Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0393

    2009/393/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Mejju 2009 li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem il-Komunità, fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995

    ĠU L 124, 20.5.2009, p. 63–63 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2009/393/oj

    20.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 124/63


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tat-18 ta' Mejju 2009

    li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata, f'isem il-Komunità, fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995

    (2009/393/KE)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 300 (2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 ġiet konkluża mill-Komunità permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 96/88/KE (1) u ġiet estiża b’mod regolari għal perjodi oħra ta’ sentejn. Din ġiet estiża l-aħħar permezz ta' deċiżjoni tal-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali f’Ġunju 2007 u għandha tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2009. Huwa fl-interess tal-Komunità li ssir estensjoni oħra. Il-Kummissjoni, li tirrapreżenta lill-Komunità fil-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali, għandha għalhekk tiġi awtorizzata biex tivvota favur din l-estensjoni,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Il-pożizzjoni tal-Komunità Ewropea fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali għandha tkun li tivvota favur l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taċ-Ċereali tal-1995 għal perjodu ieħor, sa sentejn.

    Il-Kummissjoni hija b’dan awtorizzata li tesprimi din il-pożizzjoni fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali taċ-Ċereali.

    Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. KOHOUT


    (1)  ĠU L 21, 27.1.1996, p. 47.


    Top