EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0193

2008/193/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 18 ta’ Frar 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

ĠU L 60, 5.3.2008, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/193/oj

Related international agreement

5.3.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 60/27


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Frar 2008

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru

(2008/193/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 80(2) flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2), u ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

Billi:

(1)

Permezz ta’ Deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi strumenti eżistenti ta’ ftehim bilaterali bi ftehim Komunitarju.

(2)

F’isem il-Komunità, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mar-Repubblika tal-Kroazja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru konformement mal-mekkanizmi u d-direttivi fl-Anness mad-Deċiżjoni tal-5 ta’Ġunju 2003.

(3)

Dan il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità suġġett għall-konklużjoni, eventwalment possibbli, tiegħu f’data aktar tard, konformement mad-Deċiżjoni 2000/370/KE (2).

(4)

Dan il-ftehim għandu jiġi approvat,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kroazja dwar ċerti aspetti tas-servizzi ta’ l-ajru huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jaħtar il-persuna li jkollha s-setgħa li tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 8(1) tal-Ftehim.

Magħmul fi Brussell, 18 ta’ Frar 2008.

Għall-Kunsill

Il-President

D. RUPEL


(1)  Opinjoni tas-27 ta’ Settembru 2005 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(2)  ĠU L 136, 24.5.2006, p. 31.


Top