EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R1006
Council Regulation (EC) No 1006/2008 of 29 September 2008 concerning authorisations for fishing activities of Community fishing vessels outside Community waters and the access of third country vessels to Community waters, amending Regulations (EEC) No 2847/93 and (EC) No 1627/94 and repealing Regulation (EC) No 3317/94
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad- 29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1006/2008 tad- 29 ta' Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94
ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33–44
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 16/01/2018; Imħassar b' 32017R2403
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31993R2847 | abolizzjoni | artikolu 28 TR | 18/11/2008 | |
Modifies | 31993R2847 | abolizzjoni | artikolu 28 QQ | 18/11/2008 | |
Modifies | 31993R2847 | abolizzjoni | artikolu 18 | 01/01/2008 | |
Modifies | 31993R2847 | abolizzjoni | artikolu 28 QT | 18/11/2008 | |
Modifies | 31994R1627 | abolizzjoni | artikolu 9 | 18/11/2008 | |
Modifies | 31994R1627 | abolizzjoni | artikolu 10 | 18/11/2008 | |
Modifies | 31994R1627 | abolizzjoni | artikolu 3.2 | 18/11/2008 | |
Modifies | 31994R1627 | abolizzjoni | artikolu 4.2 | 18/11/2008 | |
Repeal | 31994R3317 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32008R1006R(01) | (HU) | |||
Corrected by | 32008R1006R(02) | (HU) | |||
Repealed by | 32017R2403 | 17/01/2018 |
29.10.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 286/33 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1006/2008
tad-29 ta' Settembru 2008
dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta' bastimenti ta' pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93 u (KE) Nru 1627/94 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 3317/94
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3317/94 tat-22 ta' Diċembru 1994 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali rigward l-awtorizzazzjoni tas-sajd fl-ilmijiet ta' kull pajjiż terz taħt kull ftehim tas-sajd (1) jistabbilixxi l-proċedura għall-awtorizzazzjoni ta' attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Komunità fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi, skond l-istrumenti ta' ftehim tas-sajd konklużi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi. Il-proċedura stabbilita f'dak ir-Regolament m'għadhiex titqies li taqdi l-ħtiġijiet fir-rigward ta' l-obbligi internazzjonali li joħorġu mill-istrumenti ta' ftehim bilaterali u multilaterali dwar is-sajd u l-konvenzjonijiet adottati fil-qafas ta' organizzazzjonijiet regjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMO) jew arranġamenti simili. Barra minn hekk, ir-Regolament m'għadux biżżejjed biex jinqdew l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), partikolarment fir-rigward tas-sajd sostenibbli u tal-kontroll. |
(2) |
B'segwitu għall-Pjan ta' Azzjoni 2006-08 għas-simplifikar u t-titjib tal-Politika Komuni tas-Sajd, ippreżentat fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament tat-8 ta' Diċembru 2005, u t-tibdil fiċ-ċirkostanzi għas-sajd barra l-ilmijiet tal-Komunità mill-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru 3317/94, u sabiex ikun hemm konformità ma' l-obbligi internazzjonali, huwa meħtieġ li tiġi introdotta sistema Komunitarja ġenerali għall-awtorizzazzjoni ta' l-attivitajiet kollha tas-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità. Barra minn hekk, ir-regoli ta' aċċess għall-bastimenti tas-sajd li jtajjru l-bandiera ta' pajjiż terz għall-ilmijiet Komunitarji, kif attwalment stabbilit fi strumenti ġuridiċi differenti oħra, għandhom jiġu definiti mill-ġdid u, sa fejn xieraq, armonizzati mar-regoli applikabbli għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità. |
(3) |
Bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jitħallew jidħlu f'attivitajiet tas-sajd barra mill-ilmijiet Komunitarji biss wara li jiġu awtorizzati mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-awtorizzazzjoni ta' l-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati, bħall-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz li jkunu qed isiru l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tiegħi, l-awtorità kompetenti għall-awtorizzazzjoni ta' attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali koperti b'dispożizzjonijiet adottati fil-qafas ta' RFMO jew arranġament simili, jew, fil-każ ta' attivatjiet tas-sajd fl-ibħra internazzjonali mhux regolati b'ebda ftehim, l-awtoritàjiet kompetenti ta' l-Istati Membri mingħajr preġudizzju għall-leġislazzjoni Komunitarja dwar attivitajiet tas-sajd fl-ibħra internazzjonali. |
(4) |
Huwa importanti li jiġu definiti b'mod ċar ir-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni u ta' l-Istati Membri fir-rigward tal-proċeduri għall-awtorizzazzjoni ta' attivitajiet tas-sajd ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet Komunitarji. F'dan ir-rigward il-Kummissjoni għandha tkun f'pożizzjoni li tiżgura li l-obbligi internazzjonali u d-dispożizzjonijiet tal-PKS jitħarsu, li t-talbiet għal trasmissjoni ta' applikazzjonijiet tlestew u li ġew trasmessi skond l-iskadenzi stabbiliti taħt l-istrumenti ta' ftehim ikkonernati. |
(5) |
Il-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jiġu kkunsidrati eliġibbli għall-awtorizzazzjoni għal kwalukwe attività tas-sajd barra mill-ilmijiet tal-Komunità biss kemm-il darba jiġu sodisfatti numru ta' kriterji relatati ma' l-obbligi internazzjonali li daħlet għalihom il-Komunità kif ukoll ir-regoli u l-għanijiet tal-PKS. |
(6) |
Fejn il-proċedura tal-Kunsill għall-adozzjoni ta' deċiżjoni dwar l-applikazzjoni proviżorja ta' protokoll ġdid għal ftehim bilaterali dwar is-sajd ma' pajjiż terz li jalloka l-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri ma jistax jiġi finalizzat qabel id-data ta' din l-applikazzjoni proviżorja l-Kummissjoni għandha titħalla, fuq bażi temporanja, sabiex tiġi evitata kwalunkwe interruzzjoni ta' l-attivitajiet tas-sajd minn bastimenti tal-Komunità, tittrasmetti lill-pajjiż terz applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd fis-sitt xhur wara l-iskadenza tal-protokoll preċedenti. |
(7) |
Sabiex jiġi żġurat li l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-Komunità taħt l-istrumenti ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd jiġu użati sa l-aħħar, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa biex talloka mill-ġdid fuq bażi temporanja l-opportunitajiet tas-sajd mhux użati minn Stat Membru wieħed għal Stat Membru ieħor, mingħajr ma taffettwa l-allokazzjoni jew l-iskambju ta' l-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri taħt il-Protokoll in kwistjoni. |
(8) |
L-istrumenti ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd huma dawk l-istrumenti ta' ftehim kif imsemmija fil-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2004 u li, meta ġew konklużi jew applikati proviżorjament, ġew deskritti bħala tali mill-Kunsill. |
(9) |
Id-dispożizzjonijiet dwar il-kontroll ta' l-użu ta' l-opportunitajiet tas-sajd allokati lil bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet Komunitarji u ta' l-opportunitajiet tas-sajd allokati lil bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi fl-ilmijiet Komunitarji għandhom jiġu armonizzati u għandhom jippermettu azzjoni f'waqtha biex Stati Membri u terzi pajjiżi ma jitħallewx jisbqu dawk l-opportunitajiet. |
(10) |
Għall-prosekuzzjoni konsistenti u effikaċi tal-ksur, għandha tkun ipprovduta l-possibbiltà li jsir użu sħiħ tar-rapporti ta' spezzjoni u sorveljanza mfassla mill-ispetturi tal-Kummissjoni, mill-ispetturi tal-Komunità, mill-ispetturi ta' l-Istati Membri u ta' pajjiżi terzi. |
(11) |
Id-data kollha relatata ma' l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità skond strumenti ta' ftehim dwar is-sajd, għandha tkun aġġornata u, sa fejn hu xieraq, aċċessibbli għall-Istati Membri u l-pajjiżi terzi konċernati. Għal dan il-għan, huwa meħtieġ li tiġi stabbilita sistema ta' informazzjoni Komunitarja għall-awtorizzazzjoni tas-sajd. |
(12) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' l-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (2). Dawk ir-regoli jistgħu wkoll jipprevedu eżenzjonijiet mill-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament meta dawk l-obbligi joħolqu piż sproporzjonat meta mqabbel ma' l-importanza ekonomika ta' l-attività u, għal raġunijiet ta' effiċjenza, tali eżenzjonijiet għandhom jiġu adottati permezz tal-proċedura ta' ġestjoni stabbilita fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE. |
(13) |
Ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 kif ukoll id-dispożizzjonijiet relatati ma' l-aċċess ta' bastimenti tas-sajd ta' terzi pajjiżi għall-ilmijiet tal-Komunità stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1627/94 tas-27 ta' Ġunju 1994 li jniżżel ċerti dispożizzjonijiet rigward permessi speċjali tas-sajd (3) u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 tat-12 ta' Ottubru 1993 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-politika tas-sajd komuni (4), għandhom jitħassru. |
ADDOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Kamp ta'applikazzjoni u għanijiet
Dan ir-Regolament jistabbilixxi dispożizzjonijiet rigward:
(a) |
l-awtorizzazzjoni għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità biex jieħdu sehem f'dawn l-attivitajiet tas-sajd:
|
(b) |
l-awtorizzazzjoni għal bastimenti tas-sajd ta' pajjiż terz biex jieħdu sehem f'attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Komunità; |
u l-obbligi tar-rappurtar relatati ma' l-attivitajiet awtorizzati.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament:
(a) |
“ftehim” tfisser ftehim dwar is-sajd konkluż jew li għalih ġiet adottata deċiżjoni ta' applikazzjoni proviżorja f'konformità ma' l-Artikolu 300 tat-Trattat; |
(b) |
“organizzazzjoni reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd” tfisser organizzazzjoni reġjonali jew subreġjonali jew arranġament simili b'kompetenza, kif rikonoxxut taħt il-liġi internazzjonali, biex jistabbilixxi miżuri ta' konservazzjoni u mmaniġġjar għal riżorsi ħajjin tal-baħar taħt ir-responsabbiltà tagħha bis-saħħa tal-konvenzjoni jew il-ftehim li jistabbilixxiha; |
(ċ) |
“attivitajiet tas-sajd“ tfisser il-qbid, iż-żamma abbord, l-ipproċessar u t-trasferiment ta' ħut; |
(d) |
“bastiment tas-sajd tal-Komunità” tfisser bastiment tas-sajd tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 3(d) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (5); |
(e) |
“reġistru tal-flotta tal-Komunità” tfisser ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Komunità kif imsemmi fl-Artikolu 15(3) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002; |
(f) |
“opportunità tas-sajd” tfisser l-opportunità tas-sajd kif definita fl-Artikolu 3(q) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002; |
(g) |
“awtorità awtorizzanti” tfisser l-awtorità responsabbli għall-awtorizzazzjoni ta' attivitajiet ta' sajd ta' bastimenti tas-sajd tal-Komunità taħt ftehim jew l-awtorizzazzjoni għal bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi fl-ilmijiet tal-Komunità; |
(h) |
“awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser id-dritt ta' parteċipazzjoni f'attivitajiet tas-sajd matul perijodu speċifiku, f'żona speċifika jew għal sajda partikolari; |
(i) |
“sforz tas-sajd” tfisser l-isforz tas-sajd kif definit fl-Artikolu 3(h) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002; |
(j) |
“trasmissjoni elettronika” tfisser it-trasferiment tad-data f'format elettroniku, bil-kontenut, format u protokoll stabbiliti mill-Kummissjoni jew maqbula mill-partijiet għal ftehim; |
(k) |
“kategorija tas-sajd” tfisser suddiviżjoni tal-flotta abbażi ta' kriterji bħal, b'mod partikolari, it-tip partikolari ta' bastiment, it-tip ta' attivitajiet tas-sajd u t-tagħmir tas-sajd użat; |
(l) |
“ksur serju” tfisser ksur serju kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1447/1999 ta' l-24 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi lista tal-modi ta' mġieba li jiksru serjament ir-regoli tal-politika komuni tas-sajd (6), jew ksur serju jew vjolazzjoni serja taħt il-ftehim ikkonċernat; |
(m) |
“lista IUU” tfisser il-lista ta' bastimenti tas-sajd li jieħdu sehem f'sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux regolat u identifikati fil-qafas ta' RFMO jew mill-Kummissjoni taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (7); |
(n) |
“sistema Komunitarja ta' informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd” tfisser is-sistema ta' informazzjoni stabbilita mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 12; |
(o) |
“bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz” tfisser bastiment:
u li jtajjar il-bandiera ta', u/jew huwa irreġistrat fi, pajjiż terz. |
KAPITOLU II
ATTIVITAJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-KOMUNITÀ BARRA MILL-ILMIJIET TAL-KOMUNITÀ
TAQSIMA I
Dispożizzjonjiet ġenerali
Artikolu 3
Dispożizzjoni ġenerali
Huma biss bastimenti tas-sajd tal-Komunità li għalihom inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd f'konformità ma' dan ir-Regolament li għandhom ikunu intitolati jieħdu sehem f'attivitajiet tas-sajd barra mill-ilmijiet tal-Komunità.
TAQSIMA II
Awtorizzazzjonijiet għal attivitajiet tas-sajd fil-qafas ta' strumenti ta' ftehim
Artikolu 4
Preżentazzjoni ta' applikazzjonijiet
1. Mill-anqas ħamest ijiem ta' xogħol qabel l-iskadenza għat-trasmissjoni ta' applikazzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ikkonċernat jew, fin-nuqqas ta' skadenza fil-ftehim, mill-anqas skond l-arranġament stabbilit fil-ftehim u mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi li jinsabu fil-leġislazzjoni Komunitarja, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, permezz ta' trasmissjoni elettronika, l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-flottot tas-sajd ikkonċernati.
2. L-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fihom in-numru ta' l-identifikazzjoni fir-reġistru tal-flotta tal-Komunità u l-kodiċi internazzjonali tas-sinjal tar-radju tal-bastiment u kwalunkwe data oħra meħtieġa taħt il-ftehim ikkonċernat, jew stabbilita skond il-proċeduri msemmija fl-Artikolu 27(2).
Artikolu 5
Kriteriji ta' eliġibbiltà
1. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw biss lill-Kummissjoni applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għas-sajd għal bastimenti tas-sajd li jtajjru l-bandiera tagħhom:
(a) |
li diġà qed iwettqu attivitajiet tas-sajd u li, matul it-12-il xahar ta' qabel ta' attivitajiet tas-sajd taħt il-ftehim ikkonċernat jew, fil-każ ta' ftehim ġdid, taħt il-ftehim li ppreċedih, fejn xieraq, issodisfaw il-kondizzjonijiet taħt il-ftehim għal dak il-perijodu; |
(b) |
li matul it-12-il xahar qabel l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għas-sajd, kienu soġġetti għal proċedimenti ta' sanzjoni għal ksur serju jew kienu kkunsidrati suspettati b'tali ksur skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru u/jew fejn is-sid tal-bastiment inbidel u s-sid il-ġdid jipprovdi garanziji li l-kondizzjonijiet ser jiġu sodisfatti; |
(ċ) |
li mhumiex inklużi f'lista IUU; |
(d) |
li għalihom id-data li tinsab fir-reġistru tal-flotta tal-Komunità u fis-sistema Komunitarja ta' informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd hija kompleta u preċiża; |
(e) |
li għandhom liċenzja tas-sajd kif imsemmija fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1281/2005 tat-3 ta' Awwissu 2005 dwar l-immaniġġjar tal-liċenzji tas-sajd u l-informazzjoni minima li tinsab fihom (8); |
(f) |
li għalihom id-data meħtieġa taħt il-ftehim ikkonċernat hija disponibbli u aċċessibbli għall-awtorità awtorizzanti; u |
(g) |
li għalihom l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd huma f'konformità mal-ftehim ikkonċernat u dan ir-Regolament. |
2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd li għalihom jitlob it-trasmissjoni huma fil-limiti ta' l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għal dak l-Istat Membru taħt il-ftehim ikkonċernat.
Artikolu 6
Trasmissjoni ta' l-applikazzjonijiet
1. Il-Kummissjoni għandha tittrasmetti l-applikazzjonijiet lill-awtorità awtorizzanti kkonċernata fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol wara li tirċievi t-talba mill-Istat Membru u f'konformità ma' dan l-Artikolu.
2. Il-Kummissjoni għandha teżamina t-talbiet għat-trasmissjoni ta' l-applikazzjonijiet, filwaqt li tieħu kont ta':
(a) |
l-opportunitajiet tas-sajd allokati lil kull Stat Membru mill-Kunsill abbażi ta' l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 jew l-Artikolu 37 tat-Trattat; u |
(b) |
il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ikkonċernat u f'dan ir-Regolament. |
3. Il-Kummissjoni għandha tivverifika li:
(a) |
il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 5 jiġu sodisfatti; u |
(b) |
li l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd li għalihom intalbet trasmissjoni mill-Istat Membru ikkonċernat huma proporzjonati ma' l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli taħt il-ftehim ikkonċernat, filwaqt li jittieħed kont ta' l-applikazzjonijiet ta' l-Istati Membri kollha. |
Artikolu 7
Nuqqas ta' trasmissjoni ta' applikazzjonijiet
1. Il-Kummissjoni m'għandhiex tittrasmetti lill-awtorità awtorizzanti applikazzjonijiet, li għalihom:
(a) |
id-data provduta mill-Istat Membru f'konformità ma' l-Artikolu 4(2) ma tkunx kompluta għall-bastiment ikkonċernat; |
(b) |
l-opportunitajiet tas-sajd ta' l-Istat Membru kkonċernat mhumiex biżżejjed, b'kont meħud ta' l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-ftehim ikkonċernat u ta' l-applikazzjonijiet ippreżentati mill-Istat Membru; |
(ċ) |
il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ikkonċernat u f'dan ir-Regolament ma tħarsux. |
2. Fil-każ ta' nuqqas ta' trasmissjoni ta' applikazzjoni waħda jew aktar, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tinforma b'dan lill-Istat Membru kkonċernat, u għandha tiddikjara r-raġunijiet tagħha.
Jekk l-Istat Membru ma jaqbilx mar-raġunijiet iddikjarati mill-Kummissjoni, huwa għandu jittrasmetti lill-Kummissjoni kwalunkwe informazzjoni jew dokumenti li jappoġġaw l-oġġezzjoni tiegħu fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-applikazzjoni fid-dawl ta' din l-informazzjoni.
Artikolu 8
Informazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru tal-bandiera mingħajr dewmien, permezz ta' trasmissjoni elettronika, bl-awtorizzazzjoni tas-sajd mogħtija mill-awtorità awtorizzanti, jew bid-deċiżjoni mill-awtorità awtorizzanti li ma toħroġx awtorizzazzjoni tas-sajd għal bastiment tas-sajd partikolari.
Fejn meħtieġ taħt, jew skond, ftehim, id-dokumenti stampati mehmuża u oriġinali għandhom jintbagħtu bi trasmissjoni fuq il-karta u/jew b'mezzi elettroniċi.
2. L-Istati Membri tal-bandiera għandhom immedjatament jinfurmaw lis-sidien tal-bastimenti tas-sajd ikkonċernati bl-informazzjoni riċevuta skond il-paragrafu 1.
3. Jekk awtorità li tawtorizza tinforma lill-Kummissjoni li ddeċidiet li tissospendi jew tirtira awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa għal bastiment tas-sajd tal-Komunità taħt ftehim, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament, bi trasmissjoni elettronika, lill-Istat Membru tal-bandiera ta' dak il-bastiment. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jittrasmetti immedjatament dik l-informazzjoni lis-sid ta' dak il-bastiment.
4. Il-Kummissjoni għandha twettaq verifiki biex tistabbilixxi l-kompatibbiltà tad-deċiżjoni li l-awtorizzazzjoni tas-sajd tiġi rrifjutata jew sospiża mal-ftehim ikkonċernat, b'konsultazzjoni ma' l-Istat Membru tal-bandiera u l-awtorità awtorizzanti rilevanti u għandha tinformahom it-tnejn bir-riżultat.
Artikolu 9
Tkomplija ta' l-attivitajiet ta' sajd
1. Meta:
— |
il-protokoll għal ftehim bilaterali dwar is-sajd ma' pajjiż terz li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd previsti f'dak il-ftehim ikun skada; u |
— |
protokoll ġdid ikun ġie inizjalat mill-Kummissjoni iżda għadha ma ġietx adottata deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu jew l-applikazzjoni proviżorja tiegħu, |
il-Kummissjoni tista”, matul perijodu ta' sitt xhur mid-data ta' l-iskadenza tal-protokoll preċedenti u mingħajr preġudizzju għall-kompetenza tal-Kunsill li jiddeċiedi dwar il-konklużjoni jew l-applikazzjoni proviżorja tal-protokoll il-ġdid, tittrasmetti l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni tas-sajd lill-pajjiż terz ikkonċernat skond dan ir-Regolament.
2. Skond ir-regoli stabbiliti taħt il-ftehim tas-sajd ikkonċernat, il-bastimenti tal-Komunità awtorizzati li jieħdu sehem f'attivitajiet tas-sajd taħt dak il-ftehim jistgħu, fid-data ta' l-iskadenza ta' l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, ikomplu jistadu taħt il-ftehim għal perijodu massimu ta' sitt xhur wara d-data ta' l-iskadenza, bil-kondizzjoni li l-parir xjentifiku jippermetti dan.
3. F'dan il-kuntest, il-Kmmissjoni għandha tapplika l-metodu ta' l-allokazzjoni ta' l-opportunitajiet tas-sajd fis-seħħ fil-protokoll preċedenti għall-paragrafu 1, u fil-protokoll eżistenti għall-paragrafu 2.
Artikolu 10
Użu anqas milli maħsub ta' opportunitajiet tas-sajd fil-kuntest ta' l-Istrumenti ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd
1. Fil-kuntest ta' Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd jekk, abbażi tat-talbiet għat-trasmissjoni ta' l-applikazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament, jidher li l-għadd ta' l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd jew l-ammont ta' opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Komunità taħt ftehim ma ġewx użati totalment, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati u għandha titlobhom jikkonfermaw li m'għamlux użuminn dawk l-opportunitajiet tas-sajd. In-nuqqas ta' tweġiba sa l-iskadenzimill-Kunsill mal-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd, għandu jiġi kkunsidrat bħala konferma li l-bastimenti ta' l-Istat Membru kkonċernat mhux qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tas-sajd tagħhom fil-perijodu stabbilit.
2. Wara l-konferma mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-opportunitajiet tas-sajd totali mhux użati u għandha tagħmel dik il-valutazzjoni disponibbli lill-Istati Membri.
3. L-Istati Membri li jixtiequ jagħmlu użu mill-opportunitajiet tas-sajd mhux użati msemmija fil-paragrafu 2, għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni lista tal-bastimenti kollha li għalihom bi ħsiebhom jitolbu awtorizzazzjoni tas-sajd, kif ukoll it-talba għat-trasmissjoni ta' l-applikazzjonijiet għal kull wieħed minn dawk il-bastimenti skond l-Artikolu 4.
4. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar ir-riallokazzjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib ma' l-Istati Membri kkonċernati.
Jekk Stat Membru kkonċernat joġġezzjona għal din ir-riallokazzjoni, il-Kummissjoni għandha, skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27(2), tiddeċiedi dwar ir-riallokazzjoni b'kont meħud tal-kriterji stabbiliti fl-Anness I, u għandha tinnotifika lill-Istati Membri b'dan.
5. It-trasmissjoni ta' l-applikazzjonijiet skond dan l-Artikolu m'għandha bl-ebda mod taffettwa l-allokazzjoni ta' l-opportunitajiet tas-sajd jew l-iskambju tagħhom bejn l-Istati Membri, skond l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.
6. Il-Kummissjoni m'għandhiex titwaqqaf milli tapplika l-mekkaniżmu msemmi fil-paragrafi 1 sa 4 sakemm jiġu ffinalizzati l-iskadenzi msemmija fil-paragrafu 1.
TAQSIMA III
Attivitajiet tas-sajd li ma jaqgħux fl-ambitu ta' ftehim
Artikolu 11
Dispożizzjonjiet ġenerali
1. Operatur ta' bastiment tas-sajd tal-Komunità, li bi ħsiebu jwettaq attivitajiet tas-sajd fl-ibħra internazzjonali f'ilmijiet li ma jaqgħux fl-ambitu ta' ftehim jew RFMO, għandu jinforma lill-awtoritàjiet ta' l-Istat Membru tal-bandiera b'tali attivitajiet.
Mingħajr preġudizzju għal-leġislazzjoni Komunitarja dwar l-attivitajiet tas-sajd fl-ibħra internazzjonali l-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom ikunu intitolati biex jipparteċipaw f'attivitajiet tas-sajd fl-ibħra internazzjonali f'ilmijiet li ma jaqgħux fl-ambitu ta' ftehim jew RFMO jekk dawn tkun inħarġitilhom awtorizzazzjoni mill-Istat Membru tal-bandiera tagħhom skond id-dispożizzjonijiet nazzjonali.
L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni għaxart ijiem qabel il-bidu ta' l-attivitajiet tas-sajd imsemmijin fl-ewwel subparagrafu bil-bastimenti awtorizzati jistadu skond dak is-subparagrafu, filwaqt li jispeċifikaw l-ispeċi, it-tagħmir tas-sajd, il-perijodu u ż-żona li għalihom tapplika l-awtorizzazzjoni.
2. L-Istati Membri għandhom jipprovaw jiksbu informazzjoni dwar kwalunkwe arranġament, bejn iċ-ċittadini tiegħu u pajjiż terz, li jippermettu bastimenti tas-sajd li jtajjru l-bandiera tagħhom li jeħdu sehem f'attivitajiet tas-sajd f'ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni jew fis-sovranità ta' pajjiż terz, u għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan permezz tat-trasmissjoni elettronika ta' lista tal-bastimenti kkonċernati.
3. Din it-taqsima għandha tapplika biss għall-bastimenti li jeċċedu t-tul totali ta' 24 metru.
TAQSIMA IV
Obbligi ta' rappurtaġġ u għeluq ta' attivitajiet tas-sajd
Artikolu 12
Sistema Komunitarja ta' informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd
1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sistema Komunitarja ta' informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd, li fiha data relatata ma' l-awtorizzazzjonijiet maħruġa skond dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi sit web sigur għal dan il-għan.
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data meħtieġa fir-rigward ta' l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd fl-ambitu ta' ftehim jew RFMO tinsab fis-sistema Komunitarja ta' informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd u huma għandhom iżommu din id-data aġġornata f'kull ħin.
Artikolu 13
Rappurtar tal-qabdiet u ta' l-isforz tas-sajd
1. Il-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li għalihom inħarġet awtorizzazzjoni għas-sajd taħt it-Taqsima II jew III għandhom, kull ġimgħa, jittrasmettu lill-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom data dwar il-qabdiet tagħhom u, fejn meħtieġ, l-isforz tas-sajd tagħhom. Din id-data għandha tkun aċċessibbli lill-Kummissjoni fuq talba.
Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu t-tul totali ta' 24 metru għandhom, mill-1 ta' Jannar 2010, jittrasmettu kull ġurnata lill-awtorità nazzjonali kompetenti tagħhom id-data dwar il-qabdiet tagħhom u, fejn meħtieġ, l-isforz tas-sajd tagħhom skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1566/2007 tal-21 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku ta' l-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta' telerilevament (9). Dan għandu japplika wkoll għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru f'tul totali.
2. L-Istati Membri għandhom jiġbru d-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u, qabel il-15 ta' kull xahar kalendarju, għandhom jittrasmettu permezz ta' trasmissjoni elettronika lill-Kummissjoni, jew korp maħtur mill-Kummissjoni, data għal kull stokk, grupp ta' stokkijiet jew kategorija tas-sajd, dwar il-kwantitajiet maqbuda, u, fejn meħtieġ taħt ftehim jew regolament li jimplimenta dak il-ftehim, dwar l-isforz tas-sajd magħmul matul ix-xahar preċedenti minn bastimenti li jtajjru l-bandiera ta' dak l-Istat Membru f'ilmijiet li jaqgħu fl-ambitu ta' ftehim u fis-sitt xhur preċedenti għal attivitajiet tas-sajd barra mill-ilmijiet tal-Komunità li ma jaqgħux fl-ambitu ta' ftehim.
3. Il-Kummissjoni għandha, f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 27(2), tiddeċiedi dwar il-format li fih tittrasmetti d-data msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 14
Kontroll tal-qabdiet u ta' l-isforz tas-sajd
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, l-Istati Membri għandhom jiżguraw konformità ma' l-obbligi dwar ir-rappurtar ta' qabdiet u, fejn meħtieġ, ta' l-isforz tas-sajd, kif stabbilit fil-ftehim ikkonċernat.
Artikolu 15
Għeluq tas-sajd
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 26(4) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002 u l-Artikolu 21(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93, meta Stat Membru jikkunsidra li l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli tiegħu jitqiesu li ġew eżawriti, hu għandu minnufih jipprojbixxi attivitajiet tas-sajd fiż-żona, fit-tagħmir, fl-stokk jew fil-grupp ta' stokkijiet rispettivi. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-ftehim ikkonċernat.
2. Meta l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli ta' Stat Membru huma espressi kemm f'termini ta' limiti ta' qabda u ta' sforz, l-Istat Membru għandu jipprojbixxi attivitajiet tas-sajd għaż-żona, it-tagħmir, l-istokk jew il-grupp ta' stokkijiet rispettivi hekk kif waħda minn dawn l-opportunitajiet titqies li ġiet eżawrita. Sabiex jippermettu għal sajd kontinwu ta' opportunitajiet tas-sajd mhux eżawriti li jimmira wkoll l-opportunitajiet tas-sajd eżawriti, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-miżuri tekniċi li mhu ser ikollhom l-ebda impatt negattiv fuq l-opportunitajiet tas-sajd eżawriti. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-ftehim ikkonċernat.
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien bi kwalunkwe projbizzjoni ta' attivitajiet tas-sajd deċiża skond dan l-Artikolu.
4. Meta l-Kummissjoni ssib li l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-Komunità jew għal Stat Membru huma meqjusa bħala eżawriti, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati b'dan u għandha titlob li jipprojbixxu attivitajiet tas-sajd skond il-paragrafi 1, 2 u 3.
5. Hekk kif l-attivitajiet tas-sajd ikunu pprojbiti skond il-paragrafi 1 jew 2, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd speċifikati għall-istokk jew il-grupp ta' stokkijiet ikkonċernati għandhom ikunu sospiżi.
Artikolu 16
Sospensjoni ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd
1. Meta awtorità awtorizzanti taħt ftehim tas-sajd tinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tagħha li tissospendi jew tirtira awtorizzazzjoni tas-sajd fir-rigward ta' bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta' Stat Membru, il-Kummissjoni għandha minnufih tinforma lill-Istat Membru tal-bandiera b'dan. Il-Kummissjoni għandha twettaq il-verifiki rilevanti, skond il-proċeduri stabbilti taħt il-ftehim ikkonċernat, fejn xieraq, b'konsultazzjoni ma' l-Istat Membru tal-bandiera u ma' l-awtoritàjiet awtorizzanti tal-pajjiż terz ikkonċernat, u għandha tinforma lill-Istat Membru tal-bandiera u, fejn xieraq, lill-awtoritàjiet awtorizzanti tal-pajjiż terz bl-eżitu.
2. Meta awtorità awtorizzanti ta' stat terz tissospendi awtorizzazzjoni tas-sajd li tkun tat lil bastiment tas-sajd tal-Komunità, l-Istat Membru tal-bandiera għandu jissospendi l-permess tas-sajd taħt il-ftehim għall-perijodu kollu tas-sospensjoni ta' l-awtorizzazzjoni tas-sajd.
Meta l-awtorizzazzjoni tas-sajd tkun irtirata definittivament mill-awtoritàjiet awtorizzanti ta' pajjiż terz, l-Istat Membru tal-bandiera għandu minnufiħ jirtira l-permess tas-sajd mogħti lill-bastiment ikkonċernat taħt il-ftehim ikkonċernat.
3. Ir-rapporti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza mfassla mill-ispetturi tal-Kummissjoni, mill-ispetturi tal-Komunità, mill-ispetturi ta' l-Istati Membri jew mill-ispetturi ta' pajjiż terz, li jkun parti għall-ftehim ikkonċernat, għandhom jikkostitwixxu evidenza ammissibbli fi proċedimenti amministrattivi jew ġuridiċi ta' kwalunkwe Stat Membru. Għall-finijiet ta' l-istabbiliment tal-fatti, dawk ir-rapporti għandhom jiġu trattati bl-istess mod bħal rapporti ta' spezzjoni u sorveljanza ta' l-Istat Membru kkonċernat.
TAQSIMA V
Aċċess għad-data
Artikolu 17
Aċċess għad-data
1. Mingħajr preġudizzju għall-obbligi taħt id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (10), id-data ppreżentata lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur mill-Kummissjoni, minn Stati Membri skond dan il-Kapitolu għandha ssir disponibbli fuq is-sit web sigur konness mas-sistema Komunitarja ta' informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-utenti kollha kkonċernati li huma awtorizzati minn:
(a) |
l-Istati Membri; |
(b) |
il-Kummissjoni, jew korp maħtur mill-Kummissjoni, dwar il-kontroll u l-ispezzjoni. |
Id-data aċċessibbli għal dawn il-persuni għandha tkun limitata għad-data li jeħtieġu fl-ambitu tal-proċess ta' l-awtorizzazzjoni tas-sajd u/jew l-attivitajiet tagħhom ta' spezzjoni u għandha tkun soġġetta għar-regoli dwar il-kunfidenzjalità tad-data.
2. Is-sidien jew l-aġenti tal-bastimenti rreġistrati fis-sistema Komunitarja ta' informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni tas-sajd jistgħu jirċievu kopja elettronika tad-data li tinsab fir-reġistru permezz tat-trasmissjoni ta' talba uffiċjali lill-Kummissjoni permezz ta' l-amministrazzjoni nazzjonali tagħhom.
KAPITOLU III
ATTIVITAJIET TAS-SAJD MINN BASTIMENTI TAS-SAJD TA' PAJJIŻ TERZ FL-ILMIJIET TAL-KOMUNITÀ
Artikolu 18
Dispożizzjonjiet ġenerali
1. Il-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi huma intitolati li:
(a) |
jipparteċipaw f'attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Komunità bil-kondizzjoni li dawn tkun inħarġitilhom awtorizzazzjoni tas-sajd skond dan il-Kapitolu; |
(b) |
iqiegħdu fuq l-art, jittrasbordaw f'portijet jew jipproċessaw il-ħut bil-kondizzjoni li dawn tkun inħarġitilhom awtorizzazzjoni minn qabel mill-Istat Membru li fl-ilmijiet tiegħu tkun ser isseħħ l-operazzjoni. |
2. Il-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi awtorizzati li jieħdu sehem f'attivitajiet tas-sajd taħt ftehim fil-31 ta' Diċembru ta' kwalunkwe sena kalendarja partikolari jistgħu jkomplu jistadu taħt dak il-ftehim mill-1 ta' Jannar tas-sena sussegwenti sakemm il-Kummissjoni tiddeċiedi li toħroġ lil dawk il-bastimenti awtorizzazzjonijiet tas-sajd għal dik is-sena, f'konformità ma' l-Artikolu 20.
Artikolu 19
Trasmissjoni ta' applikazzjonijiet ta' pajjiżi terzi
1. Il-pajjiż terz ikkonċernat għandu, fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' ftehim li jagħtih l-opporunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Komunità, jippreżenta lill-Kummissjoni, permezz ta' trasmissjoni elettronika, lista ta' bastimenti li jtajjru l-bandiera tiegħu u/jew irreġistrati fih li jkollhom il-ħsieb li jagħmlu użu minn dawk l-opportunitajiet tas-sajd.
2. Sa l-iskadenza stabbilita fil-ftehim ikkonċernat jew mill-Kummissjoni, l-awtoritàjiet kompetenti ta' pajjiż terz għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni, permezz ta' trasmissjoni elettronika, l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd li jtajjru l-bandiera tagħhom, li jkun fihom il-kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment u kwalunkwe data oħra meħtieġa taħt il-ftehim jew deċiża skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2).
Artikolu 20
Ħruġ ta' awtorizzazzjonijiet tas-sajd
1. Il-Kummissjoni għandha teżamina l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet tas-sajd billi tqis l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lill-pajjiż terz u għandha toħroġ awtorizzazzjonijiet tas-sajd skond il-miżuri adottati mill-Kunsill u d-dispożizzjonijiet fil-ftehim ikkonċernat.
2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtoritàjiet kompetenti tal-pajjiż terz u ta' l-Istati Membri bl-awtorizzazzjonijiet tas-sajd li nħarġu.
Artikolu 21
Kriteriji ta' eliġibbiltà
Il-Kummissjoni għandha toħroġ biss awtorizzazzjoni tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd ta' pajjiż terz:
(a) |
li huma eleġibbli għal awtorizzazzjoni tas-sajd taħt il-ftehim ikkonċernat u, fejn xieraq, ikunu inklużi fil-lista ta' bastimenti notifikati li jwettqu attivitajiet tas-sajd taħt dak il-ftehim; |
(b) |
li tul il-perijodu preċedenti ta' tnax-il xahar ta' attivitajiet tas-sajd taħt il-ftehim ikkonċernat jew, fil-każ ta' ftehim ġdid, skond il-ftehim li ppreċedih, ikunu, fejn xieraq, issodisfaw il-kondizzjonijiet taħt il-ftehim għal dak il-perijodu; |
(ċ) |
li matul it-12-il xahar ta' qabel it-talba għall-awtorizzazzjoni tas-sajd, kienu soġġetti għal proċedimenti ta' sanzjoni għal ksur serju jew kienu kkunsidrati suspettati b'tali ksur skond il-liġi nazzjonali ta' l-Istat Membru u/jew fejn is-sid tal-bastiment inbidel u s-sid il-ġdid jipprovdi garanziji li l-kondizzjonijiet ser jiġu sodisfatti; |
(d) |
li mhumiex inklużi f'lista IUU; |
(e) |
li għalihom id-data meħtieġa taħt il-ftehim ikkonċernat hija disponibbli; u |
(f) |
li għalihom l-applikazzjonijiet huma f'konformità mal-ftehim ikkonċernat u dan il-Kapitolu. |
Artikolu 22
Obbligi Ġenerali
Il-bastimenti tas-sajd ta' pajjiż terz li għalihom tkun inħarġet awtorizzazzjoni tas-sajd skond dan il-Kapitolu għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-PKS dwar il-miżuri ta' konservazzjoni u kontroll u dispożizzjonijiet oħra li jirregolaw is-sajd minn bastimenti tas-sajd tal-Komunità fiż-żona tas-sajd li fiha joperaw, u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim ikkonċernat.
Artikolu 23
Kontroll tal-qabdiet u ta' l-isforz tas-sajd
1. IL-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li jieħdu sehem f'attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Komunità għandhom, kull ġimgħa, jittrasmettu lill-awtoritàjiet nazzjonali tagħhom u lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur mill-Kummissjoni, id-data
(a) |
meħtieġa taħt il-ftehim ikkonċernat; |
(b) |
stabbilita mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fil-ftehim ikkonċernat; jew |
(ċ) |
stabbilita skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2). |
Minkejja l-ewwel subparagrafu, il-bastimenti tas-sajd ta' pajjiżi terzi li jeċċedu t-tul totali ta' 24 metru għandhom, mill-1 ta' Jannar 2010, jittrasmettu din id-data elettronikmanet kull ġurnata. Mill-1 ta' Jannar 2011, dan għandu japplika wkoll għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu tul totali ta' 15-il metru.
2. Sa fejn huwa meħtieġ taħt il-ftehim ikkonċernat, pajjiżi terzi għandhom jiġbru d-data dwar il-qabdiet trasmessa mill-bastimenti tagħhom skond il-paragrafu 1 u, qabel il-15 ta' kull xahar kalendarju, għandhom jittrasmettu elettronikament lill-Kummissjoni, jew lil korp maħtur mill-Kummissjoni, il-kwantitajiet għal kull stokk, grupp ta' stokkijiet jew kategorija tas-sajd, maqbuda fl-ilmijiet tal-Komunità fix-xahar preċedenti mill-bastimenti kollha li jtajjru l-bandiera tagħhom.
3. Id-data dwar il-qabdiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun aċċessibbli lil Stat Membru fuq talba u għandha tkun soġġetta għar-regoli li jirregolaw il-kunfidenzjalità tad-data.
Artikolu 24
Għeluq tas-sajd
1. Meta l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija lil pajjiż terz jitqiesu li ġew eżawriti, il-Kummissjoni għandha immedjatament tinforma lill-pajjiż terz ikkonċernat u lill-ispezzjoni kompetenti ta' l-awtoritàjiet ta' l-Istati Membri b'dan. Sabiex ikun jista' jsir sajd kontinwu ta' opportunitajiet tas-sajd mhux eżawriti, li jimmira wkoll l-opportunitajiet eżawriti, il-pajjiż terz għandu jippreżenta lill-Kummissjoni l-miżuri tekniċi li m'huma ser ikollhom ebda impatt negattiv fuq l-opportunitajiet tas-sajd eżawriti. Din id-dispożizzjoni għandha tapplika mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fil-ftehim ikkonċernat.
2. Mid-data tan-notifika tal-Kummissjoni, l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd maħruġa għal bastimenti li jtajjru l-bandiera ta' dak il-pajjiż għandhom jitqiesu sospiżi għall-attivitajiet tas-sajd ikkonċernati u l-bastimenti m'għandux ikollhom aktar l-awtorizzazzjoni biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tas-sajd.
3. Meta sospensjoni ta' attivitajiet tas-sajd applikabbli skond il-paragrafu 2 tikkonċerna l-attivitajiet kollha li għalihom ikunu ngħataw l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd, dawn l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom jiġu kkunsidrati revokati.
4. Il-pajjiż terz għandu jiżgura li l-bastimenti tas-sajd ikkonċernati għandhom jiġu infurmati minnufih li qed jiġi applikat dan l-Artikolu u li huma jieqfu mill-attivitajiet tas-sajd kollha kkonċernati.
5. Malli l-attivitajiet tas-sajd jiġu pprojbiti skond il-paragrafi 1 jew 2, l-awtoritajiet tas-sajd speċifikati għall-istokk jew grupp ta' stokkijiet ikkonċernati għandhom jiġu sospiżi.
Artikolu 25
Nuqqas ta' konformità mar-regoli rilevanti
1. Mingħajr preġudizzju għall-proċedimenti legali taħt il-leġislazzjoni nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ksur irreġistrat li jikkonċerna bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz fir-rigward ta' l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Komunità taħt il-ftehim ikkonċernat.
2. Għal perijodu li ma jeċċedix it-12-il xahar, m'għandhom jinħarġu l-ebda liċenzja jew permess speċjali tas-sajd lil kwalunkwe bastiment tas-sajd ta' pajjiż terz li fir-rigward tiegħu l-obbligi stabbiliti taħt il-ftehim ikkonċernat ma ġewx sodisfatti.
Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-awtoritàjiet tal-pajjiż terz ikkonċernat l-ismijiet u l-karatteristiċi tal-bastimenti tas-sajd tal-pajjiż terz li mhux ser ikunu awtorizzati jistadu fiż-żona ta' sajd tal-Komunità matul ix-xahar jew ix-xhur suċċessivi bħala konsegwenza ta' ksur tar-regoli rilevanti taħt il-ftehim ikkonċernat.
3. Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-awtoritàjiet ta' l-ispezzjoni ta' l-Istati Membri bil-miżuri meħuda skond il-paragrafu 2.
KAPITOLU IV
MIŻURI IMPLIMENTATTIVI
Artikolu 26
Regoli dettaljati
Ir-regoli dettaljati dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jistgħu jiġu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 27(2). Dawk ir-regoli jistgħu wkoll jipprevedu eżenzjonijiet mill-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, meta dawk l-obbligi joħolqu piż disproporzjonat meta mqabbel ma' l-importanza ekonomika ta' l-attività.
Artikolu 27
Proċedura ta' kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat għas-Sajd u l-Akwakultura stabbilit skond l-Artikolu 30 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
Il-perijodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun stabbilit għal 20 jum ta' xogħol.
KAPITOLU V
DIŻPOŻIZZJONIJIET KOMUNI U FINALI
Artikolu 28
Obbligi internazzjonali
Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-istrumenti ta' ftehim ikkonċernati u d-dispożizzjonijiet tal-Komunità li jimplimentaw dawk id-dispożizzjonijiet.
Artikolu 29
Tħassir
1. L-Artikoli 18, 28b, 28c u 28d tar-Regolament (KEE) Nru 2847/93 għandhom jiġu kkanċellati.
2. L-Artikoli 3(2), 4(2), 9 u 10 tar-Regolament (KE) Nru 1627/94 għandhom jiġu kkanċellati.
3. Ir-Regolament (KE) Nru 3317/94 għandu jitħassar.
4. Ir-referenzi għad-dispożizzjonijiet ikkanċellati għandhom jitqiesu bħala referenzi għad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness II.
Artikolu 30
Dħul fis-seħħ
1. Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
2. L-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) 2847/93 għandu jkompli japplika sad-dħul fis-seħħ tar-regolament li jistabbilixxi r-regoli dettaljati fl-Artikolu 13 ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 29 ta' Settembru 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
M. BARNIER
(1) ĠU L 350, 31.12.1994 p. 13.
(2) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.
(4) ĠU L 261, 20.10.1993, p. 1.
(5) ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.
(7) Ara paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(9) ĠU L 340, 22.12.2007, p. 46.
(10) ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26.
ANNESS I
Kriterji għar-riallokazzjoni msemmija fl-Artikolu 10
Għar-riallokazzjoni ta' l-opportunitajiet tas-sajd, il-Kummissjoni għandha tqis, b'mod partikolari, dan li ġej:
— |
id-data ta' kull talba riċevuta; |
— |
l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għar-riallokazzjoni; |
— |
in-numru ta' talbiet riċevuti; |
— |
in-numru ta' l-Istati Membri rikjedenti; |
— |
jekk l-opportunitajiet tas-sajd huma kompletament jew parzjalment ibbażati fuq ammonti ta' sforz tas-sajd jew qabdiet, l-isforż tas-sajd mistenni li jkun użat jew il-qabdiet mistennijali jsiru minn kull bastiment ikkonċernat. |
ANNESS II
Regolament (KE) Nru 1627/94 |
Dispożizzjoni korrispondenti f'dan ir-Regolament |
Artikolu 3(2) |
Kapitolu III |
Artikolu 4(2) |
Kapitolu III |
Artikolu 9 |
Artikoli 19-21 |
Artikolu 10 |
Artikolu 25 |
Regolament (KEE) Nru 2847/93 |
Dispożizzjoni korrispondenti f'dan ir-Regolament |
Artikolu 18 |
Artikolu 13 |
Article 28b |
Artikolu 18 |
Article 28c |
Artikolu 22 |
Article 28d |
Artikolu 24 |