This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007R0508
Council Regulation (EC) No 508/2007 of 7 May 2007 opening tariff quotas for imports into Bulgaria and Romania of raw cane sugar for supply to refineries in the marketing years 2006/2007, 2007/2008 and 2008/2009
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 508/2007 tas- 7 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għal provvista lil raffineriji fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 508/2007 tas- 7 ta’ Mejju 2007 li jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għal provvista lil raffineriji fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009
ĠU L 122, 11.5.2007, p. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2009
11.5.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 122/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 508/2007
tas-7 ta’ Mejju 2007
li jiftaħ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għal provvista lil raffineriji fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 37(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1) jiffissa l-ħtieġa ta’ provvista tradizzjonali għaz-zokkor għar-raffinar għall-Komunità. Din id-dispożizzjoni ġiet emendata mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2011/2006 tad-19 ta’ Diċembru 2006 li jadatta r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa, ir-Regolament (KE) Nru 318/2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor u r-Regolament (KE) Nru 320/2006 li jistabbilixxi skema temporanja għar-ristrutturar ta’ l-industrija taz-zokkor fil-Komunità, minħabba fl-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija ma’ l-Unjoni Ewropea (2), sabiex jiġi provdut għad-distribuzzjoni matul is-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 ta’ ħtieġa ta’ provvista tradizzjonali ta’ 198 748 tunnellata għall-Bulgarija u 329 636 tunnellata għar-Rumanija. |
(2) |
Ir-raffinaturi full-time fil-Bulgarija u r-Rumanija jiddependu għall-biċċa l-kbira fuq importazzjonijiet taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat minn fornituri tradizzjonali f’ċerti pajjiżi terzi. |
(3) |
Sabiex jiġi evitat tfixkil tal-provvista taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għar-raffinaturi full-time fil-Bulgarija u r-Rumanija, huwa kkunsidrat meħtieġ li jinfetħu kwoti ta’ tariffi għall-importazzjonijiet ta’ tali zokkor f’dawk l-Istati Membri minn pajjiżi terzi għal perijodu li jkopri dawk is-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni li għalihom ġew distribwiti fost l-Istati Membri ħtiġiet ta’ provvista tradizzjonali. |
(4) |
Liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa taħt il-kwoti ta’ tariffi miftuħa b’dan ir-Regolament għandhom ikunu riservati għal raffinaturi full-time approvati fil-Bulgarija u r-Rumanija. |
(5) |
L-ammont tad-dazju fuq l-importazzjoni applikabbli għall-importazzjonijiet taħt il-kwoti ta’ tariffi miftuħa b’dan ir-Regolament għandu jiġi ffissat f’livell li jiżgura kompetizzjoni ġusta fis-suq taz-zokkor tal-Komunità, iżda li mhux projbittiv għal importazzjonijiet fil-Bulgarija u r-Rumanija. B’kont meħud li l-importazzjonijiet taħt dawn il-kwoti ta’ tariffi jistgħu jitwettqu minn kwalunkwe pajjiż terz huwa għalhekk xieraq li l-livell tad-dazju fuq l-importazzjoni jiġi ffissat għal EUR 98 għal kull tunnellata, li huwa l-istess livell kif iffissat għaz-zokkor tal-konċessjonijiet CXL taħt l-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 950/2006 tat-28 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati ta’ applikazzjoni għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, 2007/2008 u 2008/2009 għall-importazzjoni u r-raffinar ta’ prodotti taz-zokkor taħt ċerti kwoti ta’ tariffi u ftehim preferenzjali (3), |
(6) |
Il-monitoraġġ u l-ġestjoni tal-kwoti ta’ tariffi miftuħa minn dan ir-Regolament jistgħu jirrikjedu fi stadju aktar tard l-aġġustament tal-kriterji mniżżla għall-kontenut ta’ l-applikazzjonijiet tal-liċenzji ta’ importazzjoni u l-liċenzji ta’ importazzjoni. Sabiex jiġi żgurat li jistgħu jsiru l-aġġustamenti meħtieġa sabiex jittieħed kont tal-kondizzjonijiet tas-suq li qed jinbidlu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li temenda l-Artikolu 3(3) ta’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-għotja ta’ setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni (4). |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ftuħ ta’ kwoti ta’ tariffi għall-importazzjoni taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għar-raffinar
1. Għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2006/2007, għandhom jinfetħu kwoti ta’ tariffi għal total ta’ 396 288 tunnellata f’zokkor abjad ekwivalenti għall-importazzjoni minn kwalunkwe pajjiż terz taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għar-raffinar li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi CN 1701 11 10 b’dazju ta’ EUR 98 għal kull tunnellata.
Il-kwantità li għandha tiġi importata għandha tiġi distribwita kif ġej:
— |
Il-Bulgarija: 149 061 tunnellata, |
— |
Ir-Rumanija: 247 227 tunnellata. |
2. Għal kull waħda mis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2007/2008 u 2008/2009, għandhom jinfetħu kwoti ta’ tariffi għal total ta’ 528 384 tunnellata f’zokkor abjad ekwivalenti għall-importazzjoni minn kwalunkwe pajjiż terz taz-zokkor tal-kannamieli mhux raffinat għar-raffinar li jaqa’ fi ħdan il-kodiċi CN 1701 11 10 b’dazju ta’ EUR 98 għal kull tunnellata.
Il-kwantitajiet li għandhom jiġu importati għandhom jiġu distribwiti kif ġej għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni:
— |
Il-Bulgarija: 198 748 tunnellata, |
— |
Ir-Rumanija: 329 636 tunnellata. |
3. Id-dazju ta’ EUR 98 għal kull tunnellata previst fil-paragrafi 1 u 2 għandu japplika għal zokkor mhux raffinat ta’ kwalità standard kif definit fl-Anness I, punt III, għar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
Fejn il-qari polarimetriku taz-zokkor mhux raffinat importat jibda minn 96 grad, id-dazju ta’ EUR 98 għal kull tunnellata għandu jiżdied jew jitnaqqas, kif xieraq, b’ 0,14 % għal kull punt għaxra ta’ grad differenza stabbilita.
4. Il-kwantitajiet importati taħt il-kwoti ta’ tariffi previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandu jkollhom in-numri ta’ l-ordni li jidhru fl-Anness I.
Artikolu 2
Applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 950/2006
Ir-regoli dwar liċenzji ta’ importazzjoni u ħtiġiet ta’ provvista tradizzjonali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 950/2006 għandhom japplikaw għall-importazzjonijiet taz-zokkor taħt il-kwoti ta’ tariffi miftuħa b’dan ir-Regolament, sakemm ma jiġix previst mod ieħor fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Liċenzji ta’ importazzjoni
1. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ importazzjoni għall-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom jiġu sottomessi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Bulgarija u r-Rumanija kif xieraq.
2. L-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ importazzjoni jistgħu jiġu sottomessi biss minn raffinaturi full-time li huma stabbiliti fit-territorju tal-Bulgarija u r-Rumanija u li huma approvati skond l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
3. Il-liċenzji u l-applikazzjonijiet għal-liċenzja ta’ importazzjoni għandu jkollhom l-indikazzjonijiet li ġejjin:
(a) |
fil-kaxxi 17 u 18: il-kwantitajiet ta’ zokkor mhux raffinat, f’ekwivalenza ta’ zokkor abjad, li ma jistgħux jaqbżu l-kwantitajiet għall-Bulgarija u r-Rumanija rispettivament indikati fl-Artikolu 1(1) u (2); |
(b) |
fil-kaxxa 20: is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li għaliha jirrelataw u ta’ l-inqas waħda mill-indikazzjonijiet elenkati fil-parti A ta’ l-Anness II; |
(ċ) |
fil-kaxxa 24 (fil-każ ta’ liċenzji): ta’ l-inqas waħda mill-indikazzjonijiet elenkati fil-parti B ta’ l-Anness II. |
4. Il-liċenzji ta’ importazzjoni maħruġa taħt dan ir-Regolament għandhom ikunu validi biss għal importazzjonijiet fl-Istat Membru fejn jinħarġu.
Huma għandhom ikunu validi sat-tmiem tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li għaliha jkunu nħarġu.
5. Skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 4(2), il-Kummissjoni tista’, jekk ikun meħtieġ, temenda d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 4
Kumitat ta’ Tmexxija għaz-Zokkor
1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ Tmexxija għaz-Zokkor.
2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandhom japplikaw l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE.
3. Il-perijodu mniżżel fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta’ xahar.
Artikolu 5
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Mejju 2007.
Għall-Kunsill
Il-President
H. SEEHOFER
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).
(2) ĠU L 384, 29.12.2006, p. 1.
(3) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 371/2007 tat-2 ta’ April 2007 (ĠU L 92, 3.4.2007, p. 6).
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Id-Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
ANNESS I
Numri ta’ l-ordni
Kwoti ta’ importazzjoni għall-importazzjonijiet fi |
Numru ta’ l-ordni |
Il-Bulgarija |
09.4365 |
Ir-Rumanija |
09.4366 |
ANNESS II
A. |
Indikazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(3)(b):
|
B. |
Indikazjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 3(3)(ċ):
|