EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0197

2008/197/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta' Frar 2008 dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

ĠU L 60, 5.3.2008, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/197/oj

Related international agreement

5.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 60/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Frar 2008

dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

(2008/197/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar il-bdil ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(2)

Il-Kummissjoni nnegozjat f’isem il-Komunità Ftehim mar-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru (“Il-Ftehim”) f’konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju.

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità Ewropeja suġġett għal konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard, konformi mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/323/KE (1).

(4)

Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Paragwaj dwar ċerti aspetti tas-servizz ta’ l-ajru huwa permezz ta’ dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna bis-setgħa li tagħmel n-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  ĠU L 122, 11.5.2007, p. 30.


Top