Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0731

2007/731/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 13 ta’ Novembru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni b'rabta ma' influwenza avjarja ta' patoġeniċità qawwija tas-subtip H5N1 fit-tjur fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5549) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

ĠU L 295, 14.11.2007, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/731/oj

14.11.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 295/28


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-13 ta’ Novembru 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE rigward ċerti miżuri ta' protezzjoni b'rabta ma' influwenza avjarja ta' patoġeniċità qawwija tas-subtip H5N1 fit-tjur fir-Renju Unit

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 5549)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2007/731/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 rigward spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 9(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 10(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE ta' l-14 ta’ Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta' protezzjoni fir-rigward ta' l-influwenza tat-tjur tas-subtip H5N1 ta' patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2006/135/KE (3) tistabbilixxi ċerti miżuri ta' protezzjoni biex ikunu applikati sabiex tkun evitata l-firxa ta' dik il-marda, fosthom it-twaqqif ta' żoni A u B wara tifqigħa suspettata jew ikkonfermata tal-marda.

(2)

Ir-Renju Unit avża lill-Kummissjoni dwar it-tifqigħa ta' l-influwenza avjarja ta' patoġeniċità għolja tas-subtip H5N1 f'razzett tat-tjur fit-territorju tiegħu fil-kontea ta' Suffolk u ħa l-miżuri xierqa kif ipprovdut fid-Deċiżjoni 2006/415/KE, fosthom it-twaqqif ta' Żona A u B kif ipprovdut fl-Artikolu 4 ta' dik id-Deċiżjoni.

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat dawk il-miżuri f'kollaborazzjoni mar-Renju Unit, u hija sodisfatta li l-fruntieri ta' Żoni A u B stabbiliti mill-awtorità kompetenti f'dak l-Istat Membru huma f'distanza biżżejjed mil-lok attwali tat-tifqigħa. Iż-Żoni A u B fir-Renju Unit jistgħu għalhekk ikunu konfermati u d-dewmien ta' dik ir-reġjonalizzazzjoni jkun iffissat.

(4)

L-Anness attwali tad-Deċiżjoni 2006/415/KE m'għadux fl-użu, għax il-miżuri ta' potezzjoni b'rabta ma' tifqigħa ta' influwenza avjarja fil-Ġermanja għaddew u għalhekk l-Anness għandu jkun mibdul sħiħ.

(5)

Id-Deċiżjoni 2006/415/KE għalhekk għandha tkun emendata kif jixraq.

(6)

Il-miżuri ipprovduti f'din id-Deċiżjoni għandhom ikunu riveduti fil-laqgħa li jmiss tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa ta' l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni 2006/415/KE jinbidel bit-test fl-Anness ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 13 ta’ Novembru 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33); verżjoni kkoreġuta (ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).

(2)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).

(3)  ĠU L 164, 16.6.2006, p. 51. Id-Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2007/632/KE (ĠU L 255, 29.9.2007, p. 46).


ANNESS

“ANNESS

PARTI A

Iż-Żona A kif stabbilita skond l-Artikolu 4(2).

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona A

Data sakemm applikabbli l-Artikolu 4 (4)(b)(iii)

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

UK

RENJU UNIT

SUFFOLK

00162

Żona ta' protezzjoni:

Żona li tikkonsisti f'dik il-parti tal-kontea ta' Suffolk li tinsab fiċ-ċirku radjus 3 kilometri, iċċentrat fuq ir-referenza tal-grid TM 06178 76666 (*).

21.12.2007

 

 

SUFFOLK

00162

NORFOLK

00154

Żona ta' sorveljanza:

Żona li tikkonsisti f'dik il-parti tal-kontej ta' Suffolk u Norfolk li tinsab fiċ-ċirku radjus 10 kilometri, iċċentrat fuq ir-referenza tal-grid TM 06178 76666 (*).

PARTI B

Iż-Żona B kif stabbilita skond l-Artikolu 4(2):

ISO Kodiċi tal-Pajjiż

Stat Membru

Żona B

Data sakemm applikabbli l-Artikolu 4 (4)(b)(iii)

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

UK

RENJU UNIT

NORFOLK

00154

SUFFOLK

00162

Id-distretti ta':

Babergh

Breckland

Forest Heath

Ipswich

Mid Suffolk

Norwich

St Edmundsbury

South Norfolk

Suffolk Coastal

Waverney

21.12.2007”


(*)  Ir-referenza tal-grid hija referenza tal-Grid Nazzjonali tal-Gran Brittanja.


Top