Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1465

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1465/2007 tat- 12 ta’ Diċembru 2007 li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 752/2007 dwar il-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar mill-Ukraina

    ĠU L 327, 13.12.2007, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/05/2008

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1465/oj

    13.12.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 327/6


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1465/2007

    tat-12 ta’ Diċembru 2007

    li jemenda l-Anness V tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 752/2007 dwar il-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar mill-Ukraina

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 752/2007 (1) tat-30 ta’ Mejju 2007 dwar l-amministrazzjoni ta’ ċerti restrizzjonijiet fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar mill-Ukraina,

    Billi:

    (1)

    Il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Ukraina ffirmaw ftehim dwar kummerċ f’ċerti prodotti ta’ l-azzar fit-18 ta’ Ġunju 2007 (2) (“il-Ftehim”).

    (2)

    L-Artikolu 10(1) tal-Ftehim jipprevedi li l-Ftehim għandu jiġġedded awtomatikament minn sena għal sena sakemm l-ebda Parti ma tagħti lill-Parti l-oħra avviż bil-miktub ta’ denunzja tal-Ftehim sitt xhur qabel ma jiskadi u li b’kull tiġdid, il-kwantitajiet f'kull grupp ta' prodotti għandhom jiżdiedu bi 2.5 %.

    (3)

    L-Ukraina ma nnotifikatx lill-Komunità dwar ix-xewqa tagħha li tiddenunzja l-Ftehim. Għaldaqstant, il-Ftehim se jkun imġedded awtomatikament u l-kwantitajiet f’kull grupp ta’ prodotti se jiżdiedu bi 2.5 %.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 752/2007 għandu jkun emendat skond dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-limiti kwantitattivi għas-sena 2007 stabbiliti fl-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 752/2007 qed jinbidlu b’dawk għas-sena 2008 stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2008. Għandu jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Diċembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Peter MANDELSON

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 178, 6.7.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 178, 6.7.2007, p. 24.


    ANNESS

    LIMITI KWANTITATTIVI GĦAS-SENA 2008

    (tunnellati)

    Prodotti

    2008

    SA. Prodotti ċatti mremblin (flat-rolled)

    SA1. Kojlijiet

    194 750

    SA2. Pjanċi tqal

    399 750

    SA3. Prodotti ċatti mremblin oħra

    143 500

    SB. Prodotti twal

    SB1. Travi

    51 250

    SB2. Vireg tal-wajer

    199 875

    SB3. Prodotti oħra twal

    363 875

    Nota: SA u SB huma kategoriji ta' prodotti.

    SA1 sa SA3 u SB1 sa SB3 huma gruppi ta' prodotti.


    Top