Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0829

    2008/829/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 30 ta' Ottubru 2008 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE li tistabbilixxi l-istatus tal-ESB ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skond ir-riskju tagħhom tal-ESB (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6274) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 294, 1.11.2008, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/829/oj

    1.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 294/14


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-30 ta' Ottubru 2008

    li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE li tistabbilixxi l-istatus tal-ESB ta’ Stati Membri jew pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom skond ir-riskju tagħhom tal-ESB

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6274)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/829/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jippreskrivi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċerti enċifalopatiji sponġiformi li jittieħdu (1), u b'mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 5(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, il-kontroll u l-eradikazzjoni tal-enċefalopatiji sponġiformi li jittieħdu (transmissible spongiform encephalopathie - TSEs) fl-annimali. Dan japplika għall-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq ta' annimali ħajjin u ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali. Għal dan l-għan, l-istatus ta' enċefalopatija sponġiformi bovina (ESB) ta' Stat Membru jew ta' pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom (‘pajjiżi jew reġjuni’) għandu jiġi ddeterminat permezz ta' klassifikazzjoni f'waħda minn tliet kategoriji skond ir-riskju tal-ESB involut, jiġifieri riskju ta' ESB negliġibbli, riskju ta' ESB kkontrollat u riskju ta' ESB mhux determinat.

    (2)

    L-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE tad-29 ta’ Ġunju 2007 li tistabbilixxi l-istatus tal-ESB tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi terzi jew ta’ reġjuni tagħhom skond ir-riskju ta' ESB (2) tagħhom telenka l-pajjiżi jew ir-reġjuni skond l-istatus ta' riskju ta' ESB tagħhom:

    (3)

    Sakemm tintlaħaq konklużjoni finali dwar l-istatus ta' riskju ta' ESB tal-Istati Membri, l-Istati Membri kollha kellhom għarfien proviżorju ta' pajjiżi ta' riskju ta' ESB ikkontrollat kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE. Matul is-Sessjoni Ġenerali tal-OIE f'Mejju 2008, ġiet adottata Riżoluzzjoni marbuta mal-istatus ta' ESB tal-pajjiżi differenti. L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandu għalhekk jiġi f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-Riżoluzzjoni tal-OIE. Sakemm tintlaħaq konklużjoni finali dwar l-istatus ta' riskju ta' ESB ta’ ċerti Stati Membri u meqjusa l-miżuri protettivi stretti armonizzati ta' ESB applikati fi ħdan il-Komunità, l-Istati Membri għandhom jibqgħu b'għarfien proviżorju ta' pajjiżi b'riskju kontrollat ta' ESB.

    (4)

    Id-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha għalhekk tiġi emendata skond dan.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Diċembru 2008.

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 30 ta’ Ottubru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

    (2)  ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84.


    ANNESS

    LISTA TA' PAJJIŻI JEW REĠJUNI

    A.   Pajjiż jew reġjun b'riskju negliġibbli ta' ESB

    Stati Membri

    Il-Finlandja

    L-Iżvezja

    Pajjiżi EFTA

    L-Iżlanda

    In-Norveġja

    Pajjiżi terzi

    L-Arġentina

    L-Awstralja

    New Zealand

    Il-Paragwaj

    Singapor

    L-Urugwaj

    B.   Pajjiżi jew reġjuni b'riskju kkontrollat ta' ESB

    Stati Membri

    Il-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, ir-Renju Unit

    Pajjiżi EFTA

    L-Iżvizzera

    Il-Liechtenstein

    Pajjiżi terzi

    Il-Brażil

    Il-Kanada

    Iċ-Ċilì

    It-Tajwan

    Il-Messiku

    L-Istati Uniti

    C.   Pajjiżi jew reġjuni b'riskju mhux determinat ta' ESB

    Pajjiżi jew reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B ta' dan l-Anness.


    Top