Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0748

    2009/748/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 9 ta’ Ottubru 2009 rigward il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Komunità fil-Kunsill tal-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar il-Ġuta rigward l-estensjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi t-Termini ta’ Referenza tal-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar il-Ġuta, 2001

    ĠU L 268, 13.10.2009, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/748/oj

    13.10.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 268/9


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tad-9 ta’ Ottubru 2009

    rigward il-pożizzjoni li għandha tieħu l-Komunità fil-Kunsill tal-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar il-Ġuta rigward l-estensjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi t-Termini ta’ Referenza tal-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar il-Ġuta, 2001

    (2009/748/KE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 133 flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikli 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Il-Ftehim Internazzjonali li jistabilixxi it-Termini ta’ Referenza tal-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar il-Ġuta, 2001 ġie ffirmat u konkluż f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/312/KE tal-15 ta’ April 2002 (1).

    (2)

    Skont ir-Regola 25(a) u (b), il-Ftehim li jistabbilixxi t-Termini ta’ Referenza tal-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar il-Ġuta, 2001 għandu jiskadi fis-26 ta’ April 2010 sakemm ma jiġix estiż lil hinn minn dik id-data b’deċiżjoni tal-Kunsill tal-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar il-Ġuta, għal perjodu jew tnejn mingħajr ma jeċċedi t-total kombinat ta’ erba’ snin.

    (3)

    L-estensjoni ta’ dak il-Ftehim hija fl-interess tal-Komunità.

    (4)

    Għandha tiġi determinata l-pożizzjoni tal-Komunità fil-Kunsill Internazzjonali tal-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar il-Ġuta,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar il-Ġuta, għandha tkun li tivvota favur l-estensjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi t-Termini ta’ Referenza tal-Grupp ta’ Studju Internazzjonali dwar il-Ġuta, 2001 għal perjodu wieħed jew tnejn mingħajr ma jeċċedu total ikkombinat ta’ erba’ snin u li din l-estensjoni tiġi notifikata lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonjiet Uniti.

    Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta’ Ottubru 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Å. TORSTENSSON


    (1)  ĠU L 112, 27.4.2002, p. 34.


    Top