This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0595
2008/595/EC: Commission Decision of 25 June 2008 amending Decision 2004/452/EC laying down a list of bodies whose researchers may access confidential data for scientific purposes (notified under document number C(2008) 3019) (Text with EEA relevance)
2008/595/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta’ entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għad- data kunfidenzali għal għanijiet xjentifiċi (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3019) Test b’relevanza għaż-ŻEE
2008/595/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta’ Ġunju 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta’ entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għad- data kunfidenzali għal għanijiet xjentifiċi (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3019) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 192, 19.7.2008, p. 60–62
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32004D0452 | Sostituzzjoni | anness | DATEFF |
19.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 192/60 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta’ Ġunju 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2004/452/KE li tfassal elenku ta’ entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jistgħu jkollhom aċċess għad-data kunfidenzali għal għanijiet xjentifiċi
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 3019)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2008/595/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 tas-17 ta’ Frar 1997 dwar l-istatistika Komunitarja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 831/2002 tas-17 ta’ Mejju 2002 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika Komunitarja, li jikkonċerna l-aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi (2) jistabbilixxi, għall-finijiet ta’ konklużjonijiet statistiċi magħmula għal skopijiet xjentifiċi, il-kundizzjonijiet li bihom jista’ jingħata l-aċċess għal data kunfidenzjali mgħoddija lill-awtorità tal-Komunità u r-regoli ta’ kooperazzjoni bejn il-Komunità u l-awtoritajiet nazzjonali sabiex ikun iffaċilitat dan l-aċċess. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/452/KE (3) stipulat lista ta’ entitajiet li r-riċerkaturi tagħhom jista’ jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal għanijiet xjentifiċi. |
(3) |
Id-Direttorat għar-Riċerka, l-Istudji, l-Evalwazzjoni u l-Istatistika (Direction de la recherche, des études, de l’évaluation et des statistiques – DREES) taħt l-awtorità konġunta tal-Ministeru tax-Xogħol, ir-Relazzjonijiet Industrijali u s-Solidarjetà, il-Ministeru tas-Saħħa, iż-Żgħażagħ u l-Isports u l-Ministeru tal-Baġit, il-Kontijiet Pubbliċi u s-Servizz Ċivili, Pariġi, Franza għandu jitqies bħala entità li tissodisfa l-kundizzjonijiet rekwiżiti u għandu għalhekk jiżdied mal-lista ta’ aġenziji, organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 831/2002. |
(4) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat dwar il-Kunfidenzjalità ta’ l-Istatistika, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni 2004/452/KE jinbidel bit-test stipulat fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 25 ta’ Ġunju 2008.
Għall-Kummissjoni
Joaquín ALMUNIA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 52, 22.2.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).
(2) ĠU L 133, 18.5.2002, p. 7. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 606/2008 ĠU L 166, 27.6.2008, p. 16).
(3) ĠU L 156, 30.4.2004, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2008/291/KE (ĠU L 98, 10.4.2008, p. 11).
ANNESS
“ANNESS
Istituzzjonijiet li r-riċerkaturi tagħhom jista’ jkollhom aċċess għal data kunfidenzjali għal skopijiet xjentifiċi
Il-Bank Ċentrali Ewropew
Il-Bank Ċentrali Spanjol
Il-Bank Ċentrali Taljan
L-Università ta’ Cornell (l-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika)
Id-Dipartiment tax-Xjenza Politika, Baruch College, l-Università tal-Belt ta’ New York (l-Istat ta’ New York, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika)
Il-Bank Ċentrali Ġermaniż
L-Unità ta’ l-Analiżi ta’ l-Impjiegi, id-Direttorat Ġenerali għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Opportunitajiet Indaqs tal-Kummissjoni Ewropea
L-Università ta’ Tel. Aviv (Iżrael)
Il-Bank Dinji
Iċ-Ċentru tas-Saħħa u l-Benessri (CHW – Centre of Health and Wellbeing) ta’ l-Iskola Woodrow Wilson ta’ l-Affarijiet Pubbliċi u Internazzjonali fl-Università ta’ Princeton, New Jersey, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika
L-Università ta’ Chicago (UofC – University of Chicago), Illinois, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika
L-Organizzazzjoni għal Kooperazzjoni u Żvilupp Ekonomiku (OECD)
It-Taqsima ta’ l-Istatistika ta’ l-Istudji tal-Familja u x-Xogħol tal-Kanada, Ottawa, Ontario, il-Kanada
L-Unità ta’ l-Ekonometrika u l-Appoġġ Statistiku Kontra l-Frodi (ESAF), id-Direttorat Ġenerali għaċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea
L-Unità ta’ l-Appoġġ liż-Żona Ewropea ta’ Riċerka (SERA – Support to the European Research Area), id-Direttorat Ġenerali, iċ-Ċentru Konġunt ta’ Riċerka tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Katedra tar-Riċerka tal-Kanada ta’ l-Iskola tax-Xjenza Soċjali fil-Fakultà ta’ Atkinson għall-Istudji Liberali u Professjonali fl-Università ta’ York, f’Ontario, il-Kanada
L-Università ta’ Illinios f’Chicago (UIC), Chicago, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika
Rady School of Management fl-Università ta’ California, San Diego, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika
Id-Direttorat għar-Riċerka, l-Istudji u l-Istatistika (Direction de l’Animation de la Recherche, des Études et des Statistiques - DARES) fil-Ministeru tax-Xogħol, ir-Relazzjonijiet Industrijali u s-Solidarjetà, Pariġi, Franza
The Research Foundation of State University of New York (RFSUNY), Albany, l-Istati Uniti ta’ l-Amerika
Iċ-Ċentru Finlandiż għall-Pensjonijiet, (Eläketurvakeskus – ETK), Finland
Id-Direttorat għar-Riċerka, l-Istudji, l-Evalwazzjoni u l-Istatistika (Direction de la recherche, des études, de l’évaluation et des statistiques – DREES) taħt l-awtorità konġunta tal-Ministeru tax-Xogħol, ir-Relazzjonijiet Industrijali u s-Solidarjetà, il-Ministeru tas-Saħħa, iż-Żgħażagħ u l-Isports u l-Ministeru tal-Baġit, il-Kontijiet Pubbliċi u s-Servizz Ċivili, Pariġi, Franza”