This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008D0319
2008/319/EC: Council Decision of 14 April 2008 amending Decision 2000/265/EC on the establishment of a financial regulation governing the budgetary aspects of the management by the Deputy Secretary-General of the Council, of contracts concluded in his name, on behalf of certain Member States, relating to the installation and the functioning of the communication infrastructure for the Schengen environment, Sisnet
2008/319/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 14 ta' April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2000/265/KE dwar it-twaqqif ta' regolament finanzjarju li jirregola l-aspetti baġitarji ta' l-amministrazzjoni, mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ta' kuntratti konklużi f'ismu, f'isem ċerti Stati Membri, relatati ma' l-installazzjoni u l-funzjonament ta' l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta' Schengen, Sisnet
2008/319/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l- 14 ta' April 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2000/265/KE dwar it-twaqqif ta' regolament finanzjarju li jirregola l-aspetti baġitarji ta' l-amministrazzjoni, mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ta' kuntratti konklużi f'ismu, f'isem ċerti Stati Membri, relatati ma' l-installazzjoni u l-funzjonament ta' l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta' Schengen, Sisnet
ĠU L 109, 19.4.2008, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32000D0265 | Sostituzzjoni | artikolu 25.1 | 14/04/2008 | |
Modifies | 32000D0265 | Żieda | artikolu 28.4 | 14/04/2008 | |
Modifies | 32000D0265 | Sostituzzjoni | artikolu 26 | 14/04/2008 |
19.4.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 109/30 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
ta' l-14 ta' April 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2000/265/KE dwar it-twaqqif ta' regolament finanzjarju li jirregola l-aspetti baġitarji ta' l-amministrazzjoni, mid-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ta' kuntratti konklużi f'ismu, f'isem ċerti Stati Membri, relatati ma' l-installazzjoni u l-funzjonament ta' l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta' Schengen, “Sisnet”
(2008/319/KE)
IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Protokoll li jintegra l-acquis ta' Schengen fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel sentenza tat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 2(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill ġie awtorizzat mid-Deċiżjoni 1999/870/KE (1) u d-Deċiżjoni 2007/149/KE (2) biex jaġixxi, fil-kuntest ta' l-integrazzjoni ta' l-acquis ta' Schengen fl-Unjoni Ewropea, bħala rappreżentant ta' ċerti Stati Membri għall-iskop li jikkonkludi u jġestixxi kuntratti li jirrigwardaw l-installazzjoni u l-funzjonament ta' l-infrastruttura tal-komunikazzjoni għall-ambjent ta' Schengen (SISNET), sakemm iseħħ l-ispostament tagħha għal infrastruttura ta' komunikazzjoni f'idejn il-Komunità Ewropea. |
(2) |
L-obbligi finanzjarji li joriġinaw minn dawk il-kuntratti jaqgħu taħt baġit speċifiku (minn hawn 'il quddiem 'il-baġit SISNET') li jiffinanzja l-infrastruttura tal-komunikazzjoni msemmija f'dawk id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill. |
(3) |
Il-Konfederazzjoni Svizzera għandha tieħu sehem fid-dispożizzjonijiet ta' l-acquis ta' Schengen relatati mas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen minn data li għandha tiġi stabbilita mill-Kunsill skond l-Artikolu 15(1) tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera ma' l-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp ta' l-acquis ta' Schengen (3). |
(4) |
Minn dik id-data 'l quddiem, il-Konfederazzjoni Svizzera għandha tieħu sehem fil-baġit SISNET, |
IDDECIEDA KIF GEJ:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2000/265/KE (4) hija b'dan emendata kif ġej:
(1) |
l-Artikolu 25(1) għandu jinbidel b’dan li ġej: “1. Id-dħul tal-baġit għandu jikkonsisti f'kontributi finanzjarji mill-Istati Membri li ġejjin: l-Awstrija, il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit, kif ukoll l-Islanda, in-Norveġja u l-Isvizzera.”; |
(2) |
l-Artikolu 26 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 26 L-Istati msemmija fl-Artikolu 25 għandhom jipprovdu l-kontributi finanzjarji tagħhom lid-Deputat Segretarju Ġenerali. L-iskala tal-kontributi li għandhom jitħallsu mill-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 25, fuq naħa waħda, u mill-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera, fuq in-naħa l-oħra, għandhom ikunu kkalkulati kull sena abbażi tas-sehem ta' kull Stat Membru kkonċernat u ta' l-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera, fil-prodott gross domestiku (PGD) totali għas-sena preċedenti ta' l-Istati Membri kollha msemmija fl-Artikolu 25. L-iskala ta' kontributi mill-Istati Membri kkonċernati għandha tiġi kkalkolata kull sena, wara li jittieħed kont tal-kontributi ta' l-Islanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera, abbażi tal-proporzjon tar-riżorsi tal-VAT imħallsa minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri lit-total ta' riżorsi tal-VAT tal-Komunitajiet Ewropej, kif stabbilit fl-aħħar emenda tal-baġit ta' l-Unjoni matul is-sena finanzjarja preċedenti. Xejn mill-spejjeż addizzjonali li jirriżultaw mill-estensjoni ta' l-infrastruttura tal-komunikazzjoni lir-Repubblika Ċeka, lill-Estonja, lill-Ungerija, lil-Latvja, lil-Litwanja, lil Malta, lill-Olanda, lill-Polonja, lis-Slovakkja u lis-Slovenja ma għandu jiġu impost fuq l-Irlanda jew fuq ir-Renju Unit.”; |
(3) |
għandu jiżdied il-paragrafu li ġej ma’ l-Artikolu 28: “4. B'deroga mill-paragrafu 1, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 49, l-Iżvizzera għandha tħallas il-kontribut inizjali tagħha sa l-1 ta' Lulju 2008.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha jkollha effett mid-data ta' l-adozzjoni tagħha.
Għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fil-Lussemburgu, 14 ta’ April 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
I. JARC
(1) ĠU L 337, 30.12.1999, p. 41.
(3) ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.
(4) ĠU L 85, 6.4.2000, p. 12. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/155/KE ĠU L 68, 8.3.2007, p. 5.