Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0205

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 205/2009 tas- 16 ta' Marzu 2009 li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjonijiet ta' denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti ( Riso Nano Vialone Veronese (IGP))

    ĠU L 71, 17.3.2009, p. 15–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/205/oj

    17.3.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 71/15


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 205/2009

    tas-16 ta' Marzu 2009

    li japprova emendi minuri fl-ispeċifikazzjonijiet ta' denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Riso Nano Vialone Veronese (IGP))

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 tal-Kunsill tal-20 ta’ Marzu 2006 (1), u partikolarment it-tieni sentenza tal-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u fid-dawl tal-Artikolu 17(2) tal-istess Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba tal-Italja biex jiġu approvati emendi lill-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Riso Nano Vialone Veronese”, irreġistrata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 tal-Kummissjoni (2) kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1263/96 (3).

    (2)

    It-talba għandha l-għan li temenda l-ispeċifikazzjoni tal-prodott f’dak li għandu x’jaqsam mad-deskrizzjoni tal-prodott. L-ewwel emenda tispeċifika li ż-żrieragħ użati għandhom ikunu tal-varjetà Vialone Nano. It-tieni emenda għandha x’taqsam mal-karatteristiċi bijometriċi tal-qmuħ tar-ross u tiffissa valuri minimi jew massimi minflok il-valuri medji li s’issa huma indikati. It-tielet emenda tikkonċerna l-parametri fiżiko-kimiċi (amiloża, ġelatinizzazzjoni, konsistenza, viskożità).

    (3)

    Il-Kummissjoni eżaminat l-emendi konċernati u kkonkludiet li huma ġustifikati. Billi l-emendi huma minuri skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista' tapprovahom mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 tal-istess Regolament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Riso Nano Vialone Veronese”, huma b'dan emendati skont l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    L-iskeda konsolidata tal-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjonijiet tinsab fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 16 ta’ Marzu 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

    (2)  ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

    (3)  ĠU L 163, 2.7.1996, p. 19


    ANNESS I

    B'dan huma approvati l-emendi li ġejjin għall-ispeċifikazzjonijiet tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Riso Nano Vialone Veronese”:

    “Deskrizzjoni tal-prodott”:

    1)

    Fl-Artikolu 4(5):

    minflok:

    “Iż-żrieragħ tal-Vialone Nano użati m'għandhomx ikunu infettati minn parassiti kriptogami, fost l-oħrajn: pircularia oryzæ, fusarium monoliforme, drechslera oryzæ. Iż-żrieragħ għandhom ikunu ċċertifikati mill-ENSE”.

    għandu jinqara:

    “Iż-żrieragħ użati għandhom ikunu tal-varjetà Vialone Nano u għandhom ikunu ċċertfikati mill-ENSE.”

    2)

    Fl-Artikolu 6(1), fir-rigward tal-karatteristiċi bijometriċi tal-qamħa,

    minflok:

    “tul

    :

    5,7 mm;

    wisa’

    :

    3,5 mm;

    ħxuna

    :

    2,1 mm;

    forma (tul/wisa')

    :

    1,6”,

    għandu jinqara:

    “tul

    :

    minn 5,6 mm sa 5,8 mm;

    wisa’

    :

    minn 3,4 mm sa 3,6 mm;

    ħxuna

    :

    minn 2,0 mm sa 2,2 mm;

    forma (tul/wisa')

    :

    minn 1,5 sa 1,7 ”;

    3)

    Fl-Artikolu 6(4), fir-rigward tal-parametri fiżiki-kimiċi,

    minflok:

    “amiloża

    :

    mhux aktar minn 23 %

    ħin għall-ġelatinizzazzjoni

    :

    15,5-16,5 minuti;

    indiċi tal-konsistenza

    :

    aktar minn 0,90 kg/cm

    indiċi tal-viskożità

    :

    inqas minn 1,1 g/cm”

    għandu jinqara:

    “amiloża

    :

    mhux inqas minn 21 % m.s.;

    ħin għall-ġelatinizzazzjoni

    :

    bejn 15 u 20 minuta;

    indiċi tal-konsistenza

    :

    mhux inqas minn 0,85 kg/cm2;

    indiċi tal-viskożità

    :

    mhux aktar minn 2,5 g/cm”


    ANNESS II

    SINTESI

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel

    “RISO NANO VIALONE VERONESE”

    Nru tal-KE: IT-PGI-0117-1529-16.02.2001

    DPO ( ) IGP (X)

    Din is-sintesi tagħti l-elementi ewlenin tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott b’għan informattiv biss.

    1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

    Isem

    :

    MINISTERO DELLE POLITICHE AGRICOLE ALIMENTARI E FORESTALI

    Indirizz

    :

    Via XX Settembre n. 20 – 00187 ROMA

    Tel.

    :

    06-4819968

    Feks

    :

    06-42013126

    Posta elettronika

    :

    qtc3@politicheagricole.it

    2.   Grupp:

    Isem

    :

    Consorzio Tutela Riso Vialone Nano Veronese IGP

    Indirizz

    :

    Via Mazzini, 2b – 37063 Isola della Scala (VR)

    Tel.

    :

    045 6630815

    Feks

    :

    045 7300397

    Posta elettronika

    :

    Kompożizzjoni

    :

    produtturi/proċessuri (X) Oħrajn ( )

    3.   Tip ta' prodott:

    Klassi 1.6 —

    Frott, ħaxix u ċereali

    4.   Speċifikazzjoni:

    (sommarju tar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

    4.1.   Isem:

    “Riso Nano Vialone Veronese”

    4.2.   Deskrizzjoni:

    Speċi b’ċiklu veġetattiv semi-prekoċi, ta’ daqs mezzan, b'qamħa żgħira, mutikata, perlata. Ġenealoġija: Nano x Vialone;

    Varjetà: Japonica;

    Sena tal-ewwel kultivazzjoni: 1937;

    Ċiklu veġetattiv: 155 jum ;

    Tul taz-zokk: 95,2 cm;

    Lewn in-nodi: vjola;

    Lewn internodali: strixxi vjola;

    Sieq il-werqa: strixxi vjola; imdendla;

    Lewn l-għata: vjola;

    Lewn l-awrikoli: vjola;

    Lewn il-ġonot: vjola;

    Ligula: tul 17,0 mm, tip bifidu lewn vjola; werqa nieżla 'l isfel

    Żbula: tul 17,8 cm, imdendla, miftuħa, pronunzjata, mutika;

    Lewn l-istimma: pigmentat;

    Lewn il-glume: vjola-kannella;

    Lewn il-glumelli: karina vjola-kannella, kalotta vjola kannella, apiċi vjola kannella;

    Spika żgħira: bla sifa, pilożità medja, tul 8,1 mm, wisa' 4,1 mm, piż ta' 1 000 37,9 g;

    Karossidi: perikarpu abjad, tul ta' 5,6 mm sa 5,8 mm, wisa' ta' 3.4 mm sa 3.6 mm, ħxuna ta' 2,0 mm sa 2,2 mm, forma (tul/wisa') 1.5 sa 1.7, piż ta' 1 000 qamħa 31,1 g;

    Tolleranza għall-kesħa: plantula kbira, żmien tal-fjoritura medju; tolleranza għall-ilma fond (40-50) kbira;

    Ħeffa tal-iżvilupp tal-plantula: kbira; livell ta' fertilità meħtieġ: medju; rendiment mal-ipproċessar 55 %.

    Sabiex ikun hemm aktar differenzjazzjoni għar-Riso Vialone Nano Veronese:

    għall-impuritajiet tal-varjetajiet, limitu massimu awtorizzat ta' 2 %; il-parametri fiżiko-kimiċi li ġejjin għandhom ukoll jintlaħqu:

    :

    amiloża

    :

    mhux inqas minn 21 % m.s.;

    :

    ħin għall-ġelatinizzazzjoni

    :

    bejn 15 u 20 minuta;

    :

    indiċi tal-konsistenza

    :

    mhux inqas minn 0,85 kg/cm2;

    :

    indiċi tal-viskożità

    :

    mhux aktar minn 2,5 g/cm

    4.3.   Żona ġeografika:

    Il-parti tan-nofsinhar tal-provinċja ta' Verona. Il-muniċipalitajiet ta’: Mozzecane, Nagarole Rocca, Vigasio, Trevenzuolo, Erbè, Sorgà, Nogara, Gazza Veronese, Salizzole, Isola della Scala, Buttapietra, Sanguinetto, Concamarise, Casaleone, Cerea, San Pietro di Morubio, Bovolone, Roverchiara, Isola Rizza, Oppeano, Ronco All’Adige, Palù, Zevio u Povegliano Veronese;

    4.4.   Prova tal-oriġini:

    Kull fażi tal-proċess tal-produzzjoni tiġi mmonitorjata billi jiġu ddokumentati, għal kull fażi tal-produzzjoni, il-prodotti li jidħlu u l-prodotti li joħorġu. Dan il-monitoraġġ, minbarra t-tlestija tar-rekords ipprovduti għal dan il-għan ġestiti mill-organu ta' spezzjoni tal-istabbilimenti tal-produtturi u tal-imballaġġ, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet dwar is-sistema għall-monitoraġġ tal-kwantitajiet prodotti, jiggarantixxi li tkun żgurata t-traċċabilità tal-prodott. Kull persuna naturali jew ġuridika mniżżla f'dawn il-listi hija suġġetta għall-verifiki mill-istruttura tal-monitoraġġ.

    4.5.   Metodu ta' produzzjoni:

    Iż-żrieragħ użati għandhom ikunu tal-varjetà Vialone Nano u għandhom ikunu ċċertfikati mill-ENSE.

    Meta mqabbel ma' varjetajiet riċenti oħra, ir-Riso Vialone Nano, li ma jrendix daqstant, huwa suxxettibbli għall-ġlata tar-ross, faċilment jitgħattan, u huwa ross li jeħtieġ kura u attenzjoni partikolari.

    Fiż-żona msemmija, il-ħamrija Veroniża, l-ilma tan-nixxiegħa, il-klima u n-newba jipprovdu sett bilanċjat ta' fatturi li jippermettu liċ-ċiklu tat-tkabbir iseħħ mingħajr intoppi, biex b'hekk tiġi prodotta kariossidi b'qamħa ċentrali estiża, li mhux dejjem tinsab f'żoni oħra ta' tkabbir ir-ross.

    Ta' min wieħed isemmi li l-ħamrija Veroniża, li hija ħafifa u ċara, għandha valur pH ta' 7,5 jew aktar, minħabba l-preżenza tal-kalċju, u li l-ilma wkoll huwa dejjem alkalin.

    Din il-karatteristika alkalina partikolari tikkaratterizza u tiddistingwi b'mod ċar l-ambjent tal-għelieqi tar-ross fiż-żona ta' Verona minn dak misjub f'bosta żoni Taljani fejn jitkabbar ir-ross, li sikwit ikunu aċidużi u neqsin mill-kalċju.

    Ta' min wieħed issemmi li l-ipproċessar iseħħ fl-imtieħen lokali, li huma l-werrieta diretta tal-“pile da riso” tas-seklu 16, li xi wħud minnhom għadhom attivi sal-lum. Hawnhekk il-ħliefa tar-ross titneħħa bis-saħħa ta' lidi mmexxijin bil-qawwa tal-ilma. Minkejja li issa l-proċess tal-produzzjoni jsir b'makkinarju modern, il-proċess jimxi skont kriterji u jfittex riżultati mnebbħa minn tradizzjoni ta' sekli sħaħ. Il-qamħa qatt ma tinfesdaq jew titbajjad għal kollox; il-qamħa tibqa' parzjalment mgħottija mill-perikarpu u din hija l-aħjar kundizzjoni li fiha tista' tintuża għat-tħejjija tar-risotto tipiku Veroniż.

    4.6.   Rabta:

    Il-produzzjoni tar-Riso Vialone Nano Veronese tista' ssir fiż-żona definita minħabba li għandha klima uniformi. Il-freskezza u l-purezza tal-ilma tan-nixxiegħa, li hija pjuttost tipika taż-żona, tagħmel dan possibbli. F'dawn iż-żoni, ir-ross jiġi kkultivat bin-newba, u dan inaqqas sew l-użu ta' prodotti għall-ħarsien ta' pjanti u fertilizzanti kimiċi.

    Il-karatteristiċi tal-ħamrija misjuba fiż-żona ta' Verona ivarjaw minn dawk ta' żoni oħra tat-tkabbir tar-ross minħabba:

    il-pH tal-ħamrija, li huwa dejjem alkalin;

    l-ilma tan-nixxiegħa li ġej minn blat tal-ġir, u għalhekk huwa alkalin ukoll;

    it-tradizzjonijiet tat-tkabbir li s'issa baqgħu iżommu mal-wirt tat-tkabbir tar-ross

    4.7.   Struttura tal-kontroll:

    Isem

    :

    Ente Nazionale Risi

    Indirizz

    :

    Piazza Pio XI, 1 – 20123 MILANO

    Tel.

    :

    02 8855111

    Feks

    :

    02 861372

    Posta elettronika

    :

    info@enterisi.it

    4.8.   Tikkettar:

    Ir-ross jiġi imballat fi qratas tal-karta bit-tikketta tal-mitħna assoċjata u t-tikketta ta' protezzjoni.

    It-tikketta jrid ikollha l-kliem “Riso Nano Vialone Veronese IGP”

    Il-logo jikkonsisti minn rappreżentazzjoni bl-abjad ta' Cangrande della Scala fuq żiemel, sbula safra tar-ross fuq sfond iswed; u f'qiegħ il-logo stampa tal-arma ta' Verona, b'sellum aħmar fuq sfond isfar.


    Top