Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0287

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 287/2008 tat- 28 ta' Marzu 2008 dwar l-estensjoni tal-perijodu ta' validità msemmi fl-Artikolu 2ċ(3) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 87, 29.3.2008, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 09/09/2012; Imħassar b' 32012R0748

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/287/oj

    29.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 87/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 287/2008

    tat-28 ta' Marzu 2008

    dwar l-estensjoni tal-perijodu ta' validità msemmi fl-Artikolu 2ċ(3) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002, dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Inġenji ta' l-ajru li jaqgħu fl-ambitu ta' l-Artikolu 2ċ tar-Regolament (KE) Nru. 1702/2003 (2) u li jilħqu l-ispeċifikazzjonijiet partikolari stabbiliti li huma tajbin għall-ajru għandu jinħarġulhom ċertifikati ristretti mill-Istati Membri li huma tajbin għall-ajru, li sat-28 ta' Marzu jippermettulhom ikomplu bl-operat li kienu intitolati jwettqu qabel it-28 ta' Marzu 2007.

    (2)

    L-Artikolu 2ċ(3) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 jipprovdi li l-Kummissjoni tista' testendi l-perijodu ta' validità msemmi fil-paragrafu 2 ta' dak l-Artikolu b'massimu ta' 18-il xahar, sakemm ikun twettaq proċess ta' ċertifikazzjoni għat-tip ta' inġenju ta' l-ajru kkonċernat mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (l-Aġenzija) qabel it-28 ta' Marzu 2008 u li l-Aġenzija tkun stabbiliet li tali proċess jista' jiġi mitmum b'perijodu addizzjonali ta' validità.

    (3)

    F'konformità ma' l-Artikolu 2ċ(3) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2033, fil-15 ta' Frar 2008 l-Aġenzija ħarġet deċiżjoni bil-għan li jintlaħqu l-kundizzjonijiet għall-estensjoni tal-perijodu ta' validità msemmi fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 2ċ tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 fir-rigward ta' ċerti tipi ta' inġenji ta' l-ajru. Fl-istess ġurnata hi tat notifika dwar id-deċiżjoni tagħha lill-Kummissjoni.

    (4)

    Speċifikament, fid-deċiżjoni tagħha l-Aġenzija tiddikjara li rċeviet u aċċettat applikazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni u/jew il-validazzjoni tat-tip ta' ċertifikati maħruġin mill-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni ta' l-eks Unjoni Sovjetika ta' żewġ ajruplani: l-ajruplan tat-tip Antonov AN-26, li jippermettilha wkoll li tikkunsidra ċ-ċertifikazzjoni ta' l-ajruplan tat-tip AN-26B, u l-ħelikopter tat-tip Kamov-32A11BC, li jippermettilha wkoll li tikkunsidra tiċċertifika l-ħelikopter tat-tip Kamov-32A12.

    (5)

    Fid-deċiżjoni tagħha l-Aġenzija kkonkludiet ukoll li tista' tkompli bil-proċess taċ-ċertifikazzjoni ta' dawn it-tipi ta' inġenji ta' l-ajru sat-28 ta' Settembru 2009.

    (6)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 54(3) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-perijodu ta' validità msemmi fil-paragrafu 2 ta' l-Artikolu 2ċ tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 huwa estiż sat-28 ta' Settembru 2009 fir-rigward ta' l-ajruplani tat-tip Antonov AN-26 u AN-26B u l-ħelikopters tat-tip Kamov-32A12 u Kamov-32A11BC.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Marzu 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Jacques BARROT

    Viċi President


    (1)  ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 334/2007 (ĠU L 88, 29.3.2007, p. 39).

    (2)  ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 375/2007 (ĠU L 94, 4.4.2007, p. 3).


    Top