This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009R0175
Council Regulation (EC) No 175/2009 of 5 March 2009 amending Regulation (EC) No 1210/2003 concerning certain specific restrictions on economic and financial relations with Iraq
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 175/2009 tal- 5 ta' Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 175/2009 tal- 5 ta' Marzu 2009 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
ĠU L 62, 6.3.2009, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32003R1210 | Sostituzzjoni | artikolu 18.3 | 06/03/2009 |
|
6.3.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 62/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 175/2009
tal-5 ta' Marzu 2009
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 60 u 301 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2009/175/CFSP li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2003/495/CFSP dwar l-Iraq (1),
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Billi:
|
(1) |
Konformememt mar-Riżoluzzjoni 1483(2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà, l-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti ristrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq (2) stabbilixxa arranġamenti speċifiċi dwar ħlasijiet għal żejt mhux raffinat, prodotti ta' żejt mhux raffinat u gass naturali esportati mill-Iraq, filwaqt li l-Artikolu 10 ta' dak ir-Regolament għamel arranġamenti speċifiċi dwar l-immunità mill-proċedimenti legali għal xi assi Iraqini. Dawn l-arranġamenti speċifiċi applikaw sal-31 ta' Diċembru 2008. |
|
(2) |
Ir-Riżoluzzjoni 1859 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-Pożizzjoni Komuni 2009/175/CFSP jipprovdu li l-arranġamenti speċifiċi għandhom it-tnejn jiġu applikati sal-31 ta' Diċembru 2009. Huwa għalhekk xieraq li r-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat f'dan is-sens. |
|
(3) |
Biex jiġi garantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa b'dan emendat kif ġej:
Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 għandu jiġi sostitwit b'dan li ġej:
“3. L-Artikoli 2 u 10 għandhom japplikaw sal-31 ta' Diċembru 2009.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Marzu 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
M. ŘÍMAN
(1) Ara paġna 28 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.