Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0181

    2008/181/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 25 ta’ Frar 2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael

    ĠU L 59, 4.3.2008, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/181/oj

    4.3.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 59/14


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-25 ta’ Frar 2008

    dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael

    (2008/181/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 170 tiegħu, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu u l-Artikolu 300(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità, it-tiġdid tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknika ma’ l-Istat ta’ l-Iżrael (Il-“Ftehim”).

    (2)

    Il-Ftehim kien iffirmat f’isem il-Komunità fis-16 ta’ Lulju 2007 fi Brussell, soġġett għal konklużjoni possibbli f’data aktar tard.

    (3)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ l-Iżrael (2) huwa b’dan approvat f’isem il-Komunità.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill, li jaġixxi f’isem il-Komunità, għandu jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 5 (2) tal-Ftehim.

    Magħmul fi Brussell, 25 ta’ Frar 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. VIZJAK


    (1)  Opinjoni tal-25 ta’ Settembru 2007 (għadha mhux pubblikata fil-Ġurnal Ufficjali)

    (2)  ĠU L 220, 25.8.2007, p. 5.


    Top