EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0520

2009/520/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 3 ta' Lulju 2009 li temenda l-Artikolu 23(4) tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky (notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 5134)

ĠU L 175, 4.7.2009, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 26/06/2014; Imħassar b' 32014R0558

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/520/oj

4.7.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-3 ta' Lulju 2009

li temenda l-Artikolu 23(4) tal-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta “Clean Sky”

(notifikata taħt id-dokument numru C(2009) 5134)

(2009/520/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta “Clean Sky” (1), u b’mod partikulari l-Artikolu 24(2) tal-Anness I tiegħu,

Wara li kkunsidrat l-abbozz tal-emenda li kien approvat mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” fl-10 ta’ Ottubru 2008,

Billi:

(1)

Il-Bord tal-Gvernaturi tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” approva u ressaq abbozz tal-emenda li jibdel l-Artikolu 23(4) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 71/2008 b’test differenti sabiex jippermetti li d-drittijiet għall-aċċess ikunu ddefiniti mhux biss għall-użu fir-riċerka iżda wkoll għall-użu kummerċjali fil-ftehim tal-għotja.

(2)

Filwaqt li din l-emenda, li ma taffettwax l-elementi essenzjali tal-Istatuti tal-Impriża Konġunta “Clean Sky”, hija ġġustifikata skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 71/2008, il-politika dwar id-drittijiet intellettwali tal-Impriża Konġunta “Clean Sky” għandha tissejjes fuq il-prinċipji mogħtija fir-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (2), li fih id-drittijiet għall-aċċess għall-użu jinkludu l-użu għall-isfruttament kummerċjali, u għandha tippromwovi mhux biss il-ħolqien tal-għarfien iżda wkoll l-isfruttament tiegħu (ara l-Premessa nru 29 u l-Artikolu 23(2) tal-Anness I għar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008),

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 23(4) tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 71/2008, jinbidel b’dan li ġej:

“4.   It-termini u l-kundizzjonijiet tad-drittijiet għall-aċċess u tal-liċenzji bejn entitajiet ġuridiċi li jkunu kkonkludew ftehim tal-għotja mal-Impriża Konġunta ‘Clean Sky’ għandhom jiġu ddefiniti fil-ftehim tal-għotja f’dak li għandu x’jaqsam mal-Isfond u l-Ewwel Pjan għall-għanijiet li jitlestew il-proġetti,u mal-Ewwel Pjan u l-Isfond neċessarji biex jintuża l-Ewwel Pjan”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Impriżi Konġunta “Clean Sky”:

L-Impriża Konġunta “Clean Sky”

c/o Liam Breslin

Il-Kummissjoni Ewropea – id-DĠ RTD

Id-Direttur Eżekuttiv Temporanju tal-Impriża Konġunta “Clean Sky”

CDMA 04/166

BE-1049 Brussell

Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Lulju 2009.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1.

(2)  ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1.


Top