EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R1324

Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1324/2008 tat- 18 ta' Diċembru 2008 li jaġġusta mill- 1 ta’ Lulju 2008 r-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej

ĠU L 345, 23.12.2008, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/1324/oj

23.12.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 345/17


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE, EURATOM) Nru 1324/2008

tat-18 ta' Diċembru 2008

li jaġġusta mill-1 ta’ Lulju 2008 r-rata tal-kontribuzzjoni għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal ta’ l-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej, stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (1), u partikolarment l-Artikolu 83a u l-Anness XII tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Konformement mal-Artikolu 13 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Eurostat ippreżenta, fl-1 ta’ Settembru 2008, rapport dwar l-evalwazzjoni attwarja tal-2008 tal-iskema tal-pensjonijiet, li taġġorna l-parametri msemmija f’dak l-Anness. Joħroġ minn dik l-evalwazzjoni li r-rata tal-kontribuzzjoni meħtieġa sabiex jiġi żgurat bilanċ attwarju tas-sistema tal-pensjonijiet hija ta’ 10,9 % tas-salarju bażiku.

(2)

Bil-ħsieb li jinżamm il-bilanċ attwarju tal-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet, r-rata tal-kontribuzzjoni għanda għalhekk tiġi aġġustata għal 10,9 % tas-salarju bażiku.

(3)

Taħt l-Artikolu 12 tal-Anness XII tar-Regolamenti tal-Persunal, ir-rata tal-kalkolu tal-imgħax kompost għandha tkun ir-rata effettiva msemmija fl-Artikolu 10 ta’ dak l-Anness u għandha għalhekk tiġi aġġustata,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2008, ir-rata tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 83(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għanda tkun 10,9 %.

Artikolu 2

Mill-1 ta’ Jannar 2009, ir-rata fl-Artikoli 4(1) u 8 ta’ Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, u fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 40 u fl-Artikolu 110(3) rispettivament tal-Kondizzjonijiet ta’ l-Impjieg ta’ Ħaddiema oħra, għall-kalkolu tal-imgħax kompost għandha tkun 3,1 %.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il- Ġurnal Ufficjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Diċembru 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BARNIER


(1)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.


Top