

    Artikolu 7

    1.   Fit-tmiem tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar ir-riżultati lill-Kumitat.

    2.   Meta l-Kummissjoni jidhrilha, fi żmien disa’ xhur mill-bidu tal-investigazzjoni, li ma huma meħtieġa l-ebda miżuri Komunitarji ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja, l-investigazzjoni għandha tiġi terminata fi żmien xahar, wara li l-ewwel jiġi kkonsultat il-Kumitat.

    Id-deċiżjoni sabiex tintemm l-investigazzjoni, fejn jiġu ddikjarati l-konklużjonijiet ewlenin tal-investigazzjoni u sommarju tar-raġunijiet għaliha, għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    3.   Jekk il-Kummissjoni tikkonsidra li huma meħtieġa l-miżuri Komunitarji ta’ sorveljanza jew ta’ salvagwardja, għandha tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa taħt il-Kapitoli IV u V, sa mhux aktar tard minn disa’ xhur mill-bidu tal-investigazzjoni. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, dan il-limitu taż-żmien jista’ jiġi estiż b’perjodu ieħor taż-żmien b’massimu ta’ xahrejn; il-Kummissjoni għandha mbagħad tippubblika avviż f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fejn tiddikjara t-tul taż-żmien tal-estensjoni u sommarju tar-raġunijiet għal dan.

    Artikolu 8

    1.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Kapitolu m’għandhomx jipprekludu l-użu, fi kwalunkwe mument, tal-miżuri tas-sorveljanza taħt l-Artikoli 11 sa 15 jew il-miżuri provviżorji tas-salvagwardja taħt l-Artikoli 16, 17 u 18.

    Il-miżuri provviżorji tas-salvagwardja għandhom jiġu applikati:

    (a)

    f’ċirkostanzi kritiċi fejn id-dewmien jikkawża dannu li jkun diffiċli li jiġi msewwi, fejn tkun meħtieġa azzjoni immedjata, u

    (b)

    fejn deċiżjoni preliminari dwar l-applikazjoni tagħhom tipprovdi evidenza ċara li l-importazzjonijiet miżjuda kkawżaw jew qegħdin jheddu li jikkawżaw dannu serju.

    It-tul taż-żmien ta’ dawn il-miżuri m’għandhomx jaqbżu l-200 jum.

    2.   Il-miżuri provviżorji tas-salvagwardja għandhom jieħdu l-għamla ta’ żieda fil-livell eżistenti tad-dazji tad-dwana (sewwa jekk dawn tal-aħħar ikunu xejn u sewwa jekk aktar) jekk din l-azzjoni x’aktarx li tipprevjeni jew issewwi d-dannu serju.

    3.   Il-Kummissjoni għandha minnufih tmexxi l-miżuri tal-investigazzjoni li, jkunu liema jkunu, jibqgħu jidhru meħtieġa.

    4.   Jekk il-miżuri provviżorji tas-salvagwardja jiġu mħassra minħabba li ma jkunu jeżistu l-ebda dannu serju jew theddida ta’ dannu serju, id-dazji tad-dwana miġbura bħala riżultat tal-miżuri provviżorji għandhom jiġu awtomatikament imħallsa lura malajr kemm jista’ jkun. Għandha tapplika l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 235 et seq tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (5).

    Artikolu 9

    1.   It-tagħrif li jkun ġie riċevut taħt dan ir-Regolament għandu jintuża biss għall-għan li għalih ikun ġie mitlub.

    2.   La l-Kunsill, la l-Kummissjoni, la l-Istati Membri, u lanqas l-uffiċjali ta’ kull wieħed jew waħda minn dawn ma għandhom jiżvelaw xi tagħrif ta’ natura konfidenzjali li jkun ġie riċevut taħt dan ir-Regolament, jew kull tagħrif li jkun ingħata fuq bażi konfidenzjali mingħajr il-permess speċifiku ta’ min ikun forna dan it-tagħrif.

    3.   Kull talba għall-konfidenzjalità għandha tagħti r-raġunijiet għaliex it-tagħrif huwa konfidenzjali.

    Madankollu, jekk ikun jidher li talba għall-konfidenzjalità ma tkunx ġustifikata u jekk min iforni t-tagħrif jixtieq li la jagħmlu pubbliku u lanqas li jawtorizza l-iżvelar tiegħu f’termini ġenerali jew fil-għamla ta’ sommarju, dan it-tagħrif jista’ ma jitqiesx.

    4.   It-tagħrif għandu f’kull każ jitqies bħala konfidenzjali jekk l-iżvelar tiegħu x’aktarx ikollu effett kuntrarju sinifikattiv fuq min ifornih jew fuq is-sors ta’ dan it-tagħrif.

    5.   Il-paragrafi 1 sa 4 ma għandhomx jipprekludu r-referenza mill-awtoritajiet tal-Komunità għal tagħrif ġenerali u b’mod partikolari għar-raġunijiet li fuqhom ikunu msejsa d-deċiżjonijiet meħuda taħt dan ir-Regolament. Dawk l-awtoritajiet għandhom, madankollu, iqisu l-interess leġittimu tal-persuni legali u naturali interessati li ma jiġux żvelati s-sigrieti kummerċjali tagħhom.

    Artikolu 10

    1.   L-eżami tax-xejra fl-importazzjonijiet, tal-kundizzjonijiet li fihom isiru u tad-dannu serju jew it-theddida ta’ dannu serju għall-produtturi Komunitarji li jirriżultaw minn dawn l-importazzjonijiet għandhom ikopru b’mod partikolari l-fatturi li ġejjin:

    (a)

    il-volum tal-importazzjonijiet, b’mod partikolari fejn ikun hemm żieda sinifikanti, jew f’termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni jew il-konsum fil-Komunità;

    (b)

    il-prezz tal-importazzjonijiet, b’mod partikolari fejn ikun sar bejgħ sinifikanti bi prezzijiet inqas meta pparagunat mal-prezz ta’ prodott simili fil-Komunità;

    (ċ)

    l-impatt b’konsegwenza ta’ dan fuq il-produtturi Komunitarji kif indikat mix-xejriet f’ċerti fatturi ekonomiċi bħal:

    il-produzzjoni,

    l-utilizzazzjoni tal-kapaċità,

    il-ħażniet,

    il-bejgħ,

    is-sehem mis-suq,

    il-prezzijiet (i.e. it-tbaxxija tal-prezzijiet jew il-prevenzjoni taż-żieda fil-prezz li normalment ikunu ġraw),

    il-profitti,

    id-dħul fuq il-kapital imħaddem,

    il-likwidità,

    l-impjiegi;

    (d)

    il-fatturi għajr ix-xejriet fl-importazzjonijiet li jkunu qegħdin jikkawżaw jew setgħu ikkawżaw dannu lill-produtturi Komunitarji interessati.

    2.   Meta tiġi allegata theddida ta’ dannu serju, il-Kummissjoni għandha teżamina wkoll jekk huwiex previst b’mod ċar li sitwazzjoni partikolari x’aktarx tiżviluppa f’dannu attwali.

    F’dan ir-rigward għandhom jitqiesu fatturi bħal:

    (a)

    ir-rata taż-żieda fl-esportazzjonijiet lejn il-Komunità;

    (b)

    il-kapacità tal-esportazzjoni fil-pajjiż tal-oriġini jew l-esportazzjoni, kif tkun jew kif x’aktarx li tkun fil-futur qrib, u kemm x’aktarx li din il-kapaċità tiġi wżata għall-esportazzjoni lejn il-Komunità.

    KAPITOLU IV

    Is-sorveljanza

    Artikolu 11

    1.   Fejn ix-xejra fl-importazzjonijiet ta’ prodott li joriġina minn pajjiż terz kopert b’ dan ir-Regolament thedded li tikkawża dannu lill-produtturi Komunitarji, u fejn l-interessi tal-Komunità hekk jeħtieġu, l-importazzjoni ta’ dan il-prodott tista’ tkun bla ħsara, kif xieraq, għal:

    (a)

    is-sorveljanza retroattiva tal-Komunità mwettqa konformement mad-dispożizzjonijiet stabbiliti bid-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2;

    (b)

    is-sorveljanza minn qabel tal-Komunità mwettqa taħt l-Artikolu 12.

    2.   Id-deċiżjoni li tiġi imposta sorveljanza għandha tittieħed mill-Kummissjoni konformement mal-proċedura stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(6) u l-Artikolu 16(7).

    3.   Il-miżuri tas-sorveljanza għandhom ikunu validi għal perjodu limitat taż-żmien. Għajr jekk jkun ipprovdut xorta oħra, dawn għandhom jieqfu milli jibqgħu validi fit-tmiem tal-perjodu taż-żmien tat-tieni sitt xhur li jiġi wara s-sitt xhur li fihom ikunu ġew introdotti l-miżuri.

    Artikolu 12

    1.   Il-prodotti li kienu taħt sorveljanza Komunitarja preċedenti jistgħu jitpoġġew f’ċirkolazzjoni libera biss ladarba jiġi prodott dokument ta’ sorveljanza. Dan id-dokument għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti nnominata mill-Istati Membri, minghajr ħlas, għal kull kwantità mitluba f’massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol minn meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tirċievi applikazzjoni minn kwalunkwe importatur Komunitarju, ikun fejn ikun il-post fil-Komunità fejn jopera n-negozju tiegħu. Din l-applikazzjoni għandha tkun meqjusa li tkun wasslet għand l-awtorità nazzjonali kompetenti mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara li ssir, sakemm ma jiġix ippruvat il-kuntrarju.

    2.   Id-dokument ta’ sorveljanza għandu jsir fuq formola li tkun bħall-mudell fl-Anness I.

    Sakemm id-deċiżjoni li timponi s-sorveljanza ma tgħidx mod ieħor, l-applikazzjoni tal-importatur ghad-dokumenti ta’ sorveljanza għandha jkollha li ġej biss:

    (a)

    l-isem sħiħ u l-indirizz tal-applikant (inkluż numri tat-telefon u numri tal-fax u numru ieħor li jiddentifika l-applikant mal-awtorità kompetenti nazzjonali), flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni tal-VAT jekk irid iħallas il-VAT;

    (b)

    fejn hu xieraq, l-isem sħiħ u l-indirizz ta’ min jagħmel d-dikjarazzjoni jew xi rappreżentant maħtur mill-applikant (inkluż in-numri tat-telefon u tal-fax);

    (ċ)

    deskrizzjoni tal-merkanzija li tagħti:

    l-isem tal-kummerċ tagħhom,

    il-kodiċi tan-nomenklatura maqgħuda tagħhom,

    il-post ta’ oriġini tagħhom u l-post tal-konsenja;

    (d)

    il-kwantità ddikjarata, f’kilogrammi u, jekk hu l-każ, kull unità addizzjonali oħra (pari, oġġetti, eċċ.);

    (e)

    il-valur tal-merkanzija, cif fil-fruntiera tal-Komunità, f’euro;

    (f)

    il-prospett li ġej, bid-data u ffirmat mill-applikant, bl-isem tal-applikant imniżżel b’ittri kbar:

    “Jiena, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-informazzjoni pprovduta f’din l-applikazzjoni hija veru u mogħtija in bona fide, u li jiena stabbilit fil-Komunità.”

    3.   Id-dokument tas-sorveljanza għandu jkun validu ġewwa l-Komunità, ikun min ikun l-Istat Membru li joħorġu.

    4.   Id-dikjarazzjoni ta’ verdett li l-prezz għal kull l-unità li fuqu tkun saret it-transazzjoni jaqbeż dak indikat fid-dokument tas-sorveljanza b’inqas minn 5 %jew li l-valur totali jew il-kwantità tal-prodotti preżentati għall-importazzjoni jaqbeż il-valur jew il-kwantità mogħtija fid-dokument tas-sorveljanza b’inqas minn 5 %ma tipprekludix ir-rilaxx tal-prodott fil-kwistjoni għal ċirkolazzjoni libera. Il-Kummissjoni, wara li tkun semgħet l-opinjonijiet espressi fil-Kumitat u wara li tikkonsidra n-natura tal-prodotti u l-fatturi l-oħra speċjali tat-transazzjonijiet involuti, tista’ tiffissa perċentwali differenti li, madankollu, normalment ma għandux jaqbeż il-10 %.

    5.   Id-dokumenti tas-sorveljanza jistgħu jintużaw biss għal dak iż-żmien li l-arranġamenti għal liberalizzazzjoni tal-importazzjoni jibqgħu fis-seħħ rigward it-transazzjonijiet fil-kwistjoni. Dawn id-dokumenti tas-sorveljanza ma jistgħu fl-ebda każ jintużaw wara li jagħlaq iż-żmien li għandu jiġi stabbilit fl-istess waqt u permezz tal-istess proċedura tal-impożizzjoni tas-sorveljanza, u għandhom iqisu n-natura tal-prodotti u tal-fatturi l-oħra speċjali tat-transazzjonijiet.

    6.   Meta d-deċiżjoni li tittieħed taħt l-Artikolu 11 hekk titlob, l-oriġini tal-prodotti taħt is-sorveljanza tal-Komunità jridu jiġu ppruvati permezz ta’ ċertifikat tal-oriġini. Dan il-paragrafu ma għandux jaffettwa dispożizzjonijiet oħra li jirrigwardaw il-preżentazzjoni ta’ kull ċertifikat minn dan.

    7.   Fejn il-prodott li jkun taħt is-sorveljanza minn qabel tal-Komunità jkun bla ħsara għall-miżuri reġjonali ta’ salvagwardja fi Stat Membru, l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni konċessa minn dan l-Istat Membru tista’ tieħu l-post tad-dokument tas-sorveljanza.

    8.   Il-formoli tad-dokument ta’ sorveljanza u l-estratti tiegħu għandhom ikunu doppji, kopja mmarkata “kopja tad-Detentur” u li ġġib in-numru 1, li tinħareġ lill-applikant, u l-oħra mmarkata “Kopja għall-awtorità kompetenti” li ġġib in-numru 2, li għandha tinżamm mill-awtorità li toħroġ id-dokument. Ghal dak li jirrigwarda l-amministrazzjoni l-awtorità kompetenti tista’ żżid kopji supplimentari għal formola 2.

    9.   Il-formoli ghandhom jiġu stampati fuq karta bajda ħielsa minn polpa mekkanika, li tkun intiża għal kitba u li tkun tiżen bejn 55 u 65 grammi kull metru kwadru. Il-qies tagħhom għandu jkun 210 × 297 mm; t-tip ta spazju bejn il-linji għandu jkun 4,24 mm (wieħed minn sitta ta’ pulzier); dak li hu mniżżel fil-formola għandu jiġi segwit b’mod preċiż. Iż-żewġ naħat tal-kopja Nru 1, li hu d-dokument ta’ sorveljanza nnifsu, għandhom ikollhom ukoll sfond ta’ disinn arabesk isfar stampat sabiex jiżvela kull falsifikazzjoni b’mezzi mekkaniċi jew kimiċi.

    10.   L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-istampar tal-formoli. Il-formoli jistgħu wkoll jiġu stampati minn stampaturi maħtura mill-Istat Membru fejn huma stabbiliti. F’każ ta’ dan l-aħħar, għandha tidher refernza għall-ħatra mill-Istat Membru fuq kull formola. Kull formola għandu jkollha indikazzjoni tal-isem u l-indirizz tal-istampatur jew marka li tidentifika l-istampatur.

    Artikolu 13

    Fejn l-importazzjoni ta’ prodott ma tkunx saret suġġetta għas-sorveljanza minn qabel tal-Komunità fi żmien tmint ijiem tax-xogħol mit-tmiem tal-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u 4, il-Kummissjoni, taħt l-Artikolu 18, tista’ tintroduċi sorveljanza ristretta għall-importazzjoni f’reġjun tal-Komunità jew iktar.

    Artikolu 14

    1.   Prodotti taħt sorveljanza reġjonali jistgħu jiddaħħlu f’ċirkolazzjoni libera fir-reġjun ikkonċernat biss ladarba jiġi prodott dokument ta’ sorveljanza. Dan id-dokument għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti nnominata mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i), minghajr ħlas, għal kull kwantità mitluba u fi żmien mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol minn meta l-awtorità nazzjonali kompetenti tirċievi l-applikazzjoni minn kull importatur Komunitarju, irrispettivament mill-post tal-kummerċ tieghu fil-Komunità. Din l-applikazzjoni għandha titqies li tkun wasslet għand l-awtorità nazzjonali kompetenti mhux aktar tard minn tlett ijiem tax-xogħol wara li tiġi magħmula, sakemm ma jiġix ippruvat xort’oħra. Id-dokumenti ta’ sorveljanza jistgħu jintużaw biss sakemm l-arranġamenti għall-importazzjoni jibqgħu liberalizzati fir-rigward tat-transazzjonijiet ikkonċernati.

    2.   L-Artikolu 12(2) għandu japplika.

    Artikolu 15

    1.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni fi żmien l-ewwel għaxart ijiem ta’ kull xahar fil-każ ta’ sorveljanza Komunitarja jew reġjonali:

    (a)

    fil-każ ta’ sorveljanza minn qabel, id-dettalji tal-ammonti tal-flus (ikkalkolati fuq il-bażi ta’ prezzijiet c.i.f.) u l-kwantitajiet tal-oġġetti li rigward tagħhom id-dokumenti tas-sorveljanza jkunu nħarġu matul il-perjodu preċedenti;

    (b)

    f’kull każ, id-dettaliji dwar l-importazzjonijiet matul il-perjodu taż-żmien ta’ qabel il-perjodu taż-żmien imsemmi fil-punt(a).

    It-t-tagħrif mogħti mill-Istati Membri għandu jiġi maqsum abbażi tal-prodott u l-pajjiż.

    Jistgħu jiġu stabbiliti diposizzjonijiet differenti fl-istess żmien u bl-istess proċedura bħall-arranġamenti tas-sorveljanza.

    2.   Fejn in-natura tal-prodotti u ċ-ċirkostanzi speċjali hekk jeħtieġu, il-Kummissjoni tista’, fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, temenda t-tabelli taż-żmien għall-preżentazzjoni ta’ dan it-tagħrif.

    3.   Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri kif xieraq.

    KAPITOLU V

    Miżuri ta' salvagwardja

    Artikolu 16

    1.   Meta prodott jiġi importat ġewwa l-Komunità fi kwantitajiet miżjuda tant u/jew taħt it-termini u l-kondizzjonijiet hekk li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu serju lill-produtturi Komunitarji, il-Kummissjoni, sabiex tissalvagwardja l-interessi tal-Komunità, tista’, fil-waqt li taġixxi fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq inizjattiva tagħha stess:

    (a)

    tagħmel limitu għall-perjodu taż-żmien tal-validità tad-dokumenti tas-sorveljanza fis-sens tal-Artikolu 12 li jridu jinħarġu wara d-dħul fis-seħħ ta’ din il-miżura;

    (b)

    tibdel ir-regoli tal-importazzjoni għall-prodott fil-kwistjoni billi tagħmel ir-rilaxx tiegħu fiċ-ċirkolazzjoni libera bil-kondizzjoni li tiġi ppreżentata l-awtorizzazzjoni għall-importazzjoni, li l-konċessjoni tagħha għandha tkun irregolata minn dawn id-dispożizzjonijiet u bla ħsara għal dawk il-limiti li l-Kummissjoni tista’ timponi.

    Il-miżuri msemmija fil-punti (a) u (b) għandhom jidħlu fis-seħħ minnufih.

    2.   Rigward il-Membri tad-WTO, il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jittieħdu biss meta ż-żewġ kondizzjonijiet indikati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu jiġu sodisfatti.

    3.   Jekk tkun qiegħda tiġi stabbilita kwota, għandu jittieħed kont b’mod partikolari ta’:

    (a)

    ix-xewqa li jiġu mantnuti, kemm jista’ jkun possibbli, il-flussi tradizzjonali tal-kummerċ;

    (b)

    il-volum tal-oġġetti esportati fuq kuntratti konklużi taħt it-termini u l-kondizzjonijiet normali qabel id-dħul fis-seħħ ta’ miżura tas-salvagwardja fis-sens ta’ dan il-Kapitolu, fejn dawn il-kuntratti jkunu ġew notifikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri interessati;

    (ċ)

    il-ħtieġa li jiġi evitat li l-kisba tal-għan segwit meta tkun qiegħda tiġi stabbilita l-kwota tiġi pperikolata.

    Kull kwota ma għandhiex tiġi stabbilita taħt il-livell medju tal-importazzjonijiet fuq il-medda tal-aħħar tliet snin rappreżentattivi li għalihom tkunu disponibbli l-istatistika għajr jekk ikun meħtieġ livell differenti sabiex jipprevjieni jew jirrimedja dannu serju.

    4.   Fil-każijiet fejn il-kwota tiġi allokata fost il-pajjiżi fornituri, l-allokazzjoni tista’ tiġi miftiehma ma’ dawk minnhom li jkollhom interess sostanzjali li jfornu l-prodott fil-kwistjoni għall-importazzjoni ġewwa l-Komunità.

    Fin-nuqqas ta’ dan, il-kwota għandha tiġi allokata fost il-pajjiżi fornituri abbażi tal-proporzjon tas-sehem tagħhom fl-importazzjonijiet tal-prodott fil-kwistjoni ġewwa l-Komunità matul il-perjodu rappreżentattiv taż-żmien preċedenti, filwaqt li jitqies kull fattur speċifiku li jkun sata’ affettwa jew li jista’ jkun qiegħed jaffettwa l-kummerċ fil-prodott.

    Sakemm ma tinjorax l-obbligu tagħha li tara li l-konsultazzjonijiet jitmexxew taħt l-awspiċi tal-Kumitat tas-Salvagwardja tad-WTO, il-Komunità tista’ madanakollu titbiegħed minn dan il-metodu ta’ allokazzjoni fil-każ ta’ dannu serju jekk importazzjonijiet li joriġinaw f’wieħed jew aktar mill-pajjiżi fornituri jkunu żdiedu b’perċentwali sproporzjonat meta mqabbla maż-żieda totali fl-importazzjonijiet tal-prodott konċernat matul perjodu taż-żmien rappreżentattiv preċedenti.

    5.   Il-miżuri msemmija f’dan Artikolu għandhom japplikaw għal kull prodott li jinħareġ fiċ-ċirkolazzjoni libera wara d-dħul fis-seħħ tagħhom. Taħt l-Artikolu 18 dawn jistgħu jiġu ristretti għal reġjun tal-Komunità jew iktar.

    Madankollu, dawn il-miżuri ma għandhomx jipprevjienu r-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera tal-prodotti li jkunu diġà fi triqthom lejn il-Komunità sakemm id-destinazzjoni ta’ dawn il-prodotti ma tkunx tista’ tiġi mibdula u li dawn il-prodotti li, taħt l-Artikoli 11 u 12, ikunu jistgħu jinħarġu fiċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk meta jkun meħtieġ li jiġi ppreżentat dokument tas-sorveljanza huma jkunu fil-fatt akkumpanjati minn dan id-dokument.

    6.   Meta jiġi mitlub l-intervent tal-Kummissjoni minn Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni fiż-żmien massimu ta’ ħamest ijiem tax-xogħol minn meta tirċievi din it-talba.

    Kull deċiżjoni li tittieħed mill-Kummissjoni taħt dan l-Artikolu għandha tiġi kkomunikata lill-Kunsill u lill-Istati Membri. Kull Stat Membru jista’, fi żmiem xahar wara l-jum ta’ din il-komunikazzjoni, jirriferi d-deċiżjoni lill-Kunsill.

    7.   Jekk Stat Membru jirriferi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata, jista’ jikkonferma, jemenda jew jirrevoka din id-deċiżjoni.

    Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta l-materja tiġi referita lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx ħa deċiżjoni, id-deċiżjoni meħuda mill-Kummissjoni għandha titqies li tkun ġiet revokata.

    Artikolu 17

    Fejn l-interssi tal-Komunità hekk jeħtieġu, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni mfassla taħt it-termini tal-Kapitolu III, jista’ jadotta l-miżuri xierqa sabiex jipprevjieni milli l-prodott jiġi importat ġewwa l-Komunità fi kwantitajiet miżjuda tant bil-qawwi u/jew taħt dawk it-termini jew kondizzjonijiet li jikkawżaw, jew jheddu li jikkawżaw, dannu serju lill-produtturi Komunitarji tal-istess prodotti jew li jkunu prodotti f’kompetizzjoni diretta magħhom.

    Għandu japplika l-Artikolu 16(2), sa (5).

    Artikolu 18

    Fejn jirriżulta, primarjament fuq il-bażi tal-fatturi msemmija fl-Artikolu 10, li l-kondizzjonijiet stabbiliti sabiex jiġu adottati l-miżuri taħt l-Artikoli 11 u 16 jiġu sodisfatti f’reġjun jew iktar tal-Komunità, il-Kummissjoni, wara li tkun eżaminat soluzzjonijiet alternattivi, tista’ eċċezzjonalment tawtorizza li jiġu applikati miżuri tas-sorveljanza jew tas-salvagwardja limitati għar-reġjun(i) interessat(i) jekk tikkonsidra li dawn il-miżuri applikati f’dan il-livell ikunu aktar xierqa mill-miżuri applikati fil-Komunità intiera.

    Dawn il-miżuri jridu jkunu temporanji u jridu jfixklu l-operat tas-suq intern mill-inqas possibbli.

    Il-miżuri għandhom jiġu adottati konformement mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 11 u 16.

    Artikolu 19

    Ma tista’ tiġi applikata l-ebda miżura ta’ salvagwardja għal prodott li joriġina f’pajjiż Membru tad-WTO li qiegħed jiżviluppa safejn u sakemm is-sehem ta’ dan il-pajjiż fl-importazzjonijiet tal-prodott fil-kwistjoni fil-Komunità ma jaqbiżx it-3 %, dment li l-pajjiżi Membri tad-WTO li qegħdin jiżviluppaw u li jkollhom sehem fl-importazzjoni ta’ inqas minn 3 % jakkontaw b’mod kollettiv għal mhux aktar minn 9 % tal-importazzjonijiet totali tal-Komunità tal-prodott interessat.

    Artikolu 20

    1.   It-tul taż-żmien tal-miżuri tas-salvagwardja irid ikun limitat għal perjodu ta’ żmien meħtieġ sabiex jipprevjieni jew jirrimedja dannu serju u sabiex jiffaċilita l-aġġustament minn naħa tal-produtturi Komunitarji. Il-perjodu taż-żmien ma għandux jaqbeż l-erba’ snin, inkuż it-tul taż-żmien ta’ kull miżura provviżorja.

    2.   Dan il-perjodu inizjali taż-żmien jista’ jiġi estiż, għajr fil-każ tal-miżuri msemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(4) sakemm jiġi stabbilit li:

    (a)

    l-miżura tas-salvagwardja tissokta meħtieġa sabiex tipprevjieni jew tirrimedja dannu serju;

    (b)

    u jkun hemm evidenza li l-produtturi Komunitarji jkunu qegħdin jagħmlu l-aġġustamenti.

    3.   Għandhom jiġu adottati estensjonijiet konformement mat-termini tal-Kapitolu III u bl-użu tal-istess proċeduri bħall-miżuri inizjali. Miżura li tiġi estiża b’dan il-mod ma għandhiex tkun aktar restrittiva milli kienet fl-aħħar tal-perjodu inizjali taż-żmien.

    4.   Jekk it-tul taż-żmien tal-miżura taqbeż is-sena, il-miżura trid tiġi liberalizzata progressivament f’intervalli regolari matul il-perjodu taż-żmien tal-applikazzjoni, li jinkludi l-perjodu taż-żmien tal-estensjoni.

    5.   Il-perjodu totali taż-żmien tal-applikazzjoni ta’ miżura tas-salvagwardja, inklużi l-perjodu taż-żmien tal-applikazzjoni ta’ kull miżura provviżorja, il-perjodu inizjali taż-żmien tal-applikazzjoni u kull proroga tiegħu, ma jistax jaqbeż it-tmien snin.

    Artikolu 21

    1.   Filwaqt li tkun qiegħda tiġi mħaddna kull miżura tas-sorveljanza jew tas-salvagwardja applikata taħt il-Kapitoli IV u V, għandhom isiru konsultazzjonijiet ġewwa l-Kumitat, jew fuq it-talba ta’ Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Jekk it-tul taż-żmien ta’ kull miżura tas-salvagwardja taqbeż it-tliet snin, il-Kummissjoni għandha tfittex li jsiru dawn il-konsultazzjonijiet mhux aktar tard mill-punt tan-nofs tal-perjodu taż-żmien tal-applikazzjoni ta’ din il-miżura. Il-għan ta’ dawn il-konsultazzjonijiet għandu jkun:

    (a)

    illi jiġu eżaminati l-effetti tal-miżura;

    (b)

    illi jiġi stabbilit jekk u b’liema mod ikun xieraq li jitħaffef il-pass tal-liberalizzazzjoni;

    (ċ)

    illi jiġi aċċertat jekk l-applikazzjoni tal-miżura tkunx għadha meħtieġa.

    2.   Fejn, bħala riżultat tal-konsultazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tikkonsidra li għandha tiġi revokata jew emendata xi waħda mill-miżuri tas-sorveljanza jew tas-salvagwardja msemmija fl-Artikoli 11, 13, 16, 17 u 18, għandha tipproċedi kif ġej:

    (a)

    fejn il-miżura tkun saret mill-Kunsill, il-Kummissjoni għandha tipproponi lill-Kunsill li din tiġi revokata jew emendata. Il-Kunsill għandu jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata;

    (b)

    fil-każijiet l-oħra kollha, il-Kummissjoni għandha temenda jew tirrevoka l-miżuri tas-salvagwardja u s-sorveljanza.

    Fejn id-deċiżjoni tirrigwarda l-miżuri reġjonali tas-sorveljanza, din għandha tapplika mis-stitt jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fi Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 22

    1.   Fejn l-importazzjonijiet ta’ prodott ikunu diġa bla ħsara għal kull miżura ta’ salvagwardja, l-ebda miżura minn din ma għandha tiġi applikata għal dan il-prodott sakemm jiskadi t-tul taż-żmien ugwali għall-miżura preċedenti. Dan il-perjodu taż-żmien ma għandux ikun inqas minn sentejn.

    2.   Minkejja l-paragrafu 1, tista’ tiġi imposta mill-ġdid miżura ta’ salvagwardja ta’ 180 ġurnata jew inqas fuq prodott jekk:

    (a)

    tkun għaddiet mill-inqas sena mid-data tal-introduzzjoni ta’ kull miżura tas-salvagwardja fuq l-importazzjoni ta’ dan il-prodott; u

    (b)

    din il-miżura tas-salvagwardja ma tkunx ġiet applikata għall-istess prodott għal aktar minn darbtejn fil-perjodu taż-żmien ta’ ħames snin minnufih qabel id-data tal-introduzzjoni tal-miżura.

    KAPITOLU VI

    Dispożizzjonijiet finali

    Artikolu 23

    Fejn l-interess tal-Komunità hekk ikun jeħtieġ, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi permezz ta’ maġġoranza kkwalifikata fuq proposta tal-Kummissjoni, jista’ jadotta l-miżuri xierqa sabiex iħalli lid-drittijiet u lill-obbligi tal-Komunità jew tal-Istati Membri kollha, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-kummerċ f’merkanzija, li jiġu eżerċitati u mwettqa fuq il-livell internazzjonali.

    Artikolu 24

    1.   Dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi milli jitwettqu l-obbligi li joħorġu mir-regoli speċjali li jkunu jinsabu fi ftehimijiet konklużi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi.

    2.   Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tal-Komunità, dan ir-Regolament ma għandux jipprekludi l-addozzjoni jew l-applikazzjoni mill-Istati Membri:

    (a)

    ta’ projbizzjonijiet, restrizzjonijiet kwantitattivi jew miżuri tas-sorveljanza għal raġunijiet ta’ moralità pubblika, politika pubblika jew sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni umani, tal-annimali jew tal-pjanti, il-protezzjoni tat-teżori nazzjonali li jkollhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku, jew il-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali;

    (b)

    tal-formalitajiet speċjali li jirrigwardaw il-kambju tal-flus barranin;

    (ċ)

    il-formalitajiet introdotti permezz ta’ ftehim internazzjonali taħt dan it-Trattat.

    L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-miżuri jew il-formalitajiet li jkun beħsiebhom jintroduċu jew jemendaw taħt l-ewwel subparagrafu.

    F’każ ta’ urġenza estrema, dawn il-miżuri jew formalitajiet nazzjonali għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni minnufih mal-addozzjoni tagħhom.

    Artikolu 25

    1.   Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-operazzjoniji tal-istrumenti li jistabbilixxu l-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli jew tad-dispożizzjonijiet amministrattivi Komunitarji jew nazzjonali li joħorġu minnhom jew tal-istrumenti speċifiċi li japplikaw għall-oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli; għandu jaħdem b’mod komplimentari għal dawn l-istrumenti.

    2.   Fil-każ tal-prodotti li huma koperti permezz tal-istrumenti msemmija fil-paragrafu 1, l-Artikoli 11 sa 15 u l-Artikolu 22 ma għandhomx japplikaw għal dawk li rigward tagħhom ir-regoli Komunitarji dwar il-kummerċ ma’ pajjiżi terzi jeħtieġu l-preżentazzjoni ta’ liċenzja jew ta’ dokument ieħor tal-importazzjoni.

    L-Artikoli 16, 18 u 21 sa 24 ma għandhomx japplikaw għal dawk il-prodotti li dwarhom dawn ir-regoli jipprovdu restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni.

    Artikolu 26

    Ir-Regolament (KE) Nru 3285/94, kif emendat bl-atti elenkati fl-Anness II, huwa b'dan imħassar.

    Ir-referenzi għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw konformement mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

    Artikolu 27

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Frar 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    I. LANGER


    (1)  ĠU L 349, 31.12.1994, p. 53.

    (2)  Ara l-Anness II.

    (3)  ĠU L 67, 10.3.1994, p. 1.

    (4)  ĠU L 67, 10.3.1994, p. 89.

    (5)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


    ANNESS I

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    Image

    Test ta 'immaġni

    ANNESS II

    Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

    (imsemmija fl-Artikolu 26)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3285/94

    (ĠU L 349, 31.12.1994, p. 53)

     

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/96

    (ĠU L 21, 27.1.1996, p. 7)

    L-Artikolu 1 u Anness I biss

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2315/96

    (ĠU L 314, 4.12.1996, p. 1)

    L-Artikolu 1(3) u Anness III biss

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2474/2000

    (ĠU L 286, 11.11.2000, p. 1)

    L-Artikolu 1(3) u Anness III biss

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2200/2004

    (ĠU L 374, 22.12.2004, p. 1)

    L-Artikolu 2 biss


    ANNESS III

    TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

    Regolament (KE) Nru 3285/94

    Dan ir-Regolament

    It-Titolu I

    Il-Kapitolu I

    L-Artikolu 1

    L-Artikolu 1

    It-Titolu II

    Il-Kapitolu II

    L-Artikoli 2, 3 u 4

    L-Artikoli 2, 3 u 4

    It-Titolu III

    Il-Kapitolu III

    L-Artikolu 5

    L-Artikolu 5

    L-Artikolu 6(1), sentenza tal-bidu

    L-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, sentenza tal-bidu, kliem tal-bidu

    L-Artikolu 6(1)(a)

    L-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu, sentenza tal-bidu, kliem finali u punt (a), (b) u (ċ)

    L-Artikolu 6(1)(b)

    L-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu

    L-Artikolu 6(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

    L-Artikolu 6(2), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

    L-Artikolu 6(2), it-tielet u r-raba’ subparagrafu

    L-Artikolu 6(4), l-ewwel u t-tieni subparagrafu

    L-Artikolu 6(3)

    L-Artikolu 6(3)

    L-Artikolu 6(4)

    L-Artikolu 6(5)

    L-Artikolu 6(5)

    L-Artikolu 6(6)

    L-Artikolu 6(6)

    L-Artikolu 6(7)

    L-Artikolu 7(1)

    L-Artikolu 7(1)

    L-Artikolu 7(2), l-ewwel sentenza

    L-Artikolu 7(2), l-ewwel subparagrafu

    L-Artikolu 7(2), it-tieni sentenza

    L-Artikolu 7(2), it-tieni subparagrafu

    L-Artikolu 7(3)

    L-Artikolu 7(3)

    L-Artikolu 8(1) l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 8(1) l-ewwel subparagrafu

    L-Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu

    L-Artikolu 8(1) it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu

    L-Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu, l-ewwel u t-tieni inċiż

    L-Artikolu 8(1), it-tieni subparagrafu, punt (a) u (b)

    L-Artikolu 8(2)

    L-Artikolu 8(1), it-tielet subparagrafu

    L-Artikolu 8(3)

    L-Artikolu 8(2)

    L-Artikolu 8(4)

    L-Artikolu 8(3)

    L-Artikolu 8(5)

    L-Artikolu 8(4)

    L-Artikolu 9(1)

    L-Artikolu 9(1)

    L-Artikolu 9(2)(a)

    L-Artikolu 9(2)

    L-Artikolu 9(2)(b), l-ewwel subparagrafu

    L-Artikolu 9(3), l-ewwel subparagrafu

    L-Artikolu 9(2)(b), it-tieni subparagrafu

    L-Artikolu 9(3), it-tieni subparagrafu

    L-Artikolu 9(3)

    L-Artikolu 9(4)

    L-Artikolu 9(4)

    L-Artikolu 9(5)

    L-Artikolu 10(1)

    L-Artikolu 10(1)

    L-Artikolu 10(2), kliem tal-bidu, l-ewwel frażi

    L-Artikolu 10(2), l-ewwel subparagrafu

    L-Artikolu 10(2), is-sentenza introduttorja, it-tieni frasi

    L-Artikolu 10(2), it-tieni subparagrafu, kliem tal-bidu

    L-Artikolu 10(2), punt (a) u (b)

    L-Artikolu 10(2), it-tieni subparagrafu, punti (a) u (b)

    It-Titolu IV

    Il-Kapitolu IV

    L-Artikolu 11 sa 15

    L-Artikolu 11 sa 15

    It-Titolu V

    Kapitolu V

    L-Artikolu 16(1) u (2)

    L-Artikolu 16(1) u (2)

    L-Artikolu 16(3)(a), is-sentenza tal-bidu

    L-Artikolu 16(3), l-ewwel subparagrafu, is-sentenza tal-bidu

    L-Artikolu 16(3)(a), l-ewwel, it-tieni u t-tielet inċiż

    L-Artikolu 16(3), l-ewwel subparagrafu, punt (a), (b) u (ċ)

    L-Artikolu 16(3)(b)

    L-Artikolu 16(3) it-tieni subparagrafu

    L-Artikolu 16(4)(a), l-ewwel subparagrafu

    L-Artikolu 16(4), l-ewwel subparagrafu

    L-Artikolu 16(4)(a), it-tieni subparagrafu

    L-Artikolu 16(4), it-tieni subparagrafu

    L-Artikolu 16(4)(b)

    L-Artikolu 16(4), it-tielet subparagrafu

    L-Artikolu 16(5)(a)

    L-Artikolu 16(5), l-ewwel subparagrafu

    L-Artikolu 16(5)(b)

    L-Artikolu 16(5), it-tieni subparagrafu

    L-Artikolu 16(6)

    L-Artikolu 16(6), l-ewwel subparagrafu

    L-Artikolu 16(7)

    L-Artikolu 16(6), it-tieni subparagrafu

    L-Artikolu 16(8)

    L-Artikolu 16(7)

    L-Artikolu 17 sa 19

    L-Artikoli 17 sa 19

    L-Artikolu 20(1)

    L-Artikolu 20(1)

    L-Artikolu 20(2), is-sentenza tal-bidu

    L-Artikolu 20(2), is-sentenza tal-bidu

    L-Artikolu 20(2), l-ewwel u t-tieni inċiż

    L-Artikolu 20(2)(a) u (b)

    L-Artikolu 20(3) sa (5)

    L-Artikolu 20(3) sa (5)

    L-Artikolu 21 u 22

    L-Artikolu 21 u 22

    It-Titolu VI

    Il-Kapitolu VI

    L-Artikolu 23

    L-Artikolu 23

    L-Artikolu 24(1)

    L-Artikolu 24(1)

    L-Artikolu 24(2)(a), is-sentenza tal-bidu

    L-Artikolu 24(2), l-ewwel subparagrafu, is-sentenza tal-bidu

    L-Artikolu 24(2)(a)(i) sa (iii)

    L-Artikolu 24(2), l-ewwel subparagrafu, punti (a) sa (ċ)

    L-Artikolu 24(2)(b), l-ewwel sentenza

    L-Artikolu 24(2), it-tieni subparagrafu

    L-Artikolu 24(2)(b), it-tieni sentenza

    L-Artikolu 24(2), it-tielet subparagrafu

    L-Artikolu 25

    L-Artikolu 25

    L-Artikolu 26

    L-Artikolu 27

    L-Artikolu 26

    L-Artikolu 28

    L-Artikolu 27

    L-Anness I

    L-Anness I

    L-Anness II

    L-Anness III


    Top