This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0321
2008/321/EC: Commission Decision of 8 April 2008 excluding from Community financing certain expenditure incurred by the Member States under the Guarantee Section of the European Agricultural Guidance and Guarantee Fund (EAGGF) and under the European Agricultural Guarantee Fund (EAGF) (notified under document number C(2008) 1283)
2008/321/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 8 ta' April 2008 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1283)

ĠU L 109, 19.4.2008, p. 35–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
19.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 109/35 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta' April 2008
li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imġarrba mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) u l-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG)
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1283)
(it-testi biċ-Ċek, bid-Daniż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bl-Ispanjol u bit-Taljan biss huma awtentiċi)
(2008/321/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (2) [titlu mhux uffiċjali], u b'mod partikolari l-Artikolu 31 tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
(1) |
Skond l-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1258/1999, u skond l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, il-Kummissjoni għandha twettaq il-verifiki meħtieġa, tikkomunika lill-Istati Membri r-riżultati ta’ dawn il-verifiki, tieħu nota tal-kummenti ta’ l-Istati Membri, tibda diskussjonijiet bilaterali sabiex ikun jista’ jintlaħaq ftehim ma' l-Istati Membri kkonċernati, u tikkomunika formalment il-konklużjonijiet tagħha dwarhom. |
(2) |
L-Istati Membri ngħataw l-opportunità li jitolbu li tinfetaħ proċedura ta' konċiljazzjoni. F'ċerti każi, dik l-opportunità ttieħdet, u r-rapport maħruġ fi tmiem din il-proċedura ġie eżaminat mill-Kummissjoni. |
(3) |
Skond ir-Regolament (KE) Nru 1258/1999 u r-Regolament (KE) Nru 1290/2005, jistgħu jiġu ffinanzjati biss l-ispejjeż agrikoli li jkunu ġġarrbu mingħajr ksur tar-regoli Komunitarji. |
(4) |
Fid-dawl tal-verifiki mwettqa, tar-riżultat tad-diskussjonijiet bilaterali u tal-proċeduri ta’ konċiljazzjoni, parti mill-ispejjeż li ddikjaraw l-Istati Membri ma tissodisfax dawn ir-rekwiżiti, u għalhekk ma tistax tiġi ffinanzjata mit-Taqsima tal-Garanzija tal-FAEGG jew mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (minn issa 'l quddiem “il-FAEG”). |
(5) |
Għandhom jiġu indikati l-ammonti li mhumiex meqjusa li jaqgħu taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-FAEGG u l-FAEG. Dawn l-ammonti mhumiex relatati ma’ l-ispejjeż li saru iktar minn 24 xahar qabel in-notifika bil-miktub tal-Kummissjoni tar-riżultati tal-verifiki lill-Istati Membri. |
(6) |
Rigward il-każijiet koperti b'din id-Deċiżjoni, il-valutazzjoni ta' l-ammonti li jridu jiġu esklużi minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħhom mar-regoli Komunitarji ġiet ikkomunikata lill-Istati Membri mill-Kummissjoni f'rapport fil-qosor dwar is-suġġett. |
(7) |
Din id-Deċiżjoni hija mingħajr ħsara għall-konklużjonijiet finanzjarji li tista’ tiġbed il-Kummissjoni mis-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja f'każijiet pendenti fil-15 ta’ Diċembru 2007 u li għandhom x'jaqsmu mal-kontenut ta’ din id-Deċiżjoni, |
ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ispejjeż elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni, imġarrba mill-aġenziji tal-pagamenti akkreditati ta’ l-Istati Membri u ddikjarati taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-FAEGG jew taħt il-FAEG, għandhom jiġu esklużi mill-finanzjament Komunitarju minħabba n-nuqqas ta’ konformità tagħhom mar-regoli tal-Komunità.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka, lir-Renju tad-Danimarka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lill-Irlanda, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lill-Gran Dukat tal-Lussumburgu, lir-Renju ta’ l-Olanda, lir-Repubblika ta’ l-Awstrija u lir-Repubblika Portugiża.
Magħmula fi Brussell, 8 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 103.
(2) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1437/2007 (ĠU L 322, 7.12.2007, p. 1).
ANNEX
Partita tal-baġit 6701
SM |
Miżura |
Sena Finanzjarja |
Raġuni għall-korrezzjoni |
Tip |
% |
Munita |
Ammont |
Tnaqqis li diġà sar |
Impatt finanzjarju |
AT |
Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti |
2004 |
Qbiż tal-limiti finanzjarji |
puntwali |
|
EUR |
–61 104,20 |
0,00 |
–61 104,20 |
TOTAL AT |
–61 104,20 |
0,00 |
–61 104,20 |
||||||
CZ |
Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti |
2006 |
Qbiż tal-limiti finanzjarji |
puntwali |
|
CZK |
– 358 046,95 |
0,00 |
– 358 046,95 |
TOTAL CZ |
– 358 046,95 |
0,00 |
– 358 046,95 |
||||||
DE |
Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament |
2003 |
Qbiż tal-limiti |
puntwali |
|
EUR |
–4 256 495,00 |
0,00 |
–4 256 495,00 |
DE |
Verifika finanzjarja – Ħlasijiet tard |
2006 |
Ħlasijiet tard |
puntwali |
|
EUR |
–80 851,39 |
–80 851,39 |
0,00 |
TOTAL DE |
–4 337 346,39 |
–80 851,39 |
–4 256 495,00 |
||||||
DK |
Ħalib fi Trab għall-Każeina |
2002 |
Non-osservanza tar-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw il-proċess ta' produzzjoni |
puntwali |
|
DKK |
–8 915,00 |
0,00 |
–8 915,00 |
DK |
Ħalib fi Trab għall-Każeina |
2003 |
Non-osservanza tar-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw il-proċess ta' produzzjoni |
puntwali |
|
DKK |
– 157 528,05 |
0,00 |
– 157 528,05 |
DK |
Ħalib fi Trab għall-Każeina |
2004 |
Non-osservanza tar-rekwiżiti kollha li jikkonċernaw il-proċess ta' produzzjoni |
puntwali |
|
DKK |
–98 154,15 |
0,00 |
–98 154,15 |
TOTAL DK |
– 264 597,20 |
0,00 |
– 264 597,20 |
||||||
ES |
Ċertifikazzjoni |
2004 |
Djun mhux irkuprati |
puntwali |
|
EUR |
–1 882 525,15 |
0,00 |
–1 882 525,15 |
ES |
Frott u Ħaxix – Banana |
2004 |
Dgħjufijiet (frekwenza u kkampjunar) f'kontrolli ta' kwalità tat-tieni livell |
ħlas f'daqqa |
2,00 |
EUR |
– 948 158,64 |
0,00 |
– 948 158,64 |
ES |
Frott u Ħaxix – Banana |
2005 |
Dgħjufijiet (frekwenza u kkampjunar) f'kontrolli ta' kwalità tat-tieni livell |
ħlas f'daqqa |
2,00 |
EUR |
–1 394 194,02 |
0,00 |
–1 394 194,02 |
ES |
Frott u Ħaxix – Banana |
2006 |
Dgħjufijiet (frekwenza u kkampjunar) f'kontrolli ta' kwalità tat-tieni livell |
ħlas f'daqqa |
2,00 |
EUR |
– 406 510,05 |
0,00 |
– 406 510,05 |
ES |
Distillazzjoni ta' l-Inbid |
2003 |
Dgħjufijiet fil-kontrolli tal-projbizzjoni ta' kull taħwil ta' dwieli |
ħlas f'daqqa |
10,00 |
EUR |
–25 824 435,94 |
0,00 |
–25 824 435,94 |
ES |
Distillazzjoni ta' l-Inbid |
2004 |
Dgħjufijiet fil-kontrolli tal-projbizzjoni ta' kull taħwil ta' dwieli |
ħlas f'daqqa |
10,00 |
EUR |
–29 124 759,86 |
0,00 |
–29 124 759,86 |
TOTAL ES |
–59 580 583,66 |
0,00 |
–59 580 583,66 |
||||||
FR |
Frott u Ħaxix – Banana |
2004 |
Non-osservanza ta' ċerti kriterji ta' rikonoxximent minn organizzazzjonijiet tal-produtturi |
ħlas f'daqqa |
5,00 |
EUR |
– 780,11 |
|
– 780,11 |
FR |
Frott u Ħaxix – Banana |
2005 |
Non-osservanza ta' ċerti kriterji ta' rikonoxximent minn organizzazzjonijiet tal-produtturi |
ħlas f'daqqa |
5,00 |
EUR |
–4 958 177,57 |
0,00 |
–4 958 177,57 |
FR |
Frott u Ħaxix – Banana |
2006 |
Non-osservanza ta' ċerti kriterji ta' rikonoxximent minn organizzazzjonijiet tal-produtturi |
ħlas f'daqqa |
5,00 |
EUR |
–2 263 498,77 |
0,00 |
–2 263 498,77 |
FR |
Frott u Ħaxix – Banana |
2007 |
Non-osservanza ta' ċerti kriterji ta' rikonoxximent minn organizzazzjonijiet tal-produtturi |
ħlas f'daqqa |
5,00 |
EUR |
–3 775 871,38 |
0,00 |
–3 775 871,38 |
FR |
Ħżin pubbliku taz-zokkor |
2005 |
Kwantità mhux eliġibbli ddikjarata |
puntwali |
|
EUR |
– 535 626,90 |
0,00 |
– 535 626,90 |
FR |
Ħżin pubbliku taz-zokkor |
2006 |
Kwantità mhux eliġibbli ddikjarata |
puntwali |
|
EUR |
475 793,12 |
0,00 |
475 793,12 |
FR |
Primjums għat-Tabakk |
2004 |
Nuqqas ta' applikazzjoni tas-sanzjonijiet |
puntwali |
|
EUR |
–9 947,35 |
0,00 |
–9 947,35 |
FR |
Primjums għat-Tabakk |
2005 |
Nuqqas ta' applikazzjoni tas-sanzjonijiet |
puntwali |
|
EUR |
–38 983,31 |
0,00 |
–38 983,31 |
FR |
Primjums għat-Tabakk |
2006 |
Nuqqas ta' applikazzjoni tas-sanzjonijiet |
puntwali |
|
EUR |
–85 816,53 |
0,00 |
–85 816,53 |
TOTAL FR |
–11 192 908,80 |
0,00 |
–11 192 908,80 |
||||||
IE |
Ħalib fi Trab għall-Każeina |
2003 |
Dgħjufijiet fil-proċeduri ta' l-ikkampjunar tal-lottijiet tal-produzzjoni |
ħlas f'daqqa |
2,00 |
EUR |
– 209 164,22 |
0,00 |
– 209 164,22 |
IE |
Ħalib fi Trab għall-Każeina |
2004 |
Dgħjufijiet fil-proċeduri ta' l-ikkampjunar tal-lottijiet tal-produzzjoni |
ħlas f'daqqa |
2,00 |
EUR |
– 423 850,43 |
0,00 |
– 423 850,43 |
IE |
Ħalib fi Trab għall-Każeina |
2005 |
Dgħjufijiet fil-proċeduri ta' l-ikkampjunar tal-lottijiet tal-produzzjoni |
ħlas f'daqqa |
2,00 |
EUR |
– 131 507,65 |
0,00 |
– 131 507,65 |
TOTAL IE |
– 764 522,30 |
0,00 |
– 764 522,30 |
||||||
IT |
Rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni |
2003 |
Nuqqas ta' informazzjoni dwar verifiki fiżiċi |
ħlas f'daqqa |
5,00 |
EUR |
–30 905,27 |
0,00 |
–30 905,27 |
IT |
Verifika finanzjarja – Ħlasijiet tard |
2004 |
Ħlasijiet tard |
puntwali |
|
EUR |
– 308 289,90 |
0,00 |
– 308 289,90 |
IT |
Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament |
2003 |
Verifiki amministrattivi mhux imwettqa b'mod eżawrjenti bi ksur ta' l-Art. 68 tar-R. 817/2004; verifiki fuq il-post mhux sodisfaċenti |
ħlas f'daqqa |
5,00 |
EUR |
– 428 284,00 |
0,00 |
– 428 284,00 |
IT |
Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament |
2003 |
Verifiki fuq il-post imwettqa tard wisq bi ksur ta' l-Art. 61 tar-R. 445/2002 |
ħlas f'daqqa |
5,00 |
EUR |
–2 985 884,00 |
0,00 |
–2 985 884,00 |
IT |
Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament |
2004 |
Verifiki amministrattivi mhux imwettqa b'mod eżawrjenti bi ksur ta' l-Art. 68 tar-R. 817/2004; verifiki fuq il-post mhux sodisfaċenti |
ħlas f'daqqa |
5,00 |
EUR |
– 754 180,00 |
0,00 |
– 754 180,00 |
IT |
Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament |
2004 |
Verifiki fuq il-post imwettqa tard wisq bi ksur ta' l-Art. 61 tar-R. 445/2002 |
ħlas f'daqqa |
5,00 |
EUR |
–32 396,00 |
0,00 |
–32 396,00 |
IT |
Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament |
2005 |
Verifiki fuq il-post imwettqa tard wisq bi ksur ta' l-Art. 61 tar-R. 445/2002 |
ħlas f'daqqa |
5,00 |
EUR |
–54 645,00 |
0,00 |
–54 645,00 |
IT |
Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament |
2006 |
Verifiki fuq il-post imwettqa tard wisq bi ksur ta' l-Art. 61 tar-R. 445/2002 |
ħlas f'daqqa |
5,00 |
EUR |
–58 709,00 |
0,00 |
–58 709,00 |
TOTAL IT |
–4 653 293,17 |
0,00 |
–4 653 293,17 |
||||||
LU |
Verifika finanzjarja – Ħlasijiet tard |
2006 |
Ħlasijiet tard |
puntwali |
|
EUR |
0,00 |
–14 516,49 |
14 516,49 |
LU |
Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti |
2006 |
Qbiż tal-limiti finanzjarji |
puntwali |
|
EUR |
–1 107 241,81 |
–1 107 241,81 |
0,00 |
LU |
Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament |
2004 |
Dgħjufijiet fil-kontrolli ewlenin u awżiljarji |
ħlas f'daqqa |
5,00 |
EUR |
– 484 845,00 |
0,00 |
– 484 845,00 |
LU |
Miżuri ta' Garanzija RD ta' Akkumpanjament |
2005 |
Dgħjufijiet fil-kontrolli ewlenin u awżiljarji |
ħlas f'daqqa |
5,00 |
EUR |
– 479 643,00 |
0,00 |
– 479 643,00 |
TOTAL LU |
–2 071 729,81 |
–1 121 758,30 |
– 949 971,51 |
||||||
NL |
Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti |
2005 |
Qbiż tal-limiti finanzjarji |
puntwali |
|
EUR |
–7 905,99 |
0,00 |
–7 905,99 |
TOTAL NL |
–7 905,99 |
0,00 |
–7 905,99 |
||||||
PT |
Verifika finanzjarja – Qbiż tal-limiti |
2006 |
Qbiż tal-limiti finanzjarji |
puntwali |
|
EUR |
– 271 398,38 |
0,00 |
– 271 398,38 |
TOTAL PT |
– 271 398,38 |
0,00 |
– 271 398,38 |