Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0629

    2008/629/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2005/56/KE biex tiġi ffurmata l-Aġenzija Eżekuttiva ta’ l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) għall-immaniġġjar ta’ l-azzjoni tal-Komunita' fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, is-settur awdjoviżiv u l-kultura fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003

    ĠU L 205, 1.8.2008, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2009; Impliċitament imħassar minn 32009D0336

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/629/oj

    1.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 205/47


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-12 ta’ Ġunju 2008

    li temenda d-Deċiżjoni 2005/56/KE biex tiġi ffurmata l-Aġenzija Eżekuttiva ta’ l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) għall-immaniġġjar ta’ l-azzjoni tal-Komunita' fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, is-settur awdjoviżiv u l-kultura fl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003

    (2008/629/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jistabbilixxi kif l-aġenziji eżekuttivi jistgħu jiġu mogħtija ċertu xogħol fl-immaniġġjar ta’ programmi tal-Komunità (1), u b’mod partikolari fl-Artiklu 3(1),

    Billi:

    (1)

    Taħt l-Artiklu 4(1) tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni 2005/56/KE (2), l-Aġenzija Eżekuttiva ta’ l-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) (minn hawn 'il quddiem irreferuta bħala “l-Aġenzija”) ingħatat l-inkarigu biex timmaniġġja uħud mil-linji ta’ programmi tal-Komunita' fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, is-settur awdjoviżiv u l-kultura, u b’mod partikolari l-immaniġġjar tal-programm ta’ appoġġ għas-settur awdjoviżiv Ewropew MEDIA 2007 (2007-2013), li ġie stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 1718/2006/KE tal-Parlament u tal-Kunsill (3), il-programm li jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, MEDIA Plus – Żvilupp, Distribuzzjoni u Promozzjoni (2001-2006), stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/21/KE (4), u bi programm ta’ taħriġ għall-professjonisti ta’ l-indusrija awdjoviżiva bil-programm MEDIA-Training (2001-2006), stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 163/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

    (2)

    Wara l-Artiklu 4(3) tad-Deċiżjoni 2005/56/KE, l-Aġenzija ġiet inkarigata mill-Kummissjoni, wara li rċeviet l-opinjoni tal-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi, biex twettaq iktar xogħlijiet ta’ l-istess tip taħt il-programmi tal-Komunita' fil-qasam ta’ l-edukazzjoni, fis-settur awdjoviżiv u fil-kultura.

    (3)

    Il-mandat ta’ l-Aġenzija għandu jkopri ukoll l-immaniġġjar u l-għeluq ta’ proġetti taħt il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti fil-programm Ewropew għall-industrija awdjoviżiva MEDIA II- Taħriġ (1996-2006) approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/564/KE (6); u l-programm li jinkoraġġixxi l-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej MEDIA II – Żvilupp u distribuzzjoni (1996-2000) approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/563/KE (7).

    (4)

    Id-Deċiżjoni 2005/56/KE konsegwentament għandha tiġi emendata.

    (5)

    Il-proviżjonijiet kif stabbiliti mid-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi,

    IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

    Artikolu

    Fid-Deċiżjoni 2005/56/KE il-punti 29 u 30 li ġejjin se jiġu miżjuda ma’ l-Artiklu 4(1):

    “29)

    il-programm ta’ taħriġ għall-professjonisti fil-programm Ewropew għall-industrija awdjoviżiva (MEDIA II – Training) (1996-2000), stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/564/KE (*);

    30)

    il-programm li jinkoraġġixxi l-iżvilupp u d-distribuzzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej (MEDIA II – Żvilupp u Distribuzzjoni) (1996-2000), stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/563/KE (**).

    Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Ġunju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Viviane REDING

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

    (2)  ĠU L 24, 27.1.2005, p. 35. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2007/114/KE (ĠU L 49, 17.2.2007, p. 21).

    (3)  ĠU L 327, 24.11.2006, p. 12.

    (4)  ĠU L 336, 30.12.2000, p. 82. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2004 (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 1).

    (5)  ĠU L 26, 27.1.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 885/2004.

    (6)  ĠU L 321, 30.12.1995, p. 33.

    (7)  ĠU L 321, 30.12.1995, p. 25.


    Top