Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1406

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1406/2007 tad- 29 ta’ Novembru 2007 li jniedi reviżjoni ta’ esportatur ġdid tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 130/2006 li jimponi dazju definittiv ta’ l- anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ aċtu tartariku li joriġina, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jirrevoka d-dazju fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet minn esportatur wieħed f’dan il-pajjiż u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni

    ĠU L 312, 30.11.2007, p. 12–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/01/2011

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1406/oj

    30.11.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 312/12


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1406/2007

    tad-29 ta’ Novembru 2007

    li jniedi reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 130/2006 li jimponi dazju definittiv ta’ l-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ aċtu tartariku li joriġina, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, li jirrevoka d-dazju fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet minn esportatur wieħed f’dan il-pajjiż u li jagħmel dawn l-importazzjonijiet suġġetti għar-reġistrazzjoni

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(4) tiegħu,

    Billi:

    A.   TALBA GHAL REVIŻJONI

    (1)

    Il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni għal reviżjoni ta’ “esportatur ġdid” skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku. L-applikazzjoni tressqet minn Fuyang Genebest Chemical Industry Co. Ltd. (“l-applikant”) produttur esportatur fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat”).

    B.   IL-PRODOTT

    (2)

    Il-prodott taħt reviżjoni huwa aċtu tartariku, li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (“il-prodott ikkonċernat”), li bħalissa huwa klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM 2918 12 00. Dan il-kodiċi NM qed jingħata biss bħala tagħrif.

    Ċ.   IL-MIŻURI EŻISTENTI

    (3)

    Il-miżuri attwalment fis-seħħ huma dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 130/2006 (2) li skond dan l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott ikkonċernat li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u inkluż il-prodott ikkonċernat prodott mill-applikant, huma suġġetti għal dazju definittiv anti-dumping ta’ 34,9 % bl-eċċezzjoni ta’ bosta kumpaniji msemmija b'mod speċjali li huma suġġetti għal rati ta’ dazju individwali.

    D.   IL-BAŻIJIET GHAR-REVIŻJONI

    (4)

    L-applikant qiegħed jallega li l-kumpanija topera taħt il-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq kif definit fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku, jew bħala alternattiva jiddikjara trattament individwali skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, li ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità tul il-perjodu ta’ investigazzjoni, li l-miżuri anti-dumping kienu bbażati fuqu, jiġifieri l-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2003 sat-30 ta’ Ġunju 2004 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni oriġinali”) u li dan ma huwa relatat ma' l-ebda produttur esportatur tal-prodott suġġett għall-miżuri anti-dumping imsemmija hawn fuq.

    (5)

    L-applikant barra minn hekk jallega li beda jesporta l-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità wara tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali.

    E.   IL-PROĊEDURA

    (6)

    Il-produtturi tal-Komunità magħrufa li huma ikkonċernati kienu infurmati bl-applikazzjoni ta' hawn fuq u ngħataw l-opportunità li jikkumentaw. ma wasal l-ebda kumment.

    (7)

    Wara li eżaminat l-evidenza disponibbli, il-Kummissjoni tikkonkludi li hemm evidenza biżżejjed biex tiġġustifika l-bidu ta’ reviżjoni ta’ “esportatur ġdid”, skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, bil-ħsieb li jiġi ddeterminat jekk l-applikant joperax taħt kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq kif definit fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku jew inkella jekk l-applikant jissodisfax ir-rekwiżiti li jkollu dazju individwali stabbilit skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u, jekk ikun hekk, il-marġini individwali ta' dumping ta' l-applikant u, jekk jinstab li kien hemm dumping, il-livell ta’ dazju li għandhom ikunu suġġetti għalih l-importazzjonijiet tal-prodott kkonċernat tagħhom lejn il-Komunità.

    (8)

    Jekk jiġi deċiż li l-applikant jissodisfa r-rekwiżiti biex jiġi stabbilit dazju individwali, jista’ jkun hemm bżonn li ssir emenda fuq ir-rata ta’ dazju applikabbli bħalissa għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mill-kumpaniji mhux imsemmija individwalment fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 130/2006.

    (a)

    Kwestjonarji

    Sabiex tkun tista' tikseb it-tagħrif neċessarju għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tibgħat kwestjonarju lill-applikant.

    (b)

    Il-ġbir ta’ tagħrif u s-smigħ ta’ seduti

    Il-partijiet interessati kollha huma b'dan mistiedna biex jgħarrfu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u biex jipprovdu evidenza ta' sostenn.

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni tista' tisma' lill-partijiet interessati, dejjem jekk jagħmlu talba bil-miktub li turi li hemm raġunijiet partikolari għalfejn għandhom jinstemgħu.

    Qed tinġibed l-attenzjoni għall-fatt li l-eżerċizzju tal-parti l-kbira tad-drittijiet proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku jiddependu minn jekk il-parti tippreżentax ruħha matul il-perjodu stipulat mir-Regolament attwali.

    (ċ)

    Stat ta' ekonomija tas-suq

    Fl-eventwalità li l-applikant jipprovdi biżżejjed evidenza li turi li huwa jopera taħt kundizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq, jiġifieri li jissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku, il-valur normali jkun iddeterminat skond l-Artikolu 2(7)(b) tar-Regolament bażiku. Għal dan il-għan, għandhom jintbagħtu talbiet ssostanzjati kif xieraq fil-limitu taż-żmien speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(3) ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni se tibgħat formoli ta’ talba lill-applikant, kif ukoll lill-awtoritajiet tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.

    (d)

    L-għażla tal-pajjiż b'ekonomija tas-suq

    Fl-eventwalità li l-applikant ma jingħatax trattament ta' ekonomija tas-suq imma jissodisfa r-rekwiżiti li jkollu dazju individwali stabbilit skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, jintuża pajjiż addattat b'ekonomija tas-suq għall-fini li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina skond l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni tipprevedi li terġa' tuża l-Arġentina għal dan il-għan kif sar fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni ta' miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-partijiet interessati huma b'dan mistiedna biex jikkummentaw dwar kemm din l-għażla hija xierqa, fil-limitu taż-żmien speċifiku stabbilit fl-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament.

    Barra minn hekk, fl-eventwalità li l-applikant jingħata trattament ta' ekonomija tas-suq, il-Kummissjoni tista', jekk ikun hemm bżonn, tuża' wkoll sejbiet li jikkonċernaw il-valur normali stabbilit f'pajjiż addattat b'ekonomija tas-suq, eż. għall-fini li jinbidlu kull elementi ta' spiża jew prezz li mhux affidabbli fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li huma meħtieġa biex jiġi stabbilit il-valur normali, jekk ma tkunx disponibbli d-data affidabbli meħtieġa fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Il-Kummissjoni tipprevedi li tuża wkoll lill-Arġentina għal din il-fini.

    F.   IR-REVOKA TAD-DAZJU FIS-SEĦĦ U R-REĠISTRAZZJONI TA' L-IMPORTAZZJONIJIET.

    (9)

    Skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament bażiku, id-dazju ta’ l-anti-dumping fis-seħħ għandu jiġi revokat fir-rigward ta' l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li huma prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità mill-applikant. Fl-istess ħin, dawn l-importazzjonijiet għandhom isiru bil-kundizzjoni ta' reġistrazzjoni b'konformità ma' l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku, sabiex jiġi żgurat li jekk fir-riżultat tar-reviżjoni jinstab dumping fir-rigward ta' l-applikanti, id-dazji anti-dumping jistgħu jiġu intaxxati retroattivament mid-data tal-bidu ta' din ir-reviżjoni. L-ammont li għalih huwa responsabbli l-applikant ma jistax jiġi stmat f'dan l-istadju tal-proċediment.

    Ġ.   IL-LIMITI TA' ŻMIEN

    (10)

    Fl-interess ta' amministrazzjoni sana, għandhom jiġu stabbiliti limiti ta' żmien li matulhom:

    (a)

    il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw ruħhom lilll-Kummissjoni, iressqu fehmiethom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet għall-kwestjonarju msemmi fl-Artikolu 4(1) ta’ dan ir-Regolament jew jipprovdu kwalunkwe tagħrif ieħor li għandu jitqies waqt l-investigazzjoni,

    (b)

    il-partijiet interessati jistgħu jagħmlu talba bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni,

    (ċ)

    il-partijiet interessati fl-investigazzjoni jistgħu jikkummentaw dwar l-adegwatezza ta’ l-Arġentina li, fl-eventwalità li l-applikant ma jingħatax stat ta’ ekonomija tas-suq, tkun meqjusa bħala pajjiż b’ekonomija tas-suq għall-fini li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina,

    (d)

    l-applikant jista' jressaq talba sostanzjata kif xieraq għal stat ta' ekonomija tas-suq.

    G.   NUQQAS TA’ KOOPERAZZJONI

    (11)

    F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

    Fejn jinstab li xi parti interessata tkun tat informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni għandha titwarrab u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku. Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera biss b’mod parzjali, u jsir użu mill-fatti disponibbli, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku kkooperat.

    GĦ.   L-IPPROĊESSAR TA’ DATA PERSONALI

    (12)

    Ta' min jinnota li kull data personali miġbura f'din l-investigazzjoni se tkun trattata skond ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (3).

    Ħ.   L-UFFIĊJAL TAS-SMIGĦ

    (13)

    Ta' min jinnota li jekk il-partijiet interessati jqisu li qegħdin jiltaqgħu ma' diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet ta' difiża tagħhom, ikunu jistgħu jitolbu l-intervent ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ tad-DĠ Trade. Huwa jagħmilha ta' medjatur bejn il-pertijiet interessati u s-servizzi tal-Kummissjoni, u joffri, fejn hemm bżonn, medjazzjoni dwar kwistjonijiet proċedurali fir-rigward ta' kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aċċess għall-fajl, il-kunfidenzjalità, l-estensjoni tal-limitu taż-żmien u t-trattament ta' preżentazzjonijiet tal-fehmiet oralment u/jew bil-miktub. Għal aktar tagħrif u dettalji ta' kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni fuq l-internet ta' l-Uffiċjal tas-Smigħ fuq il-websjat tad-DĠ Trade (http://ec.europa.eu/trade),

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    B'dan qed titnieda reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 130/2006 skond l-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 biex jiġi ddetermiat jekk u sa liema punt l-importazzjonijiet ta’ aċtu tartariku li jaqa' fi ħdan il-kodiċi NM 2918 12 00 li joriġina fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, prodotti u mibjugħa għall-esportazzjoni lejn il-Komunità minn Fuyang Genebest Chemical Industry Co. Ltd. (Kodiċi addizzjonali TARIC A851) għandhom ikunu suġġetti għad-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KE) Nru 130/2006.

    Artikolu 2

    Id-dazju anti-dumping impost mir-Regolament (KE) Nru 130/2006 huwa b'dan imħassar fir-rigward ta’ l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 tar-Regolament preżenti.

    Artikolu 3

    L-awtoritajiet tad-dwana ta’ l-Istati Membri huma b'dan ordnati, skond l-Artikolu 14(5) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, biex jieħdu l-passi meħtieġa biex jirreġistraw l-importazzjonijiet identifikati fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament. Ir-reġistrazzjoni għandha tiskadi disa’ xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 4

    1.   Il-partijiet interessati, biex jitqiesu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom matul l-investigazzjoni, iridu jippreżentaw ruħhom lill-Kumissjoni, iressqu fehmiethom bil-miktub u jibagħtu t-tweġibiet tal-kwestjonarju msemmi fil-premessa 10(a) ta' dan ir-Regolament jew kwalunkwe informazzjoni oħra, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, fi żmien 40 ġurnata mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Il-partijiet interessati jistgħu wkoll japplikaw bil-miktub biex jinstemgħu mill-Kummissjoni fi żmien l-istess limitu ta' 40 jum.

    2.   Il-partijiet involuti fl-investigazzjoni li jkunu jridu jikkummentaw dwar l-adegwatezza ta' l-Arġentina bħala pajjiż terz b’ekonomija tas-suq għall-fini li jiġi stabbilit valur normali fir-rigward tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, għandhom iressqu l-kummenti tagħhom fi żmien 10 ijiem mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

    3.   Talbiet issostanzjati kif xieraq għal Trattament ta' Ekonomija tas-Suq għandhom jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 21 jum mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

    4.   Is-sottomissjonijiet u t-talbiet kollha magħmula mill-partijiet interessati għandhom isiru bil-miktub (mhux b'format elettroniku, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor) u għandhom jindikaw l-isem, l-indirizz, l-indirizz elettroniku, in-numri tat-telefown u tal-faks tal-parti interessata. Kull sottomissjoni bil-miktub, li tinkludi l-informazzjoni mitluba f’dan ir-Regolament, it-tweġibiet tal-kwestjonarju u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati fuq bażi kunfidenzjali għandhom ikunu mmarkati bħala “Limitati” (4) u, skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament Nru 384/96, għandha tkun akkumpanjata b’verżjoni mhux kunfidenzjali, li għandha tkun immarkata “GĦALL-ISPEZZJONI MILL-PARTIJIET INTERESSATI”.

    Kull informazzjoni li għandha x’taqsam mal-kwistjoni u/jew kwalunkwe talba għal seduta għandha tintbagħat f’l-indirizz li ġej:

    European Commission

    Directorate General for Trade

    Directorate H

    Office: J-79 4/23

    B-1049 Brussels

    Fax (32 2) 295 65 05

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 29 ta’ Novembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Peter MANDELSON

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

    (2)  ĠU L 23, 27.1.2006, p. 1.

    (3)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

    (4)  Dan ifisser li d-dokument huwa għal użu intern biss. Huwa protett skond l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43). Dan huwa dokument kunfidenzjali skond l-Artiklu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1) u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-WTO dwar l-Implimentazzjoni ta' l-Artikolu VI tal-GATT 1994 (Ftehim Anti-dumping).


    Top