This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009E0066
Council Common Position 2009/66/CFSP of 26 January 2009 amending Common Position 2008/369/CFSP concerning restrictive measures against the Democratic Republic of the Congo
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/66/PESK tas- 26 ta’ Jannar 2009 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2009/66/PESK tas- 26 ta’ Jannar 2009 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
ĠU L 23, 27.1.2009, p. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 19/12/2010; Impliċitament imħassar minn 32010D0788
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008E0369 | Sostituzzjoni | artikolu 3 | 26/01/2009 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32010D0788 | 20/12/2010 |
27.1.2009 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 23/35 |
POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL 2009/66/PESK
tas-26 ta’ Jannar 2009
li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,
Billi:
(1) |
Wara l-adozzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fil-31 ta’ Marzu 2008 tar-Riżoluzzjoni 1807 (2008) (UNSCR 1807 (2008)), il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK fl-14 ta’ Mejju 2008 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1). |
(2) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2008, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 1857(2008) (UNSCR 1857 (2008)) li tipprevedi kriterji addizzjonali għall-ħatra mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1533 (2004) (UNSCR 1533(2004)) ta’ individwi u entitajiet soġġetti għal iffriżar tal-assi u projbizzjoni tal-ivvjaġġar, u testendi l-miżuri imposti mill-UNSCR 1807 (2008) sat-30 ta’ Novembru 2009. |
(3) |
Il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK għandha għalhekk tiġi emendata rispettivament. |
ADOTTA DIN IL-POŻIZZJONI KOMUNI:
Artikolu 1
L-Artikolu 3 tal-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK għandu jiġu sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 3
Il-miżuri restrittivi kif previsti fl-Artikoli 4(1) u 5(1) u (2) għandhom jiġu imposti kontra l-persuni u, kif ikun adatt, l-entitajiet, indikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, li ġejjin:
— |
persuni jew entitajiet li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi u l-miżuri relatati kif imsemmijin fl-Artikolu 1, |
— |
mexxejja politiċi u militari ta’ gruppi armati barranin li joperaw fir-RDK li jimpedixxu d-diżarmament u r-ripatrijazzjoni volontarja jew is-sistemazzjoni mill-ġdid tal-ġellieda li jagħmlu parti minn dawk il-gruppi, |
— |
mexxejja politiċi u militari ta’ milizzji Kongoliżi li jirċievu appoġġ minn barra r-RDK, li jimpedixxu l-parteċipazzjoni tal-ġellieda tagħhom fil-proċessi tad-diżarmament, id-demobilitazzjoni u reintegrazzjoni, |
— |
mexxejja politiċi u militari li joperaw fir-RDK u jirreklutaw jew jużaw it-tfal f’konflitti armati bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli, |
— |
individwi li joperaw fir-RDK u jwettqu ksur serju tal-liġi internazzjonali li jinvolvi li jkunu mmirati tfal jew nisa f’sitwazzjonijiet ta’ konflitt armat, inklużi qtil u mankament, vjolenza sesswali, ħtif u spostament furzat, |
— |
individwi li jostakolaw l-aċċess għall-assistenza umanitarja jew id-distribuzzjoni tagħha fil-parti tal-Lvant tar-RDK; |
— |
individwi jew entitajiet li jappoġġaw lill-gruppi armati illegali fil-parti tal-Lvant tar-RDK permezz tal-kummerċ illeċitu tar-riżorsi naturali. |
Il-persuni u l-entitajiet rilevanti huma elenkati fl-Anness.”
Artikolu 2
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tieħu effett fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din il-Pożizzjoni Komuni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussell, 26 ta’ Jannar 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
A. VONDRA
(1) ĠU L 127, 15.5.2008, p. 84.