Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R1040

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1040/2007 ta’ l- 10 ta’ Settembru 2007 li japprova emendi minuri lill-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

    ĠU L 238, 11.9.2007, p. 29–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/1040/oj

    11.9.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 238/29


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1040/2007

    ta’ l-10 ta’ Settembru 2007

    li japprova emendi minuri lill-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni elenkata fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini u ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 ta’ l-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni sentenza ta’ l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 u fid-dawl ta’ l-Artikolu 17(2) ta’ l-istess Regolament, il-Kummissjoni eżaminat it-talba ta’ Franza biex jiġu approvati emendi lill-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni protetta ta’ oriġini “Melon du Quercy”, irreġistrata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1165/2004 (2).

    (2)

    L-għan ta’ din it-talba huwa li temenda l-ispeċifikazzjonijiet li jirrigwardaw l-ismijiet tal-komuni inklużi fiż-żona ġeografika tal-“Melon du Quercy”, peress li ħames komuni tħallew barra bi żball mil-lista meta l-ismijiet tal-cantons [distretti awtonomi] u l-komuni ġew traskritti mill-mappa.

    (3)

    Il-Kummissjoni eżaminat l-emenda kkonċernata u kkonkludiet li hija ġġustifikata. Billi din hija emenda minuri skond l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni tista’ tapprovaha mingħajr rikors għall-proċedura stipulata fl-Artikoli 5, 6 u 7 ta’ l-istess Regolament,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-indikazzjoni ġeografika protetta “Melon du Quercy” huma b’dan emendati skond l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Sintesi ta’ l-elementi ewlenin ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tinsab fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 10 ta’ Settembru 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2007 (ĠU L 210, 10.8.2007, p. 26).

    (2)  ĠU L 224, 25.6.2004, p. 16.


    ANNESS I

    B’dan huma approvati l-emendi li ġejjin għall-ispeċifikazzjonijiet ta’ l-indikazzjoni ġeografika protetta “Melon du Quercy” (Franza):

    “Żona ġeografika”:

    Fil-paragrafu li jibda “Il-komuni tal-cantons li ġejjin”

    taħt l-ewwel inċiż “Fi Tarn et Garonne”, it-tieni subinċiż

    Canton de Valence d’Agen

    jiżdied l-isem tal-komun li ġej:

    “Perville”

    taħt it-tieni inċiż, “F’Lot”,

    jiżdied ir-raba’ subinċiż bl-ismijiet tal-komuni li ġejjin:

    Canton de Cahors Sud: “Labastide-Marnhac”, “Le Montat”

    taħt it-tieni inċiż, “F’Lot”,

    fis-subinċiż Canton de Luzech,

    jiżdied l-isem tal-komun li ġej:

    “Cambayrac”

    fis-subinċiż Canton de Puy l’Evêque,

    jiżdied l-isem tal-komun li ġej:

    “Floressas”.


    ANNESS II

    SINTEŻI

    IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006 dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel

    “MELON DU QUERCY”

    Nru tal-KE: FR/IGP/105/0086//30.12.2005

    DOP ( ) IĠP (X)

    Din is-sinteżi tagħti l-elementi ewlenin ta’ l-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott b’għan informattiv.

    1.   Dipartiment responsabbli fl-Istat Membru:

    Isem

    :

    Institut national des appellations d’origine

    Indirizz

    :

    51, rue d’Anjou — F-75008 Paris

    Tel.

    :

    (33) 153 89 80 00

    Feks

    :

    (33) 142 25 57 97

    Posta elettronika

    :

    info@inao.gouv.fr

    2.   Grupp:

    Isem

    :

    Syndicat Interprofessionnel du Melon du Quercy

    Indirizz

    :

    29, avenue du Général de Gaulle – F-46170 CASTELNAU-MONTRATIER

    Tel.

    :

    (33) (0) 565 21 96 83

    Feks

    :

    (33) (0) 565 21 88 15

    Posta elettronika

    :

    melon-du-quercy@wanadoo.fr

    Kompożizzjoni

    :

    Produtturi/proċessuri (X) Oħrajn ( )

    3.   Tip ta’ prodott:

    Klassi 1.6

    Frott, ħaxix u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati

    4.   Speċifikazzjonijiet

    (sinteżi tar-rekwiżiti skond l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006)

    4.1.   Isem:

    “Melon du Quercy”

    4.2.   Deskrizzjoni:

    Bettieħ bil-qoxra lixxa jew minsuġa, lewn aħdar/griż jagħti fl-isfar, bil-laħam oranġjo, u b’piż ta’ bejn 450 g u 1 300 g jew aktar.

    4.3.   Żona ġeografika:

    Iż-żona ta’ IĠP “Melon du Quercy” tinkludi:

     

    Il-cantons li ġejjin:

    F’Tarn et Garonne: Bourg de Visa, Caussade, Lafrançaise, Lauzerte, Moissac, Molières, Montaigu de Quercy, Monpezat de Quercy, Monclar de Quercy, Négrepolisse, Villebrumier, Montauban

    F’Lot: Calstelnau-Montratier, Montcuq, Lalbenque

    F’Lot et Garonne: Tournon, Penne, Beauville, Puymirol

     

    Il-komuni tal-cantons li ġejjin:

    F’Tarn et Garonne:

    Canton de Caylus: Mouillac

    Canton de Valence d’Agen: Castelsagrat, Goudouville, Saint-clair, Gasque, Montjoi, Perville, Pommevic, Valence d’Agen

    F’Lot:

    Canton de Cahors Sud: Labastide-Marnhac, Le Montat

    Canton de Limogne: Concots

    Canton de Luzech: Cambayrac, Carnac Rouffiac, Villesèque, Sauzet

    Canton de Puy l’Évêque: Floressas, Lacapelle Cabanac, Sérignac, Mauroux

    4.4.   Prova ta’ l-oriġini:

    Il-bettieħa ta’ Quercy ilha titkabbar fir-reġjun ta’ Quercy mis-seklu sittax. Fl-1930, il-produzzjoni tal-bettieħ ħadet spinta bis-saħħa, partikolarment, taż-żieda fil-medda ta’ artijiet imħawla bih u d-dehra tiegħu fis-swieq lokali. Din il-produzzjoni baqgħet tiżdied fis-snin 1940-45, u mill-1960 ’il quddiem ħadet spinta oħra permezz tat-trasport.

    Illum il-ġurnata, il-bettieħa ta’ Quercy tgawdi minn reputazzjoni mseddqa, u l-għadd ta’ marki użati minnu nnifsu juri l-importanza tar-rabta bejn il-bettieħa u r-reġjun ta’ Quercy.

    Fil-bidu ta’ kull sena tas-suq, il-ġonot tar-raba’ ta’ kull produttur jiġu approvati mill-esperti awtorizzati mill-korp ta’ ċertifikazzjoni, skond iż-żona ġeografika u l-art eliġibbli. Kull ġonta raba’ titniżżel fir-reġistru tal-kultivazzjonijiet tal-Melon du Quercy: il-komun, is-sezzjoni, in-numri ta’ referenza fir-reġistru ta’ l-artijiet, u l-erja f’mijiet ta’ metri kwadri (ares).

    Kopja ta’ din l-informazzjoni tinżamm fir-reġistru tal-kultivazzjonijiet tal-produttur, kopja oħra tintbagħat lill-impjant ta’ l-ippakkjar, u kopja oħra tinbagħat lis-Syndicat Interprofessionnel du Melon du Quercy.

    B’hekk jiġu identifikati u rreġistrati isem il-produttur, il-varjetà u l-ġonot tar-raba’ li jikkorrispondu għal kull lott li jitwassal sa l-impjant ta’ l-ippakkjar. Dan l-impjant jiġbor flimkien il-lottijiet ta’ diversi produtturi. Il-lottijiet iċċertifikati jiġu sseparati mil-lottijiet mhux iċċertifikati malli jidħlu fl-impjant ta’ l-ippakkjar, biex imbagħad jiġu ppakkjati, tikkettati u kkummerċjalizzati separatament.

    4.5.   Metodu ta’ produzzjoni:

    Il-bettieħ ta’ Quercy jitkabbar minn varjetajiet magħżula. Il-ħsad isir meta jkun misjur għal kollox, u jekk possibbli, kuljum qabel is-13:00. Il-bettieħ jitqiegħed minnufih f’kontenituri ta’ l-injam jew kaxxi tal-plastik, f’saff wieħed biss, wieħed ħdejn l-ieħor iżda mingħajr ma jitgeddes iżżejjed.

    Wara l-ħsad, il-bettieħ jitqiegħed f’post fejn ikun protett mix-xemx u mill-maltemp. It-trasport sa l-impjant ta’ l-ippakkjar isir dakinhar stess tal-ħsad. Il-bettieħ imbagħad jiġi ċċekkjat u approvat skond id-dehra u l-kontenut ta’ zokkor tiegħu. Jiġi kklassifikat, iggradat u mbagħad ippakkjat f’kontenitur ċellulari u/jew imġeżwer fil-karta, skond il-piż u l-kulur.

    4.6.   Rabta:

    Il-vantaġġ kbir tar-reġjun tal-Quercy għall-produzzjoni tal-bettieħ jinsab fil-ħamrija u fil-klima tiegħu. Il-karatteristiċi tal-klima, daqqa b’influwenzi mill-oċean (temp frisk u umdu) u daqqa mill-Mediterran (temp sħun u niexef), iġibu magħhom abitwalment varjazzjonijiet kbar fit-temperatura, u b’hekk jiżguraw l-kundizzjonijiet ideali għat-tkabbir tal-bettieħ f’termini ta’ temperatura u umdità.

    Fattur ieħor huwa l-ħamrija bil-kontenut tagħha ta’ ġir u ta’ tafal. It-tafal huwa essenzjalment magħmul mill-illite u l-montmorillonite, li jippreservaw il-potassju. B’hekk, il-ħamrija tirregola n-nutriment tal-pjanta b’dan il-mineral. Dan jagħti lill-bettieħa l-fwieħa partikolari ta’ l-art. Barra minn hekk, il-ħamrija għandha kapaċità tajba biex iżżomm l-ilma, u b’hekk tiżgura li l-pjanta tirċievi provvista regolari.

    4.7.   Organu ta’ spezzjoni:

    Isem

    :

    QUALISUD

    Indirizz

    :

    15, avenue de Bayonne, 40500 Saint Sever

    Tel.

    :

    (33) (0) 558 06 53 30

    Feks

    :

    (33) (0) 562 88 13 91

    Posta elettronika

    :

    qualisud@wanadoo.fr

    4.8.   Tikkettar:

    Isem il-prodott: Melon du Quercy.

    Karatteristiċi ċċertifikati: Imkabbar fir-reġjun ta’ Quercy, maħsud meta misjur għal kollox.


    Top