Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007R0323

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 323/2007 tas- 26 ta’ Marzu 2007 li jemenda l-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

ĠU L 85, 27.3.2007, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 56M, 29.2.2008, p. 189–190 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2019; Imħassar b' 32019R1021

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2007/323/oj

29.2.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

189


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 323/2007

tas-26 ta’ Marzu 2007

li jemenda l-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 850/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-29 ta’ April 2004 dwar pollutanti organiċi persistenti u li jemenda d-Direttiva 79/117/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(6), u l-Artikolu 14(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Kif speċifikat fil-Parti 1 ta’ l-Anness V għar-Regolament (KE) Nru 850/2004, l-operazzjonijiet stabbiliti fil-Parti 2 ta’ dak l-Anness għandhom mnejn jirrikjedu operazzjoni qabel it-trattament f’ċerti każi. Għalhekk, il-Parti 2 ta' l-Anness V għandha tiġi emendata skond dan.

(2)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma l-aktar xierqa biex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni.

(3)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 1975 dwar l-iskart (2),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness V mar-Regolament (KE) Nru 850/2004 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidhol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Stavros DIMAS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 158, 30.4.2004, p. 7, kif ikkoreġut bil-ĠU L 229, 29.6.2004, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 172/2007 (ĠU L 55, 23.2.2007, p. 1).

(2)  ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).


ANNESS

Fil-Parti 2 ġie miżjud il-paragrafu li ġej wara l-ewwel sentenza:

“L-operazzjonijiet ta’ qabel it-trattament qabel il-ħżin permanenti skond din il-parti ta’ l-Anness jistgħu jitwettqu, sakemm xi sustanza elenkata fl-Anness IV li hija iżolata mill-iskart waqt il-pre-trattament wara jintrema skond il-Parti 1 ta’ dan l-Anness. Barra minn hekk, jistgħu jsiru operazzjonijiet temporanji ta’ ħżin jew imballaġġ mill-ġdid qabel dan il-pre-trattament jew qabel l-ħżin permanenti skond din il-parti ta’ dan l-Anness.”


Top