This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R1124
Council Regulation (EC) No 1124/2007 of 28 September 2007 amending Regulation (EC) No 367/2006 imposing a definitive countervailing duty on imports of polyethylene terephthalate (PET) film originating in India
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1124/2007 tat- 28 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 367/2006 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina fl-Indja
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1124/2007 tat- 28 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 367/2006 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina fl-Indja
ĠU L 255, 29.9.2007, pp. 1–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 08/03/2011
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32006R0367 | Sostituzzjoni | artikolu 1.2 | 30/09/2007 |
|
29.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 255/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1124/2007
tat-28 ta’ Settembru 2007
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 367/2006 li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina fl-Indja
IL-KUNSILL ta’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2026/97 tas-6 ta’ Ottubru 1997 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1) (‘ir-Regolament bażiku’), u b’mod partikolari l-Artikoli 19 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsultat il-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
A. PROĊEDURA
I. Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri eżistenti
|
(1) |
Il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 2597/1999 (2), impona dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ film tal-polyethylene terephthalate (“PET”) li jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90 u li joriġina fl-Indja (“il-prodott ikkonċernat”). L-investigazzjoni li wasslet għall-adozzjoni ta’ dak ir-Regolament, minn hawn ’il quddiem tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”. Il-miżuri ħadu l-forma ta’ dazju ad valorem, li jvarja bejn 3.8 % u 19.1 %, impost fuq l-importazzjonijiet minn esportaturi msemmija individwalment, b’rata residwa ta’ dazju ta’ 19.1 % imposta fuq l-importazzjonijiet tal-prodott mill-kumpaniji l-oħrajn kollha. Id-dazju kumpensatorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-film tal-PET immanifatturat u esportat minn Jindal Poly Films Limited, li qabel kienet magħrufa bħala Jindal Polyester Ltd (3), (‘Jindal’ jew ‘il-kumpanija’), kien ta’ 7 %. Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni oriġinali kien mill-1 ta’ Ottubru 1997 sat-30 ta’ Settembru 1998. |
|
(2) |
Il-Kunsill, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 367/2006 (4), wara reviżjoni ta’ għeluq iż-żmien skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, żamm id-dazju kumpensatorju definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 2597/1999 dwar importazzjonijiet tal-film tal-PET li joriġinaw fl-Indja. Il-perjodu ta’ l-investigazzjoni fil-qafas tar-reviżjoni kien mill-1 ta’ Ottubru 2003 sat-30 ta’ Settembru 2004. |
|
(3) |
Il-Kunsill, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1288/2006, wara reviżjoni interim dwar is-sussidjar ta’ produttur Indjan ieħor tal-film tal-PET, Garware Polyester Limited (‘Garware’), emenda d-dazju kumpensatorju definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 367/2006. |
II. Bidu ex officio ta’ reviżjoni interim parzjali
|
(4) |
Evidenza prima facie disponibbli għall-Kummissjoni indikat li Jindal gawdiet minn livelli miżjuda ta’ sussidjar, meta mqabbel ma’ l-investigazzjoni oriġinali, u li l-bidliet għal dawn il-livelli kienu ta’ natura permanenti. |
III. L-investigazzjoni
|
(5) |
B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni ddeċidiet, wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsulattiv, li tibda reviżjoni interim parzjali ex officio skond l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku, illimitata għal-livell ta’ sussidjar li jingħata lil Jindal, biex tiġi evalwata l-ħtieġa għall-issoktar, it-tneħħija jew l-emendar tal-miżuri kumpensatorji eżistenti. Fit-2 ta’ Awwissu 2006, il-Kummissjoni ħabbret, permezz ta’ avviż ta’ inizjazzjoni ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (5), il-bidu ta’ din ir-reviżjoni. |
|
(6) |
Il-perjodu ta’ investigazzjoni fil-qafas tar-reviżjoni (‘PI tar-reviżjoni’) kien mill-1 ta’ April 2005 sat-31 ta’ Marzu 2006. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni uffiċjalment avżat lil Jindal, il-Gvern ta’ l-Indja u Du Pont Tejin Films, il-Lussemburgu, Mitsubishi Polyester Film, il-Ġermanja, Toray Plastics Europe, Franza u Nuroll, l-Italja, li jirrappreżentaw il-maġġoranza assoluta tal-produzzjoni Komunitarja tal-film tal-PET (minn hawn ’il quddiem ‘l-industrija Komunitarja’), bil-bidu tar-reviżjoni interim parzjali. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jressqu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ l-inizjazzjoni. |
|
(8) |
Biex tinkiseb l-informazzjoni neċessarja għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lil Jindal, li kkoperat billi wieġbet għall-kwestjonarju. Saret żjara ta’ verifika fl-istabbiliment ta’ Jindal fl-Indja. |
|
(9) |
Jindal, il-Gvern ta’ l-Indja u l-industrija Komunitarja ġew infurmati bir-riżultati essenzjali ta’ l-investigazzjoni u ngħataw l-opportunità jikkummentaw. Il-kummenti li waslu mingħand Jindal huma diskussi hawn taħt. Il-Gvern ta’ l-Indja ma kkummentax. |
B PRODOTT IKKONĊERNAT
|
(10) |
Il-prodott ikkonċernat huwa film tal-polyethylene terephthalate (PET) li joriġina fl-Indja, normalment iddikjarat taħt il-kodiċijiet tan-NM ex 3920 62 19 u ex 3920 62 90 , kif definit fl-investigazzjoni oriġinali. |
Ċ. SUSSIDJI
I. Introduzzjoni
|
(11) |
Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli u t-tweġiba għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, l-iskemi li ġejjin, li allegatament jinvolvu l-għoti ta’ sussidji, ġew investigati: |
(a) Skemi nazzjonali:
|
(i) |
Advance Licence Scheme (l-Iskema tal-Liċenzja bil-quddiem); |
|
(ii) |
Duty Entitlement Passbook Scheme (l-Iskema tal-Passbook għall-Intitolar tad-Dazji, DEPBS); |
|
(iii) |
Export Oriented Units Scheme/Special Economic Zones Scheme (l-Iskema ta’ l-Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni/Skema taż-Żoni Ekonomiċi Speċjali); |
|
(iv) |
Export Promotion Capital Goods Scheme (l-Iskema ta’ l-Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni ta’ l-Esportazzjoni, EPCGS); |
|
(v) |
Export Income Tax Exemption Scheme (l-Iskema ta’ Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul għall-Esportazzjoni, EITES); |
|
(vi) |
Export Credit Scheme (l-Iskema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni, ECS); |
|
(vii) |
Duty-Free Replenishment Certificate (iċ-Ċertifikat ta’ Riforniment Ħieles mid-Dazju, DFRC). |
|
(12) |
L-iskemi (i) sa (iv) u (vii) ta’ hawn fuq huma bbażati fuq l-Att ta’ l-1992 dwar il-Kummerċ Barrani (Żvilupp u Regolament) (Nru 22 ta’ l-1992) li daħal fis-seħħ fis-7 ta’ Awwissu 1992 (l-‘Att dwar il-Kummerċ Barrani’). L-Att dwar il-Kummerċ Barrani jawtorizza lill-Gvern ta’ l-Indja biex joħroġ notifiki dwar il-politika ta’ l-esportazzjoni u l-importazzjoni. Pjan multi-annwali marbut mal-politika tal-kummerċ barrani ta’ l-Indja għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2004 sal-31 ta’ Marzu 2009, li ħadet post il-politika preċedenti għall-esportazzjoni u l-importazzjoni (EXIM), ġie ppubblikat mill-Gvern ta’ l-Indja (‘FTP 2004-09’). Barra minn hekk, ġie ppubblikat manwal ta’ proċeduri li jirregolaw l-FTP 2004-09 (’HOP I 2004-09‘) u dan jiġi aġġornat fuq bażi regolari (6). |
|
(13) |
L-Iskema ta’ Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul (EITES) f’(v) hawn fuq hija bbażata fuq l-Att ta’ l-1961 dwar it-Taxxa fuq id-Dħul li jiġi emendat kull sena mill-Att dwar il-Finanzi. |
|
(14) |
L-Iskema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni (ECS) f’(vi) hawn fuq hija bbażata fuq it-taqsimiet 21 u 35 A ta’ l-Att ta’ l-1949 dwar ir-Regolamentazzjoni ta’ l-Attività Bankarja, li jippermetti lill-Bank tar-Riserva ta’ l-Indja jagħti struzzjonijiet lill-banek kummerċjali dwar il-kreditu fuq l-esportazzjoni. |
(b) Skemi Reġjonali
|
(15) |
Fuq il-bażi ta’ l-informazzjoni disponibbli u t-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni investigat ukoll il-Pakkett ta’ Skemi ta’ Inċentivi (minn hawn ‘il quddiem, il-‘PSI’) tal-Gvern tal-Maharashtra fl-1993. Din l-iskema hija bbażata fuq riżoluzzjonijiet tad-Dipartiment ta’ l-Industriji, l-Enerġija u x-Xogħol tal-Gvern ta’ Maharashtra. |
II. Skemi Nazzjonali
1. Advance Licence Scheme (‘ALS’) (l-Iskema tal-Liċenzja Bil-Quddiem)
(a) Bażi legali
|
(16) |
Id-deskrizzjoni ddettaljata ta’ l-iskema tinsab fil-paragrafi 4.1.3 sa 4.1.14 tal-politika-FTP 2004-2009 u l-kapitoli 4.1 sa 4.30 ta’ l-HOP I 2004-2009. L-iskema ġiet mibdula f’April 2006, jiġifieri wara tmiem il-PI tar-reviżjoni, mill-“Advance Authorisation Scheme” (l-Iskema ta’ l-Awtorizzazzjoni bil-Quddiem). Madankollu, dan jidher li huwa biss essenzjalment bdil ta’ l-isem. L-analiżi li ġejja tiffoka fuq l-ALS fis-seħħ matul il-PI tar-reviżjoni. |
(b) Eliġibilità
|
(17) |
L-ALS tikkonsisti minn sitt sottoskemi. Dawk is-sottoskemi għandhom, fost oħrajn, għanijiet ta’ eliġibilità differenti. Il-manifatturi-esportaturi u n-negozjanti-esportaturi “marbuta” ma’ manifatturi sekondarji jkunu eliġibbli għall-ALS għall-esportazzjonijiet fiżiċi u għall-ALS għal rekwiżit annwali. Il-kuntratturi ewlenin li jfornu lill-kategoriji “meqjusa bħala esportati” (deemed exports) imsemmija fil-paragrafu 8.2 ta’ l-FTP 2004-09, bħall-fornituri ta’ Unità Orjentata lejn l-Esportazzjoni (‘EOU – Export Oriented Unit’), huma eliġibbli għall-ALS deemed export. Il-produtturi-esportaturi li jfornu l-esportatur finali jkunu eliġibbli għall-ALS għall-provvisti intermedji. Fl-aħħarnett, il-fornituri intermedji li jfornu lil manifatturi-esportaturi huma eliġibbli għal benefiċċji “deemed export” taħt is-sottoskemi Advance Release Order (‘ARO’) u Back-to-back Inland Letter of Credit. Billi l-ewwel erbgħa biss mis-sitt sottoskemi ntużaw minn Jindal matul il-PI tar-reviżjoni, dawk biss se jiġu deskritti f’iktar dettall hawn taħt. |
(ċ) Implimentazzjoni prattika
|
(18) |
Liċenzji bil-quddiem jistgħu jinħarġu għal:
|
|
(19) |
Kif intqal hawn fuq, Jindal użat l-ALS matul il-PI tar-reviżjoni. Biex wieħed ikun iktar preċiż, hija għamlet użu mill-erba’ sottoskemi indikati taħt il-punti (i) sa (iv) ta’ hawn fuq. |
|
(20) |
Għal skop ta’ verifika mill-awtoritajiet Indjani, id-detentur ta’ liċenzja huwa obbligat legalment li jżomm “rendikont veru u xieraq tal-konsum u l-użu ta’ oġġetti importati b’referenza għal-liċenzja” fil-format speċifikat (il-kapitolu 4.30 HOP I 2004-09) (minn issa ’l quddiem “ir-reġistru tal-konsum”). Il-verifika wriet li l-kumpanija ma żżommx tajjeb ir-reġistru tagħha tal-konsum, jiġifieri li ma żammitx rekord tar-rabta bejn il-materjal tal-produzzjoni u d-destinazzjoni finali tal-prodott li jirriżulta, kif rikjest mill-format mitlub mill-Gvern ta’ l-Indja, minkejja li mhux biss tesporta il-prodott finali iżda tbiegħu fis-suq domestiku wkoll. |
|
(21) |
Fir-rigward tas-sottoskemi (i) u (ii) hawn fuq, kemm il-kwota għall-importazzjoni kif ukoll l-obbligu ta’ l-esportazzjoni (inkluż dak ta’ l-esportazzjonijiet meqjusa) ikunu ffissati fil-volum u fil-valur mill-Gvern ta’ l-Indja u jkunu dokumentati fuq il-liċenzja. Barra dan, fil-waqt ta’ l-importazzjoni u ta’ l-esportazzjoni, it-tranżazzjonijiet li jikkorrispondu jridu jkunu dokumentati mill-uffiċjali tal-Gvern fuq il-liċenzja. Il-volum ta’ l-importazzjonijiet konċess taħt din l-iskema jkun iddeterminat mill-Gvern ta’ l-Indja fuq il-bażi tan-normi standard ta’ dħul-ħruġ (‘SIONs’ – Standard Input-Output Norms). Is-SIONs jeżistu għall-biċċa l-kbira tal-prodotti inkluż il-prodott ikkonċernat u huma ppubblikati fil-Volum II tal-HOP I 2004-09. Is-SIONs għall-film tal-PET u laqx tal-PET, prodott intermedju, ġew riveduti ’l isfel f’Ottubru 2005. |
|
(22) |
Fir-rigward tas-sottoskema (iii), ġie nnotat li l-esportazzjonijiet li jissodisfaw l-obbligu rispettiv skond l-ALS kienu essenzjalment bejgħ ġol-kumpanija stess, jiġifieri unità ta’ Jindal (li mhijiex entità legali separata) li tipproduċi laqx tal-PET biegħet il-laqx tal-PET għall-produzzjoni iktar avvanzata tal-film tal-PET lill-EOU ta’ Jindal. L-importazzjoni tal-materja prima saret fil-kuntest tal-manifattura tal-prodott intermedju (laqx tal-PET). Fi kliem ieħor, taħt is-sottoskema (iii), il-bejgħ domestiku ma jitqiesx li hu esportazzjoni. |
|
(23) |
Fir-rigward tas-sottoskema (iv) il-materjali tal-produzzjoni li nkisbu domestikament minn Jindal jitneħħew mil-Liċenzja bil-Quddiem ta’ Jindal u Liċenzja bil-Quddiem tinħareġ lill-fornitur domestiku. Id-detentur ta’ tali Liċenzja intermedja bil-Quddiem jista’ jimporta, mingħajr dazju, il-prodotti meħtieġa għall-produzzjoni tal-prodott li mbagħad jiġi fornut lil Jindal bħal materja prima għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat. |
|
(24) |
Fil-każ tas-sottoskema (ii) elenkata hawn fuq (l-ALS għal rekwiżit annwali), il-valur tal-kwota għall-importazzjoni biss tkun iddokumentata fuq il-liċenzja. Id-detentur ta’ liċenzja jkun obbligat li “jżomm ir-rabta bejn dak li jkun importat għall-produzzjoni u l-prodott li jirriżulta” (il-paragrafu 4.24 A(c) HOP I 2004-09). |
|
(25) |
Il-materjali importati għall-produzzjoni ma jkunux trasferibbli u jridu jintużaw biex ikun maħdum il-prodott li jirriżulta għall-esportazzjoni. L-obbligu ta’ l-esportazzjoni jrid ikun osservat fit-tul ta’ żmien preskritt wara l-ħruġ tal-liċenzja (18-il xahar b’żewġ estensjonijiet possibbli ta’ 6 xhur kull waħda, jiġifieri total ta’ 30 xahar). |
|
(26) |
Il-verifika wriet li r-rata speċifika ta’ konsum tal-kumpanija tal-materja prima prinċipali meħtieġa biex tipproduċi kilogramma ta’ film tal-PET, fi gradi varji skond il-kwalità tal-film tal-PET u kif irrappurtata fir-reġistru tal-konsum, kienet iktar baxxa mis-SION korrispondenti. Dan kien ovvjament il-każ fir-rigward tas-SION preċedenti għall-film tal-PET u l-laqx tal-PET u, sa ċertu punt inqas, tas-SION rivedut li daħal fis-seħħ f’Settembru 2005, jiġifieri matul il-PI tar-reviżjoni. Fi kliem ieħor, Jindal kienet permessa timporta mingħajr dazju, skond is-SION, iktar materja prima milli ħtieġet għall-proċess tal-manifattura tagħha. Dan għamel ir-reġistru tal-konsum, f’konformità ma’ l-FTP 2004-09, l-element kruċjali ta’ verifika. Madankollu, dan ir-reġistru ma kienx miżmum tajjeb u lanqas ma ġie qatt spezzjonat mill-Gvern ta’ l-Indja sa issa. Il-kumpanija sostniet li l-Gvern ta’ l-Indja jaġġusta l-benefiċċji żejda meta l-liċenzji jkun għalqilhom iż-żmien, jiġifieri 30 xahar mill-ħruġ tal-liċenzja, billi l-prassi komuni hija li jsir użu ta’ żewġ estensjonijiet possibbli ta’ 6 xhur kull waħda. Madankollu, din l-allegazzjoni ma setgħetx tiġi vverifikata għaliex ebda liċenzja li użat Jindal ma għadha ġiet mifdija. |
|
(27) |
Il-bidliet fl-amministrazzjoni tal-FTP 2004-09, li saru effettivi fil-ħarifa ta’ l-2005 (it-trażmissjoni mandatorja tar-reġistru tal-konsum lill-awtoritajiet Indjani fil-kuntest tal-proċedura ta’ redenzjoni) għadhom ma ġewx applikati fil-każ ta’ Jindal. Għalhekk, l-implimentazzjoni de facto ta’ din id-dispożizzjoni ma setgħetx tiġi vverifikata, f’dan l-istadju. |
(e) Konklużjoni
|
(28) |
L-eżenzjoni mid-dazji ta’ l-importazzjoni hija sussidju fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, fis-sens li n-nuqqas ta’ ġbir tad-dazji ta’ l-importazzjoni li normalment ikunu dovuti huwa kontribut finanzjarju tal-Gvern ta’ l-Indja, li jagħti benefiċċju lill Jindal billi jtejjeb il-likwidità tagħha. |
|
(29) |
Barra minn hekk, l-erba’ sottoskemi użati minn Jindal (jiġifieri dawk elenkati hawn fuq taħt (i) sa (iv)) huma kontinġenti fil-liġi fuq il-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, u għalhekk huma meqjusa li jkunu speċifiċi u soġġetti għal miżuri kumpensatorji skond l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. Mingħajr l-obbligu li tesporta kumpanija ma tistax tikseb benefiċċji taħt dawn l-iskemi. Ovvjament, dan huwa l-każ fir-rigward ta’ l-iskemi (i), (ii) u (iv), iżda anki l-ALS deemed exports tissodisfa dan il-kriterju fil-każ attwali, minħabba li l-provvista lil EOU fl-aħħar mill-aħħar timmira lejn esportazzjonijiet reali. |
|
(30) |
Is-sottoskemi użati fil-każ preżenti ma jistgħux jitqiesu bħala sistemi permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistemi alternattivi għall-ħlas lura ta’ dazju fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Huma m’humiex konformi mar-regoli stretti preskritti fl-Anness I partita (i), fl-Anness II (definizzjoni u regoli għall-ħlas lura ta’ dazju) u fl-Anness III (definizzjoni u regoli għal sistemi li jissostitwixxu l-ħlas lura ta’ dazju) tar-Regolament bażiku. Il-Gvern ta’ l-Indja ma applikax effettivament is-sistema jew il-proċedura ta’ verifika tiegħu biex jikkonferma jekk u f’liema ammonti l-materja għall-produzzjoni kinitx ikkunsmata fil-produzzjoni tal-prodott esportat (l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ skemi alternattivi għall-ħlas lura ta’ dazju, l-Anness (III)(II)(2) tar-Regolament bażiku). Is-SIONs għall-prodott ikkonċernat ma kinux preċiżi biżżejjed. Is-SIONs infushom ma jistgħux jitqiesu bħala sistema ta’ verifika tal-konsum attwali, għaliex l-għamla ta’ dawk in-normi standard ġenerużi żżejjed ma tippermettix lill-Gvern ta’ l-Indja li jivverifika bi preċiżjoni suffiċjenti liema ammonti ta’ materji ġew ikkunsmati fil-produzzjoni għall-esportazzjoni. Barra dan, ma jsirx kontroll effettiv mill-Gvern ta’ l-Indja bbażat fuq ir-reġistru tal-konsum b’mod korrett. |
|
(31) |
Il-kumpanija, fil-kummenti li għamlet wara l-kxif, qalet li hi żżomm reġistru tal-konsum kif suppost, u, għalhekk, hemm fis-seħħ sistema ta’ verifika xierqa skond l-Anness II tar-Regolament bażiku. Qalet ukoll li l-ALS taħdem bħala skema ta’ sostituzzjoni, biex materji mingħajr dazju jkunu jistgħu jintużaw għall-produzzjoni ta’ prodotti mibjugħa domestikament, sakemm il-materji mingħajr dazju jkunu, direttament jew permezz tas-sostituzzjoni, ikkunsumati fil-produzzjoni ta’ prodotti li sussegwentement jiġu esportati f’perjodu raġonevoli ta’ żmien. Madankollu, anki jekk il-kumpanija żżomm reġistru, tal-konsum tal-materja prima biex tipproduċi kwantità tal-prodott ikkonċernat, hija ma żammitx sistema li biha tkun tista’ tivverifika liema materji qed jintużaw fil-produzzjoni tal-prodott esportat u f’liema ammonti, kif stipulat fl-FTP 2004-09 (l-Appendiċi 23) u skond l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, ma żżommx sistema li biha jista’ jiġi vverifikat li l-kwantità tal-materja li għaliha ntalab lura d-dazju ma tisboqx il-kwantità ta’ prodott simili esportat, skond l-Anness III(II)(2). Fil-każ preżenti, wara kunsiderazzjoni bir-reqqa, jitqies li ma hemmx rabta bejn il-materji mingħajr dazju kkunsmati u l-prodott esportat, u għalhekk, ma hemmx sistema ta’ verifika tajba fis-seħħ. |
|
(32) |
Għalhekk is-sottoskemi huma suġġetti għal miżuri kumpensatorji. |
(f) Il-kalkolu ta’ l-ammont tas-sussidju
|
(33) |
L-ammont tas-sussidju ġie kkalkulat kif ġej: In-numeratur huwa s-somma tad-dazji ta’ l-importazzjoni mhux imħallsa (dazju doganali bażiku u dazju doganali speċjali addizzjonali) fuq il-materjal importat taħt iż-żewġ sottoskemi (i) sa (iii) li japplikaw rispettivament għall-importazzjonijiet permezz tal-manifattur intermedju; fil-każ tas-sottoskema (iv), in-numeratur huwa s-somma tad-dazji fuq l-importazzjoni mhux imħallsa fuq il-materji użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-PI tar-reviżjoni. |
|
(34) |
Il-kumpanija, fil-kummenti tagħha wara l-kxif, saħqet li d-dazji doganali għall-materja prima meħtieġa għall-produzzjoni tal-film tal-PET naqsu minn 15 % għal 7.5 % minn Marzu 2006, jiġifieri wara t-tmiem tal-PI, u talbet li l-Kummissjoni tqis din il-bidla fil-kalkolu tar-rata tas-sussidjar għall-ALS. Madankollu, minkejja li kien hemm waqtiet fejn tqiesu l-avvenimenti li ġraw wara l-PI, dan huwa ristrett għal ċirkostanzi straordinarji li f’dan il-każ ma jidhirx li huwa l-każ. Għalhekk skond l-Artikoli 5 u 11(1) tar-Regolament bażiku, din it-talba ma setgħetx tiġi milqugħa. |
|
(35) |
Il-kumpanija saħqet ukoll, fil-kummenti tagħha wara l-kxif, li l-benefiċċju taħt is-sottoskema (iv) kien, fil-fatt, id-differenza fil-prezz bejn ix-xiri domestiku regolari materja għall-produzzjoni u x-xiri ta’ materja għall-produzzjoni kontra l-invalidazzjoni ta’ l-ALS, u pproduċiet xi kalkoli għal dan il-għan mingħajr ma tat evidenza ta’ appoġġ. Madankollu, il-benefiċċju jiġi kkalkulat fuq il-bażi tad-dazju mhux imħallas fil-liċenzja billi l-prezz tal-bejgħ/xiri tal-materjal huwa purament deċiżjoni kummerċjali u ma jibdilx l-ammont ta’ dazju mhux imħallas. Fi kwalunkwe każ, din il-dikjarazzjoni saret wara l-kxif għall-ewwel darba u, billi ma kienx hemm opportunità għall-Kummissjoni biex tivverifikaha, ma ġietx milqugħa. |
|
(36) |
Skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku, id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu mill-ammonti ta’ sussidju meta saru talbiet iġġustifikati. L-ammont sħiħ tad-dazji fuq l-importazzjoni mhux imħallsa ttieħed bħala n-numeratur u mhux ir-remissjoni/eżenzjoni eċċessiva, kif qed tisħaq il-kumpanija, billi l-ALS ma tissodisfax il-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness II tar-Regolament bażiku. Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku, id-denominatur huwa l-valur tal-bejgħ ta’ l-esportazzjoni matul il-PI tar-reviżjoni. Il-kumpanija qalet li esportazzjonijiet meqjusa għandhom ikunu inklużi fil-valur tal-bejgħ totali ta’ l-esportazzjoni tal-kumpanija matul il-PI tar-reviżjoni. Iżda, billi dawn it-tranżazzjonijiet, fil-fatt, mhumiex esportazzjonijiet iżda huma bejgħ lis-suq domestiku, huma ma jistgħux ikunu klassifikati sew bħala esportazzjonijiet u għalhekk ma kinux inklużi fl-ammont tal-valur ta’ bejgħ totali ta’ l-esportazzjoni. |
|
(37) |
Ir-rata tas-sussidjar ġiet stabbilita għall-ammonti ALS għal 14.68 %. |
2. L-Iskema tal-Passbook għall-Intitolar tad-Dazji (‘DEPBS’ – Duty Entitlement Passbook Scheme)
(a) Bażi legali
|
(38) |
Deskrizzjoni tad-DEPBS tinsab fil-paragrafu 4.3 ta’ l-FTP 2004-09. |
(b) Eliġibilità
|
(39) |
Jindal ma nstabitx li qed tuża d-DEPBS matul il-PI tar-reviżjoni, għalhekk mhix meħtieġa analiżi ulterjuri ta’ jekk din l-iskema hijiex kumpensatorja. |
3. Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni (‘EOUS’ – Export Oriented Units Scheme)/Żoni Ekonomiċi Speċjali(‘SEZS’ – Special Economic Zones Scheme)
(a) Bażi legali
|
(40) |
Id-dettalji ta’ dawn l-iskemi jinsabu fil-kapitolu 6 ta’ l-FTP 2004-09, il-HOP I 2004-09 (EOUS), l-Att SEZ 2005 u r-regoli magħmula fil-qafas tagħhom (SEZS). |
(b) Eliġibilità
|
(41) |
Ħlief għall-kumpaniji purament kummerċjali, l-intrapriżi kollha, li jintrabtu li jesportaw ċertu ammont mill-produzzjoni tagħhom ta’ oġġetti jew servizzi jistgħu jitwaqqfu taħt l-iskemi EOUS jew SEZS. Jindal instabet li tibbenefika mill-EOUS iżda mhux is-SEZS matul il-PI tar-reviżjoni. Konsegwentement, l-analiżi tiffoka fuq l-EOUS biss. |
(ċ) Implimentazzjoni prattika
|
(42) |
EOU tista’ tiġi stabbilita kullimkien fl-Indja. Din l-iskema tikkomplementa dik tas-SEZS. |
|
(43) |
L-applikazzjoni għal status ta’ EOU trid tinkludi d-dettalji ta’, inter alia, il-kwantitajiet ta’ produzzjoni ppjanati, il-valur ipproġettat ta’ l-esportazzjonijiet, rekwiżiti ta’ l-importazzjoni u rekwiżiti indiġeni għal perjodu ta’ ħames snin. Jekk l-awtoritajiet jaċċettaw l-applikazzjoni tal-kumpanija, it-termini u l-kundizzjonijiet imwaħħla ma’ l-aċċettazzjoni jiġu kkomunikati lill-kumpanija. Il-ftehim li bih il-kumpanija tkun rikonoxxuta taħt l-EOUS huwa validu għall-perjodu ta’ ħames snin u jista’ jiġġedded iktar. |
|
(44) |
Obbligu kruċjali ta’ EOU, kif spjegat fl-FTP 2004-09 huwa li jinkiseb dħul nett ta’ munita barranija (’NFE’ – net foreign exchange), jiġifieri f’perjodu ta’ referenza (5 snin) il-valur totali ta’ l-esportazzjonijiet irid ikun ikbar mill-valur totali ta’ l-oġġetti importati. |
|
(45) |
EOU hija intitolata għall-konċessjonijiet li ġejjin:
|
|
(46) |
L-unitajiet li joperaw taħt dawn l-iskemi huma marbuta taħt is-sorveljanza ta’ l-uffiċjali doganali skond it-Taqsima 65 ta’ l-Att dwar id-Dwana. L-EOUs huma obbligati bil-liġi li jżommu, fil-format speċifikat, rendikont xieraq ta’ l-importazzjonijet kollha, tal-konsum u l-użu tal-materjal importat kollu u ta’ l-esportazzjonijiet li saru. Dawn id-dokumenti għandhom ikunu ppreżentati perjodikament lill-awtoritajiet kompetenti (“rapporti ta’ progress ta’ kull tliet xhur u ta’ kull sena”). Madankollu, “fl-ebda mument ma għandha [EOU] tkun mitluba tikkorrelata kull kunsinna importata ma’ l-esportazzjonijiet, it-trasferimenti lil unitajiet oħra, il-bejgħ fid-DTA jew il-bilanċ fl-istokk tagħha”, skond il-paragrafu 6.11.2 ta’ l-FTP 2004-09. |
|
(47) |
Il-bejgħ domestiku jintbagħat u jiġi rreġistrat fuq bażi ta’ awtoċertifikazzjoni. Il-proċess tad-dispaċċ tal-kunsinji għall-esportazzjoni ta’ EOU jkun sorveljat minn uffiċjal tad-dwana jew tas-sisa, li jkun stazzjonat fl-EOU b’mod permanenti. |
|
(48) |
Jindal użat l-EOU biex timporta l-oġġetti kapitali bla ħlas ta’ dazji ta’ importazzjoni u biex tikseb ir-rimborż tat-taxxa ċentrali fuq il-bejgħ imħallsa fuq l-oġġetti akkwistati lokalment. Ma għamlitx użu mill-eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjonijiet fuq il-materji primi peress li l-faċilità EOU, sabiex tipproduċi l-film tal-PET, tuża l-laqx tal-PET bħala materja prima. Dan il-laqx tal-PET jiġi prodott f’unità oħra tal-kumpanija mill-materji primi mixtrija taħt l-ALS. |
(d) Konklużjonjiet dwar l-EOU
|
(49) |
L-eżenzjoni ta’ EOU minn żewġ tipi ta’ dazji ta’ importazzjoni (“id-dazju doganali bażiku” u “d-dazju doganali speċjali addizzjonali”) u r-rimborż tat-taxxa ċentrali fuq il-bejgħ huma kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Gvern ta’ l-Indja fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. Il-finanzi li kieku kienu jkunu dovuti lill-Gvern fin-nuqqas ta’ din l-iskema jkunu ċeduti, u b’hekk jingħata benefiċċju lill-EOU fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku, billi tittejjeb il-likwidità tagħha. |
|
(50) |
Għalhekk, l-eżenzjoni mid-dazju doganali bażiku u mid-dazju doganali speċjali addizzjonali u r-rimborż tat-taxxa fuq il-bejgħ tikkostitwixxi sussidji fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku. Fil-liġi dawn huma kontinġenti fuq l-esportazzjonijiet, u għalhekk huma meqjusa bħala speċifiċi u suġġetti għal miżuri kumpensatorji taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. L-iskop ta’ l-EOU fir-rigward ta’ l-esportazzjoni kif stipulat fil-paragrafu 6.1 tal-politika-FTP 2004-2009 huwa kundizzjoni meħtieġa biex jinkisbu l-inċentivi. |
|
(51) |
Barra dan, kien ikkonfermat li l-Gvern ta’ l-Indja ma għandux sistema jew proċedura effettiva ta’ verifika biex tikkonferma jekk u f’liema ammonti materji għall-produzzjoni akkwistati bla dazju u/jew taxxa fuq il-bejgħ ġewx ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodott esportat (l-Anness II(II)(4) tar-Regolament bażiku u, fil-każ ta’ l-iskemi alternattivi tal-ħlas lura ta’ dazju, l-Anness III(II)(2) tar-Regolament bażiku). Fi kwalunkwe każ, l-eżenzjoni mid-dazji fuq l-oġġetti kapitali diġà mhix skema alternattiva permessibbli għall-ħlas lura tad-dazju, minħabba li l-oġġetti kapitali mhumiex ikkunsmati fil-proċess tal-produzzjoni. |
|
(52) |
Il-Gvern ta’ l-Indja ma għamilx eżami addizzjonali bbażat fuq l-oġġetti attwalment użati fil-produzzjoni li kienu involuti, għalkemm dan ikun meħtieġ li jsir normalment fin-nuqqas ta’ sistema ta’ verifika effettiva (l-Anness II(II)(5) u l-Anness III(II)(3) tar-Regolament bażiku), u lanqas ma pprova li ma kien hemm l-ebda remissjoni żejda. |
(e) Il-kalkolu ta’ l-ammont tas-sussidju
|
(53) |
Għal din ir-raġuni, il-benefiċċju suġġett għal miżuri kumpensatorji huwa l-eżenzjoni mid-dazji totali (id-dazju doganali bażiku u d-dazju doganali speċjali addizzjonali) li normalment ikun dovut waqt l-importazzjoni, kif ukoll ir-rimborż tat-taxxa fuq il-bejgħ, it-tnejn matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (PI) tar-reviżjoni. |
(i) Rimborż ta’ taxxa ċentrali fuq il-bejgħ imħallsa fuq prodotti miksuba lokalment
|
(54) |
In-numeratur ġie stabbilit kif ġej: l-ammont tas-sussidju ġie kkalkulat fuq il-bażi tat-taxxa tal-bejgħ rimborsabbli fuq ix-xiri li sar għas-settur tal-produzzjoni, eż. partijiet u materjal ta’ imballaġġ, matul il-PI tar-reviżjoni. Il-miżati li ġġarrbu neċessarjament biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(55) |
Skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq il-fatturat iġġenerat mill-bejgħ kollu għall-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat matul il-PI tar-reviżjoni (id-denominatur), għaliex is-sussidju huwa kontinġenti fuq il-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. Il-marġni ta’ sussidju miksub b’dan il-mod kien ta’ 0,04 %. |
(ii) Eżenzjoni mid-dazji ta’ importazzjoni (id-dazju doganali bażiku u d-dazju doganali speċjali addizzjonali) u rimborż tat-taxxa ċentrali fuq il-bejgħ fuq l-oġġetti kapitali
|
(56) |
Skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, il-benefiċċju kien ikkalkulat fuq il-bażi ta’ l-ammont ta’ dazju doganali mhux imħallas fuq l-oġġetti kapitali importati u l-ammont ta’ taxxa fuq il-bejgħ rimborżat fuq ix-xiri ta’ oġġetti kapitali, it-tnejn mifruxa fuq perjodu li rrifletta l-perjodu normali ta’ deprezzament ta’ oġġetti kapitali bħal dawn fl-industrija tal-prodott ikkonċernat. Il-kumpanija qalet li din għandha tkun ir-rata ta’ deprezzament li attwalment kienet użata mill-kumpanija fl-istqarrijiet finanzjarji tagħha. iżda, ir-rekwiżit fl-Artikolu 7(3) huwa interpretat li jirreferi għar-rata ta’ deprezzament speċifikata fil-leġiżlazzjoni applikabbli għall-kumpanija, f’dan il-każ ir-rata speċifikata fl-Att ta’ l-1956 dwar il-Kumpaniji. L-ammont ikkalkolat hekk, li jkun imbagħad attribwit għall-PI tar-reviżjoni, kien aġġustat billi ngħaddu miegħu l-interessi ta’ matul dan il-perjodu sabiex jirrifletti l-valur tal-benefiċċju biż-żmien u b’hekk ikun stabbilit il-benefiċċju kollu ta’ din l-iskema għal min irċevih. Id-drittijiet li neċessarjament riedu jitħallsu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku minn din is-somma biex wieħed jasal għall-ammont ta’ sussidju bħala n-numeratur. Skond l-Artikolu 7(2) u (3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju kien allokat fuq il-fatturat ta’ l-esportazzjoni tal-bejgħ tal-prodott ikkonċernat matul il-PI tar-reviżjoni bħala d-denominatur xieraq, għaliex is-sussidju huwa kontinġenti fuq il-mod kif tkun marret l-esportazzjoni u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew ittrasportati. Il-kumpanija qalet li esportazzjonijiet meqjusa għandhom ikunu inklużi fil-valur tal-bejgħ totali ta’ l-esportazzjoni, imma din it-talba ma kinitx aċċettata għar-raġunijiet imniżżla fil-premessa (36) hawn fuq. Il-marġni ta’ sussidju miksub b’dan il-mod kien ta’ 1,26 %. |
|
(57) |
Għalhekk, il-marġni totali ta’ sussidju taħt l-iskema EOU għal Jindal jammonta għal 1,3 %. |
4. Export Promotion Capital Goods Scheme (‘EPCGS’) (l-Iskema ta’ l-Oġġetti Kapitali għall-Promozzjoni ta’ l-Esportazzjoni)
(a) Bażi legali
|
(58) |
Id-deskrizzjoni ddettaljata ta’ l-EPCGS tinstab fil-Kapitolu 5 ta’ l-FTP 2004-09 u fil-Kapitolu 5 tal-HOP I 2004-09. |
(b) Eliġibilità
|
(59) |
Kwalunkwe manifattur-esportatur u negozjant-esportatur “marbut” ma’ manifattur sekondarju jew fornitur ta’ servizz huwa eliġibbli għal din l-iskema. Jindal instabet li tibbenefika minn din l-iskema matul il-PI tar-reviżjoni. |
(ċ) Implimentazzjoni prattika
|
(60) |
Taħt il-kondizzjoni ta’ l-obbligu li tesporta, il-kumpanija titħalla timporta oġġetti kapitali (ġodda u – minn April 2003 – oġġetti kapitali diġà użati mhux qodma aktar minn 10 snin) b’rata mnaqqsa ta’ dazju. Għal dan il-għan il-Gvern ta’ l-Indja joħroġ liċenzja EPCG wara applikazzjoni u l-ħlas ta’ dritt. Minn April 2000 l-iskema tipprovdi għal rata ta’ dazju ta’ importazzjoni mnaqqsa ta’ 5 % applikabbli għall-oġġetti kapitali kollha importati taħt l-iskema. Biex jiġi sodisfatt l-obbligu ta’ l-esportazzjoni, l-oġġetti kapitali importati jridu jintużaw biex jipproduċu ċertu ammont ta’ oġġetti għall-esportazzjoni matul ċertu perjodu. |
(d) Konklużjoni dwar l-EPCGS
|
(61) |
L-EPCGS tipprovdi sussidji fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) u l-Artikolu 2(21) tar-Regolament bażiku, billi l-Gvern ta’ l-Indja ma jiħux id-dħul li kien dovut. Barra dan, it-tnaqqis fid-dazju jibbenefika lill-esportatur, għaliex id-dazji mhux imħallsa waqt l-importazzjoni jtejbu l-likwidità tiegħu. |
|
(62) |
Barra dan, l-EPCGS hija kontinġenti fil-liġi mal-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, billi dawn il-liċenzji ma jistgħux jinkisbu mingħajr impenn għall-esportazzjoni. Għaldaqstant, titqies bħala speċifika u soġġetta għal miżuri kumpensatorji taħt l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(63) |
L-iskema ma tistax titqies bħala sistema permissibbli ta’ ħlas lura ta’ dazju jew sistema alternattiva permissibbli għall-ħlas lura tad-dazju fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(1)(a)(ii) tar-Regolament bażiku. L-oġġetti kapitali m’humiex koperti mill-ambitu ta’ dawn is-sistemi permissibbli, kif stipulat fl-Anness I, partita (i), tar-Regolament bażiku, għaliex huma ma jiġux ikkunsmati fil-produzzjoni tal-prodotti għall-esportazzjoni. |
(e) Il-kalkolu ta’ l-ammont tas-sussidju
|
(64) |
In-numeratur ġie stabbilit kif ġej: l-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat, skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament bażiku, fuq il-bażi ta’ dazju tad-dwana mhux imħallas fuq prodotti kapitali importati mifruxa fuq perjodu li jirrifletti l-perjodu ta’ deprezzament normali ta’ prodotti kapitali bħal dawn fl-industrija tal-film PET, li, għar-raġunijiet imniżżla fil-premessa (56) hawn fuq, kien meqjus bħala r-rata speċifika fl-Att ta’ l-1956 dwar il-Kumpaniji u mhux dak li attwalment użat il-kumpanija. L-imgħap żdied ma’ dan l-ammont biex jirrifletti l-valur sħiħ tal-benefiċċju maż-żmien. Id-drittijiet li neċessarjament iġġarrbu biex jinkiseb is-sussidju tnaqqsu, skond l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament bażiku. |
|
(65) |
Il-kumpanija saħqet li l-oġġetti kapitali importati mingħajr dazji taħt l-iskema ECPG għall-użu fl-unità Khanvel ma għadhomx jintużaw u li l-benefiċċju marbut ma’ dawn l-oġġetti ma għandux jiġi inkluż fin-numeratur. Madankollu, billi ma hemmx evidenza li l-kumpanija ma għadx għandha dawn l-oġġetti fil-pussess tagħha u li mhux se terġa’ tużahom, il-Kummissjoni se jkollha tirrifjuta din id-dikjarazzjoni. |
|
(66) |
Skond l-Artikolu 7(2) u 7(3) tar-Regolament bażiku dan l-ammont ta’ sussidju ġie allokat fuq il-fattura ta’ l-esportazzjoni tal-prodott ikkonċernat iġġenerat matul il-PI tar-reviżjoni (id-denominatur), għaliex is-sussidju huwa kontinġenti fuq il-mod kif tkun marret l-esportazzjoni. Il-kumpanija qalet li esportazzjonijiet meqjusa għandhom ikunu inklużi fil-valur tal-bejgħ totali ta’ l-esportazzjoni, imma din it-talba ma kienetx aċċettata għar-raġunijiet imniżżla fil-premessa (36) hawn fuq. Is-sussidju li kisbet Jindal huwa 1,11 %. |
5. Export Income Tax Exemption Scheme (‘EITES’) (l-Iskema ta’ Eżenzjoni mit-Taxxa fuq id-Dħul)
(a) Bażi legali
|
(67) |
Il-bażi legali ta’ din l-iskema tinsab fl-Att ta’ l-1961 dwar it-Taxxa tad-Dħul, li jiġi emendat kull sena bl-Att dwar il-Finanzi. Dan ta’ l-aħħar jistabbilixxi kull sena l-bażi għall-ġbir tat-taxxi kif ukoll id-diversi eżenzjonijiet u tnaqqis li jistgħu jkunu mithuba. L-Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni eż. jistgħu jintalbu eżenzjonijiet tat-taxxa fuq id-dħul taħt it-taqsima 10B ta’ l-Att ta’ l-1961 dwar it-Taxxa fuq id-Dħul. |
(b) Implimentazzjoni prattika
|
(68) |
Jindal ma nstabitx li qed tuża benefiċċji taħt EITES,u għalhekk mhix meħtieġa analiżi ulterjuri ta’ jekk din l-iskema hijiex kumpensatorja. |
6. Export Credit Scheme (‘ECS’) (Skema tal-Kreditu għall-Esportazzjoni)
(a) Bażi legali
|
(69) |
Id-dettalji ta’ l-iskema huma stipulati fiċ-Ċirkulari Prinċipali IECD Nru 5/04.02.01/2002-03 (Kreditu għall-Esportazzjoni f’Munita Barranija) u ċ-Ċirkulari Prinċipali IECD Nru 10/04.02.01/2003-04 (Kreditu għall-Esportazzjoni fir-Rupee) tal-Bank tar-Riserva ta’ l-Indja (‘RBI’), li huma indirizzati lill-banek kummerċjali kollha fl-Indja. |
(b) Eliġibilità
|
(70) |
L-esportaturi li jimmanifatturaw u n-negozjanti li jesportaw huma eliġibbli għal din l-iskema. Jindal instabet li tibbenefika minn din l-iskema matul il-PI tar-reviżjoni. |
(ċ) Implimentazzjoni prattika
|
(71) |
Taħt din l-iskema, ir-RBI jiffissa b’mod obbligatorju l-ogħla livell ta’ rati ta’ interessi applikabbli għall-kreditu għall-esportazzjoni, kemm fir-Rupee Indjan kif ukoll fil-munita barranija, li l-banek kummerċjali jistgħu jiċċarġjaw lill-esportatur “bil-ħsieb li l-kreditu jsir disponibbli għall-esportaturi b’rati kompetittivi internazzjonalment”. L-ECS tikkonsisti f’żewġ sottoskemi, il-Pre-Shipment Export Credit Scheme (l-Iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni qabel it-trasport bil-baħar) (“kreditu għall-ippakkjar”), li tkopri kreditu pprovdut lill-esportatur biex jiffinanzja x-xiri, l-ipproċessar, il-manifattura, l-ippakkjar u/jew it-trasport bil-baħar ta’ l-oġġetti qabel ikunu esportati, u l-Post-Shipment Export Credit Scheme (l-iskema ta’ Kreditu għall-Esportazzjoni wara t-trasport bil-baħar), li tipprovdi għal self ta’ kapital ċirkolanti bl-iskop li wieħed jaħdem bih sakemm jidħol il-ħlas ta’ l-oġġetti esportati. Ir-RBI jordna wkoll lill-banek biex jipprovdu ċertu ammont mill-kreditu bankarju nett tagħhom għall-finanzjament ta’ l-esportazzjoni. |
|
(72) |
B’riżultat ta’ dawn iċ-Ċirkularijiet Prinċipali tar-RBI, l-esportaturi jistgħu jiksbu kreditu għall-esportazzjoni b’rati ta’ interessi preferenzjali meta mqabbla mar-rati ta’ interessi għall-kreditu kummerċjali ordinarji (kreditu ta’ flus), li huma ffissati skond il-kundizzjonijet tas-suq. |
(d) Konklużjoni dwar l-ECS
|
(73) |
L-ewwelnett, bit-tnaqqis fl-ispejjeż ta’ l-iffinanzjar meta mqabbel mar-rati ta’ interessi fis-suq, ir-rati ta’ interessi preferenzjali hawn fuq jagħtu benefiċċju fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku lil dawn l-esportaturi. Minkejja li l-krediti preferenzjali taħt l-ECS jingħataw mill-banek kummerċjali, dan il-benefiċċju huwa kontribuzzjoni finanzjarja mill-gvern fil-kuntest ta’ l-Artikolu 2(1)(iv) tar-Regolament bażiku. Ir-RBI huwa istituzzjoni pubblika, li taqa’ għalhekk taħt id-definizzjoni ta’ “gvern” kif spjegat fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament bażiku u huwa jordna lill-banek kummerċjali biex jiffinanzjaw b’mod preferenzjali lill-kumpaniji li jesportaw. Dan l-iffinanzjar preferenzjali jammonta għal sussidju, li huwa meqjus li hu speċifiku u suġġett għal miżuri kumpensatorji billi r-rati ta’ interessi preferenzjali huma kontinġenti fuq il-mod kif tkun marret l-esportazzjoni, skond l-Artikolu 3(4)(a) tar-Regolament bażiku. |
(e) Il-kalkolu ta’ l-ammont tas-sussidju
|
(74) |
L-ammont ta’ sussidju kien ikkalkulat fuq il-bażi tad-differenza bejn l-interessi mħallsa fuq il-krediti għall-esportazzjoni użati matul il-PI tar-reviżjoni u l-ammont li kien irid jitħallas kieku kienu applikati l-istess rati ta’ interessi li kienu applikabbli għal self kummerċjali ordinarju użat mill-kumpanija. Dan l-ammont ta’ sussidju (numeratur) kien allokat fuq il-fatturat totali mill-esportazzjoni matul il-perjodu ta’ l-investigazzjoni tar-reviżjoni (id-denominatur) skond l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku għaliex is-sussidju huwa kontinġenti fuq l-esportazzjonijiet u ma ngħatax b’referenza għall-kwantitajiet manifatturati, prodotti, esportati jew trasportati. Jindal użat il-benefiċċji taħt l-ECS u ngħatat sussidju ta’ 0,1 %. |
7. Duty-Free Replenishment Certificate (DFRC) (Ċertifikat ta’ Mili mill-Ġdid Meħlus mid-Dazju)
(a) Bażi legali
|
(75) |
Il-bażi legali għal din l-iskema tinsab fil-paragrafu 4.2 ta’ l-FTP 2004-09. |
(b) Implimentazzjoni prattika
|
(76) |
Jindal ma nstabitx li qed tuża benefiċċji taħt id-DFRC matul il-PI tar-reviżjoni, għalhekk mhix meħtieġa analiżi ulterjuri ta’ jekk din l-iskema hijiex kumpensatorja. |
III. Skemi Reġjonali
Skema ta’ Pakkett ta’ Inċentivi (PSI – Package Scheme of Incentives) tal-Gvern ta’ Maharashtra
(a) Bażi legali
|
(77) |
Biex jinkoraġġixxi l-istabbiliment ta’ l-industriji fiż-żoni inqas żviluppati ta’ l-Istat, il-Gvern ta’ Maharashtra ilu jagħti inċentivi lill-unitajiet ġodda li jespandu u jistabbilixxu ruħhom f’reġjuni li qed jiżviluppaw ta’ l-Istat, sa mill-1964, taħt l-iskema magħrufa komunement bħala l-“Iskema ta’ Pakkett ta’ Inċentivi”. L-iskema ġiet emendata diversi drabi mid-dħul tagħha u l-“Iskema ta’ l-1993” kienet applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 1993 sal- 31 ta’ Marzu 2001 waqt li l-aħħar emenda, il-PSI 2006, iddaħħlet fil-marġnijiet tal-“Politika ta’ Maharashtra dwar l-Industrija, l-Investiment u l-Infrastruttura ta’ l-2006” fir-rebbiegħa ta’ l-2006 u huwa previst li se tkun eliġibbli għall-applikazzjoni sal-31 ta’ Marzu 2011. Il-PSI tal-Gvern ta’ Maharashtra hija komposta minn bosta sottoskemi, fejn dik ewlenija hija l-għotjiet diretti permezz ta’ l-hekk imsejħa sussidji tal-promozzjoni industrijali, l-eżenzjoni mit-taxxa tal-bejgħ lokali u d-dazju ta’ l-elettriku u r-rifużjoni tat-taxxa octroi. |
|
(78) |
Jindal għadha tuża inċentivi taħt il-PSI 1993 sa Mejju 2011 u mhux taħt skemi suċċessivi. Konsegwentement, il-PSI 1993 biss ġie evalwat fil-kuntest ta’ dan il-każ. |
(b) Eliġibilità
|
(79) |
Biex ikunu eliġibbli, il-kumpaniji jridu jinvestu fiż-żoni inqas żviluppati jew billi jwaqqfu stabbiliment industrijali ġdid jew billi jagħmlu investiment kapitali fuq skala kbira biex jespandu jew jiddiversifikaw stabbiliment industrijali eżistenti. Dawn iż-żoni huma kklassifikati skond l-iżvilupp ekonomiku tagħhom f’kategoriji differenti (per eżempju żona inqas żviluppata, żona ħafna inqas żviluppata, u żona l-inqas żviluppata). Il-kriterju prinċipali biex ikun stabbilit l-ammont ta’ inċentivi huwa ż-żona li fiha l-intrapriża tinsab jew se tkun tinsab u d-daqs ta’ l-investiment. |
(ċ) Implimentazzjoni prattika
|
(80) |
Remissjoni fuq it-taxxa tal-bejgħ lokali fuq il-bejgħ ta’ oġġetti lesti. L-oġġetti normalment ikunu soġġetti għal taxxa lokali fuq il-bejgħ (għall-bejgħ bejn l-istati) jew, fl-imgħoddi, it-taxxa ta’ l-Istat fuq il-bejgħ (għall-bejgħ fl-Istat) f’livelli li jvarjaw skond f’liema Stat/Stati jsiru t-transazzjonijiet. F’April 2005, il-leġiżlazzjoni tat-taxxa fuq il-bejgħ għal bejgħ intra-Statali fil-Maharashtra ġiet mibdula b’sistema ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (‘VAT’). Taħt l-iskema ta’ l-eżenzjoni, l-unitajiet innominati mhumiex meħtieġa jiġbru taxxa fuq il-bejgħ għat-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ tagħhom. Bl-istess mod, l-unitajiet innominati huma eżentati mill-ħlas tat-taxxa lokali fuq il-bejgħ fuq ix-xiri tagħhom ta’ oġġetti minn fornitur li huwa nnifsu huwa eliġibbli għall-iskema. Jindal instabet li bbenefikat minn din l-eżenzjoni fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ta’ bejgħ matul il-PI tar-reviżjoni. |
|
(81) |
Ir-rimbors tad-dazju fuq l-elettriku: L-unitajiet eliġibbli għal rifużjoni tad-dazju fuq l-elettriku għall-elettriku kkunsmat għal skopijiet ta’ produzzjoni fuq perjodu ta’ seba’ snin mid-data tal-produzzjoni kummerċjali. Fil-każ ta’ Jindal dan il-perjodu ta’ seba’ snin skada fil-31 ta’ Marzu 2003. Konsegwentement, Jindal ma għadhiex eliġibbli għar-rimbors tad-dazju fuq l-elettriku. |
|
(82) |
Ir-rimbors tat-taxxa Octroi: Octroi hija taxxa miġbura mill-Gvernijiet lokali fl-Indja, inkluż il-Gvern ta’ Maharashtra, fuq l-oġġetti li jidħlu fil-limiti territorjali ta’ belt jew distrett. L-intrapriżi industrijali jkunu intitolati għal rifużjoni tat-taxxa octroi mill-Gvern ta’ Maharashtra, jekk l-istabbiliment tagħhom ikun jinsab f’ċerti bliet speċifikati fit-territorju ta’ l-Istat. L-ammont totali li jista’ jingħata lura huwa ristrett għal 100 % ta’ l-investiment kapitali fiss. L-impjant ta’ Jindal jinsab barra mil-limiti tal-belt u għalhekk, fiha nnifisha hija eżentata mit-taxxa octroi u din is-sottoskema mhijiex applikabbli f’dan il-każ. |
(d) Konklużjoni dwar il-PSI 1993 tal-Gvern ta’ Maharashtra
|
(83) |
Jindal kisbet biss drittijiet ta’ remissjoni għat-taxxa fuq il-bejgħ ta’ prodotti lesti matul il-PI tar-reviżjoni, li fl-imgħoddi nstabet li ma tagħtix benefiċċju lir-reċipjent (il-premessa (144) tar-Regolament (KE) Nru 367/2006. Konsegwentement, il-PSI mhijiex suġġetta għal miżuri kumpensatorji f’dan il-każ. |
IV. Ammont ta’ sussidji suġġetti għal miżuri kumpensatorji
|
(84) |
L-ammont ta’ sussidji suġġetti għal miżuri kumpensatorji ddeterminati skond id-disposizzjonijiet tar-Regolament bażiku, espress ad valorem, għall-esportatur-produttur investigat huwa ta’ 17,1 %. Dan l-ammont ta’ sussidjar jaqbeż il-limitu de minimis imsemmi fl-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku.
|
V. Karattru dejjiemi taċ-ċirkostanzi mibdula fir-rigward tas-sussidjar
|
(85) |
Skond l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, ġie eżaminat jekk il-kontinwazzjoni tal-miżura eżistenti fis-seħħ kinitx biżżejjed biex tikkumpensa s-sussidju suġġett għal miżuri kumpensatorji li qed jikkawża l-ħsara. |
|
(86) |
Kien stabbilit li matul il-PI tar-reviżjoni, Jindal kompliet tibbenefika mill-għoti ta’ sussidji suġġetti għal miżuri kumpensatorji mill-awtoritajiet Indjani. Barra minn hekk, ir-rata tas-sussidju nstabet matul din ir-reviżjoni li hija ħafna ogħla minn dik stabbilita matul l-investigazzjoni oriġinali. Ma kienet disponibbli ebda evidenza li turi li l-iskemi mhux se jitkomplew jew li progressivament se jispiċċaw fil-futur qrib. |
|
(87) |
Billi ntwera li l-kumpanija tirċievi sussidjar ħafna ogħla minn qabel u li aktarx tkompli tirċievi sussidji ta’ ammont ogħla minn dak iddeterminat fl-investigazzjoni oriġinali, huwa konkluż li t-tkomplija tal-miżura eżistenti mhix biżżejjed biex tikkumpensa s-sussidju suġġett għal miżuri kumpensatorji li qed jikkawża l-ħsara u li l-livell tal-miżuri għandu għalhekk jiġi emendat biex jirrifletti s-sejbiet il-ġodda. |
VI. Konklużjoni
|
(88) |
Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tal-livell ta’ sussidjar ta’ Jindal u l-insuffiċjenza tal-miżuri eżistenti biex jikkumpensaw is-sussidji suġġetti għal miżuri kumpensatorji misjuba, id-dazju kumpensatorju fir-rigward ta’ Jindal għandu jiġi emendat biex jirrifletti l-livelli ġodda ta’ sussidjar misjuba. |
|
(89) |
Id-dazju kumpensatorju emendat għandu jiġi stabbilit bir-rata l-ġdida ta’ sussidjar misbjuba matul ir-reviżjoni preżenti, għaliex il-marġni ta’ ħsara kkalkulat fl-investigazzjoni oriġinali għadu ogħla. |
|
(90) |
Bi qbil ma’ l-Artikolu 24(1) tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, l-ebda prodott ma għandu jiġi suġġett għal dazji anti-dumping kif ukoll għal dazji kumpensatorji bil-għan li tiġi ttrattata l-istess sitwazzjoni li tinħoloq minn dumping jew minn sussidju ta’ l-esportazzjoni. Madankollu minħabba Jindal hija soġġetta għal dazju anti-dumping ta’ 0 % fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx fil-każ preżenti. |
|
(91) |
Jindal, il-Gvern ta’ l-Indja u l-industrija Komunitarja ġew infurmati bil-fatti essenzjali u l-kunsiderazzjonijiet li fuq il-bażi tagħhom se tiġi rrakkomandata l-emenda tal-miżuri fis-seħħ u ngħataw l-opportunità jikkummentaw. Il-Gvern ta’ l-Indja ma tax kummenti, u l-kummenti ta’ Jindal ġew diskussi fil-premessi rilevanti għal kull kumment speċifiku hawn fuq. |
|
(92) |
Il-kumpanija, fil-kummenti tagħha wara l-kxif, talbet lill-Kummissjoni biex taċċetta impenn li tgħolli l-prezz biex tpatti għas-sussidji suġġetti għal miżuri kumpensatorji li nstabu. Il-Kummissjoni eżaminat il-proposta tal-kumpanija u tqis li impenn biex jiżdied il-prezz ma jistax jiġi aċċettat. Impenn biex jiżdied il-prezz ibbażat fuq gruppi ta’ prodotti, kif issuġġerit mill-kumpanija, jippermetti ammont kbir ta’ flessibilità biex jinbidlu l-karatteristiċi tekniċi tal-prodotti fil-grupp. Il-film tal-PET għandu bosta fatturi li jiddifferenzjawh u li dejjem jevolvu, li fil-biċċa l-kbira jiddeterminaw il-prezz tal-bejgħ. Konsegwentement, il-bidliet f’dawk il-fatturi jkollhom impatt sinifikanti fuq il-prezzijiet. Sforz biex jiġu sottodiviżi l-gruppi biex isiru iktar omoġenji f’termini tal-karatteristiċi fiżiċi jwassal għal multiplikazzjoni tal-gruppi u b’hekk il-monitoraġġ ma jibqax prattikabbli, partikolarment billi l-awtoritajiet doganali jsibuha iktar diffiċli biex jagħrfu d-differenza bejn it-tipi ta’ prodotti u l-klassifikazzjoni tal-prodotti skond il-grupp fl-importazzjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, l-aċċettazzjoni ta’ impenn biex jiżdied il-prezz ma titqiesx bħala waħda prattika fi ħdan it-tifsira ta’ l-Artikolu 13(3) tar-Regolament bażiku. Jindal ġiet infurmata u ngħatat l-opportunità tagħti fehmiha. Madankollu, il-kummenti tagħha ma biddlux il-konklużjoni ta’ hawn fuq. |
|
(93) |
Billi India Polyfilms Limited, kumpanija li qabel kienet relatata ma’ Jindal, ingħaqdet ma’ Jindal fl-1 ta’ April 1999 u ma għadhiex aktar entità separata, hija tneħħiet mil-lista mniżżla fl-Artikolu 1(2). |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 367/2006 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:
“2. Ir-rata ta’ dazju applikabbli għall-prezz nett liberu fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju fuq l-importazzjonijiet prodotti fl-Indja mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:
|
Kumpanija |
Dazju definittiv (%) |
Il-Kodiċi Addizzjonali TARIC |
||
|
12,0 |
A026 |
||
|
Flex Industries Limited A-1, Sector 60, Noida 201 301 (U.P.), India |
12,5 |
A027 |
||
|
14,9 |
A028 |
||
|
Jindal Poly Films Limited 56 Hanuman Road, New Delhi 110 001, India |
17,1 |
A030 |
||
|
8,7 |
A031 |
||
|
19,1 |
A032 |
||
|
Il-kumpaniji l-oħra kollha |
19,1 |
A999 ” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 28 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
M. PINHO
(1) ĠU L 288, 21.10.1997, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 461/2004 (ĠU L 77, 13.3.2004, p. 12).
(2) ĠU L 316, 10.12.1999, p. 1.
(3) ĠU Ċ 297, 2.12.2004, p. 2.
(4) ĠU L 68, 8.3.2006, p. 15. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1288/2006 (ĠU L 236, 31.8.2006, p. 1).
(5) ĠU Ċ 180, 2.8.2006, p. 90.
(6) Notifika Nru 1 (RE-2006)/2004-2009 tas-7.4.2006 tal-Ministeru tal-Kummerċ u l-Industrija tal-Gvern ta’ l-Indja.