Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0312

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 312/2008 tat- 3 ta’ April 2008 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 fir-rigward ta' l-aġġustament tat-tariffi ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata ta' l-inflazzjoni

    ĠU L 93, 4.4.2008, p. 8–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/312/oj

    4.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 93/8


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 312/2008

    tat-3 ta’ April 2008

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 fir-rigward ta' l-aġġustament tat-tariffi ta' l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata ta' l-inflazzjoni

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 ta' l-10 ta' Frar 1995 dwar tariffi mħallsa lill-Aġenzija Ewropea għall-Valutazzjoni ta' Prodotti Mediċinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u għall-użu veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (2), jistipula li d-dħul ta’ l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) għandu jikkonsisti f’kontribuzzjoni mill-Komunità u fit-tariffi mħallsa minn intrapriżi lill-Aġenzija. Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi l-kategoriji u l-livelli ta’ dawn it-tariffi.

    (2)

    L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha tirrevedi t-tariffi ta’ l-Aġenzija b’referenza għar-rata ta’ l-inflazzjoni u taġġornahom.

    (3)

    Mill-2005, it-tariffi ta’ l-Aġenzija ma ġewx aġġustati għar-rata ta’ l-inflazzjoni. Għaldaqstant jinħtieġ li dawn it-tariffi jiġu riveduti b’referenza għar-rata ta’ l-inflazzjoni fil-Komunità fis-snin 2006 u 2007.

    (4)

    Ir-rata ta’ l-inflazzjoni fil-Komunità, kif ippubblikata mill-Uffiċċju ta' l-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (l-Eurostat), kienet 2,2 % fl-2006 u 2,3 % fl-2007.

    (5)

    Għal raġunijiet ta’ sempliċità, il-livelli aġġustati tat-tariffi għandhom jiġu aġġustati lejn l-eqreb EUR 100.

    (6)

    Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq.

    (7)

    Għal raġunijiet ta' ċertezza legali dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li huma pendenti fl-1 ta' April 2008.

    (8)

    Skond l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 l-aġġornament għandu jsir b’effett mill-1 ta’ April 2008, għalhekk huwa xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza u japplika minn din id-data,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 232 000” hija mibdula għal “EUR 242 600”;

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 23 200” hija mibdula għal “EUR 24 300”;

    fit-tielet subparagrafu, “EUR 5 800” hija mibdula għal “EUR 6 100”.

    (ii)

    il-punt (b) għandu jiġi emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 90 000” hija mibdula għal “EUR 94 100”;

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 150 000” hija mibdula għal “EUR 156 800”;

    fit-tielet subparagrafu, “EUR 9 000” hija mibdula għal “EUR 9 400”;

    fir-raba’ subparagrafu, “EUR 5 800” hija mibdula għal “EUR 6 100”.

    (iii)

    il-punt (ċ) huwa emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 69 600” hija mibdula għal “EUR 72 800”;

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 17 400 sa EUR 52 200” hija mibdula għal “EUR 18 200 sa EUR 54 600”;

    fit-tielet subparagrafu, “EUR 5 800” hija mibdula għal “EUR 6 100”.

    (b)

    Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    l-ewwel subparagrafu tal-punt (a) huwa emendat kif ġej:

    “EUR 2 500” hija mibdula għal “EUR 2 600”;

    “EUR 5 800” hija mibdula għal “EUR 6 100”.

    (ii)

    il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 69 600” hija mibdula għal “EUR 72 800”;

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 17 400 sa EUR 52 200” hija mibdula għal “EUR 18 200 sa EUR 54 600”.

    (ċ)

    Fil-paragrafu 3, “EUR 11 600” hija mibdula għal “EUR 12 100”.

    (d)

    Fil-paragrafu 4, “EUR 17 400” hija mibdula għal “EUR 18 200”.

    (e)

    Fil-paragrafu 5, “EUR 5 800” hija mibdula għal “EUR 6 100”.

    (f)

    Il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 83 200” hija mibdula għal “EUR 87 000”;

    (ii)

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 20 800 sa EUR 62 400” hija mibdula għal “EUR 21 700 sa EUR 65 200”.

    (2)

    Fl-Artikolu 4, “EUR 58 000” hija mibdula għal “EUR 60 600”.

    (3)

    L-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (a) huwa emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 116 000” hija mibdula għal “EUR 121 300”;

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 11 600” hija mibdula għal “EUR 12 100”;

    fit-tielet subparagrafu, “EUR 5 800” hija mibdula għal “EUR 6 100”;

    ir-raba’ subparagrafu huwa emendat kif ġej:

    “EUR 58 000” hija mibdula għal “EUR 60 600”.

    “EUR 5 800” hija mibdula għal “EUR 6 100”.

    (ii)

    il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 58 000” hija mibdula għal “EUR 60 600”;

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 98 000” hija mibdula għal “EUR 102 500”;

    fit-tielet subparagrafu, “EUR 11 600” hija mibdula għal “EUR 12 100”;

    fir-raba’ subparagrafu, “EUR 5 800” hija mibdula għal “EUR 6 100”;

    il-ħames subparagrafu huwa emendat kif ġej:

    “EUR 29 000” hija mibdula għal “EUR 30 300”.

    “EUR 5 800” hija mibdula għal “EUR 6 100”.

    (iii)

    il-punt (ċ) huwa emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 29 000” hija mibdula għal “EUR 30 300”;

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 7 200 sa EUR 21 700” hija mibdula għal “EUR 7 500 sa EUR 22 700”;

    fit-tielet subparagrafu, “EUR 5 800” hija mibdula għal “EUR 6 100”.

    (b)

    Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fil-punt (a) “EUR 2 500” hija mibdula għal “EUR 2 600” u “EUR 5 800” hija mibdula għal “EUR 6 100”;

    (ii)

    il-punt (b) huwa emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 34 800” hija mibdula għal “EUR 36 400”;

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 8 700 sa EUR 26 100” hija mibdula għal “EUR 9 100 sa EUR 27 300”;

    fit-tielet subparagrafu, “EUR 5 800” hija mibdula għal “EUR 6 100”.

    (ċ)

    Fil-paragrafu 3, “EUR 5 800” hija mibdula għal “EUR 6 100”.

    (d)

    Fil-paragrafu 4, “EUR 17 400” hija mibdula għal “EUR 18 200”.

    (e)

    Fil-paragrafu 5, “EUR 5 800” hija mibdula għal “EUR 6 100”.

    (f)

    Il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 27 700” hija mibdula għal “EUR 29 000”;

    (ii)

    fit-tieni subparagrafu “EUR 6 900 sa EUR 20 800” hija mibdula għal “EUR 7 200 sa EUR 21 700”.

    (4)

    Fl-Artikolu 6, “EUR 34 800” hija mibdula għal “EUR 36 400”.

    (5)

    L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fl-ewwel paragrafu, “EUR 58 000” hija mibdula għal “EUR 60 600”;

    (b)

    fit-tieni paragrafu, “EUR 17 400” hija mibdula għal “EUR 18 200”.

    (6)

    L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 69 600” hija mibdula għal “EUR 72 800”;

    (ii)

    fit-tielet subparagrafu, “EUR 34 800” hija mibdula għal “EUR 36 400”;

    (iii)

    fir-raba’ subparagrafu, “EUR 17 400 sa EUR 52 200” hija mibdula għal “EUR 18 200 sa EUR 54 600”;

    (iv)

    fil-ħames subparagrafu, “EUR 8 700 sa EUR 26 100” hija mibdula għal “EUR 9 100 sa EUR 27 300”.

    (b)

    Il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 232 000” hija mibdula għal “EUR 242 600”;

    (ii)

    fit-tielet subparagrafu, “EUR 116 000” hija mibdula għal “EUR 121 300”;

    (iii)

    fil-ħames subparagrafu, “EUR 2 500 sa EUR 200 000” hija mibdula għal “EUR 2 600 sa EUR 209 100”;

    (iv)

    fis-sitt subparagrafu, “EUR 100 000” hija mibdula għal “EUR 104 600”.

    (ċ)

    Fil-paragrafu 3, “EUR 5 800” hija mibdula għal “EUR 6 100”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li huma pendenti fl-1 ta’ April 2008.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta' April 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 3 ta’ April 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Günter VERHEUGEN

    Viċi President


    (1)  ĠU L 35, 15.2.1995, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1905/2005 (ĠU L 304, 23.11.2005, p. 1).

    (2)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 (ĠU L 324, 10.12.2007, p. 121).


    Top