Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0850

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 850/2007 tad- 19 ta’ Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 378/2005 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza fil-kuntest ta’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ adittivi fl-għalf (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 188, 20.7.2007, p. 3–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/850/oj

    20.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 188/3


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 850/2007

    tad-19 ta’ Lulju 2007

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 378/2005 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza fil-kuntest ta’ l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ adittivi fl-għalf

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar addittivi għall-użu fl-għalf ta’ l-annimali (1), u b'mod partikolari it-tielet sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 21 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipola proċedura tal-Komunità għall-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fuq is-suq u l-użu ta’ adittivi fl-għalf għan-nutriment ta’ l-annimali. Jipprovdi li kull persuna li titlob awtorizzazzjoni għall-adittiv fl-għalf jew għal użu ġdid ta’ adittiv fl-għalf għandha tissottometti applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni lill-Kummissjoni skond dak ir-Regolament (l-applikazzjoni).

    (2)

    Barra minn hekk, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi għat-twaqqif ta’ Laboratorju ta’ Referenza tal-Komunità (l-LRK) sabiex iwettaq ċerti dmirijiet u ħidmiet stipulati f’Anness II ta’ dak ir-Regolament. Dak ir-Regolament jipprevedi wkoll li l-LRK jista' jiġi assistit minn konsorzju ta’ Laboratorji ta’ Referenza Nazzjonali.

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 378/2005 jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 fir-rigward ta’ l-applikazzjonijiet u d-doveri u l-ħidmiet ta’ l-LRK.

    (4)

    L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2005 jistipola li l-LRK għandu jitlob ħlas lill-applikanti għal kull applikazzjoni (il-miżata). Barra minn hekk, l-Anness II għal dak ir-Regolament jistabbilixxi lista tal-konsorzju tal-Laboratorji ta’ Referenza Nazzjonali.

    (5)

    L-ammont tal-miżata qatt ma ġie adattat mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 378/2005 u għandha jiżdied sabiex jieħu kont ta’ l-esperjenza miksuba minn dik id-data 'l hawn.

    (6)

    Ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, l-Ungerija u l-Finlandja infurmaw lill-Kummissjoni li l-isem jew ċertu dettalji tal-Laboratorji ta’ Referenza Nazzjonali tagħhom li qed jieħdu sehem fil-konsorzju nbidlu. Għalhekk, il-lista fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 378/2005 għandu tiġi sostitwita bit-test ta’ l-Anness għal dan ir-Regolament.

    (7)

    Ir-Regolament (KE) Nru 378/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 378/2005 qiegħed jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 4, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

    “1.   L-LRK għandu jitlob miżata mill-applikant ta’ EUR 6 000 għal kull applikazzjoni (il-miżata).”

    (2)

    L-Anness II huwa ssostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 19 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 378/2005 (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8).


    ANNESS

    “ANNESS II

    Laboratorji ta’ Referenza Komunitarji u konsorzju tal-Laboratorji ta’ Referenza Nazzjonali, kif imsemmija fl-Artikolu 6(2)

    LABORATORJU TA' REFERENZA KOMUNITARJU

    Ċentru ta’ Riċerka Konġunt tal-Kummissjoni Ewropea. Istitut għall-Materjali u Kejl ta’ Referenza. Geel, Belġju.

    LABORATORJI NAZZJONALI TA’ REFERENZA TA’ L-ISTATI MEMBRI

    Belgique/België

    Federaal Voedingslabo Tervuren (AFSCA-FAVV), Tervuren,

    Vlaamse Instelling voor Technologisch Onderzoek (VITO), Mol.

    Česká republika

    Ústřední kontrolní a zkušební ústav zemědělský (ÚKZÚZ), Praha.

    Danmark

    Plantedirektoratets Laboratorium, Lyngby.

    Deutschland

    Schwerpunktlabor Futtermittel des Bayerischen Landesamtes für Gesundheit und Lebensmittelsicherheit (LGL), Oberschleißheim,

    Landwirtschaftliche Untersuchungs- und Forschungsanstalt (LUFA) Speyer, Speyer,

    Sächsische Landesanstalt für Landwirtschaft, Fachbereich 8 — Landwirtschaftliches Untersuchungswesen, Leipzig,

    Thüringer Landesanstalt für Landwirtschaft (TLL), Abteilung Untersuchungswesen. Jena.

    Eesti

    Põllumajandusuuringute Keskus (PMK), Jääkide ja saasteainete labor, Saku, Harjumaa,

    Põllumajandusuuringute Keskus (PMK), Taimse materjali analüüsi labor, Saku, Harjumaa.

    Éire/Ireland

    The State Laboratory, Kildare.

    España

    Laboratorio Arbitral Agroalimentario, Ministerio de Agricultura, Pesca y Alimentación, Madrid,

    Laboratori Agroalimentari, Departament d’Agricultura, Ramaderia i Pesca, Generalitat de Catalunya, Cabrils.

    France

    Laboratoire de Rennes, Direction générale de la concurrence, de la consommation et de la répression des fraudes (DGCCRF), Rennes.

    Italia

    Istituto Superiore di Sanità, Dipartimento di Sanità alimentare ed animale, Roma,

    Centro di referenza nazionale per la sorveglianza ed il controllo degli alimenti per gli animali (CReAA), Torino.

    Κύπρος

    Εργαστήριο Ελέγχου Ζωοτροφών, Τμήμα Γεωργίας, Λευκωσία.

    Latvija

    Valsts veterinārmedicīnas diagnostikas centrs (VVMDC), Rīga.

    Lietuva

    Nacionalinė veterinarijos laboratorija, Vilnius,

    Klaipėdos apskrities VMVT laboratorija, Klaipėda.

    Luxembourg

    Laboratoire de contrôle et d'essais — ASTA, Ettelbruck.

    Magyarország

    Mezőgazdasági Szakigazgatási Hivatal (MgSzH) Élelmiszer- és Takarmánybiztonsági Igazgatóság, Központi Takarmányvizsgáló Laboratórium – Nemzeti Referencia Laboratórium, Budapest.

    Nederland

    RIKILT-Instituut voor Voedselveiligheid, Wageningen,

    Rijksinstituut voor Volksgezondheid en Milieu (RIVM), Bilthoven.

    Österreich

    Österreichische Agentur für Gesundheit und Ernährungssicherheit (AGES), Wien.

    Polska

    Instytut Zootechniki w Krakowie, Krajowe Laboratorium Pasz, Lublin,

    Państwowy Instytut Weterynaryjny, Puławy.

    Portugal

    Laboratorio Nacional de Investigação Veterinária, Lisboa.

    Slovenija

    Univerza v Ljubljani, Veterinarska fakulteta. Nacionalni veterinarski inštitut, Enota za patologijo prehrane in higieno okolja, Ljubljana,

    Kmetijski inštitut Slovenije, Ljubljana.

    Slovensko

    Skúšobné laboratórium – Oddelenie analýzy krmív, Ústredný kontrolný a skúšobný ústav poľnohospodársky, Bratislava.

    Suomi/Finland

    Elintarviketurvallisuusvirasto/Livsmedelssäkerhetsverket (Evira), Helsinki/Helsingfors.

    Sverige

    Foderavdelningen, Statens Veterinärmedicinska Anstalt (SVA), Uppsala.

    United Kingdom

    The Laboratory of the Government Chemist, Teddington.

    LABORATORJI TA' REFERENZA NAZZJONALI JEW TAL-PAJJIŻI EFTA

    Norway

    LabNett AS, Agricultural Chemistry Laboratory, Stjørdal.”


    Top