This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0663
2007/663/EC: Commission Decision of 12 October 2007 amending Decision 2007/554/EC concerning certain protection measures against foot-and-mouth disease in the United Kingdom (notified under document number C(2007) 4660) (Text with EEA relevance)
2007/663/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Ottubru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4660) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2007/663/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 12 ta’ Ottubru 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4660) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 270, 13.10.2007, p. 18–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2007
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32007D0554 | Emenda | artikolu 6.2 | 20071012 | |
Modifies | 32007D0554 | Żieda | artikolu 6.6 | 20071012 | |
Modifies | 32007D0554 | Sostituzzjoni | artikolu 8.4 | 20071012 | |
Modifies | 32007D0554 | Sostituzzjoni | artikolu 13.2 | 20071012 | |
Modifies | 32007D0554 | Żieda | artikolu 6.7 | 20071012 | |
Modifies | 32007D0554 | Sostituzzjoni | artikolu 8.6 | 20071012 | |
Modifies | 32007D0554 | Sostituzzjoni | artikolu 2.6 | 20071012 |
13.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 270/18 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Ottubru 2007
li temenda d-Deċiżjoni 2007/554/KE rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 4660)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/663/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar kontrolli veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bl-għan li jiġi kkompletat is-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar il-kontrolli veterinarji u żootekniċi applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
Wara t-tifqigħat reċenti tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-Gran Brittanja, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/554/KE tad-9 ta’ Awissu 2007 rigward ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fir-Renju Unit (3) biex jissaħħu l-miżuri ta’ kontroll kontra l-mard ta’ l-ilsien u d-dwiefer meħudin minn dak l-Istat Membru fil-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer (4). |
(2) |
Id-Deċiżjoni 2007/554/KE tistabbilixxi regoli applikabbli għall-ibgħit minn żoni b’ riskju għoli u baxx fil-Gran Brittanja ta’ prodotti kkunsidrati sikuri li kienu jew prodotti qabel ma daħlu fis-seħħ ir-restrizzjonijiet fir-Renju Unit, minn materja li kellha s-sors tagħha barra minn dawn iż-żoni ristretti, jew li kellha trattament li wera li kien effettiv fl-inattivazzjoni possibbli tal-virus ta’ l-ilsien u d-dwiefer. |
(3) |
Sabiex il-leġiżlazzjoni Komunitarja tkun ċara, ikun xieraq li l-ewwel u t-tieni sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 2(6) tad-Deċiżjoni 2007/554/KE jinkitbu mill-ġdid. |
(4) |
Xieraq li jitħalla, taħt kondizzjonijiet speċifiċi ta’ ċertifikazzjoni, l-ibgħit mill-ġdid ta’ semen u embrijuni ffriżati ta’ l-ispeċijiet ovini u kaprini importati mir-Renju Unit skond il-leġiżlazzjoni Komunitarja u maħżuna separatament mis-semen, l-ova u l-embrijuni li mhumiex eleġibbli li jintbagħtu miż-żoni b’riskju għoli u baxx elenkati fl-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2007/554/KE. Kondizzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni supplimentari għandhom jiddaħħlu u l-Artikolu 6(2)(b) ta’ dik id-Deċiżjoni għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq. |
(5) |
Xieraq ukoll li jiġu emendati r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni stabbiliti fid-Deċiżjoni 2007/554/KE fir-rigward tal-prodotti ta’ l-annimali, inkluż il-petfood, li sarilhom trattament ta’ sħana li inattivizza b’mod effettiv il-possibilità tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-prodott ikkonċernat. L-Artikolu 8(4) u (6)ta dik id-Deċiżjoni għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
(6) |
Barra minn hekk, jeħtieġ li jiġi kkjarifikat liema partijiet tat-territorju tar-Renju Unit huma kkonċernati mill-miżuri li jeħtieġ li jittieħdu mill-Istat Membri l-oħra fir-rigward ta’ annimali ta’ speċi suxxettibbli li ntbagħtu matul il-perjodu meta annimali setgħu ntbagħtu minn dawn il-partijiet tar-Renju Unit li mhumiex inklużi fiż-żona ta’ sorveljanza stabbilita fil-kontea ta’ Surrey fir-rigward taż-żewġ tifqigħat ikkonfermati f’Awissu 2007. L-Artikolu 13(2) tad-Deċiżjoni 2007/554/KE għandu għalhekk jiġi emendat biex jirriferi speċifikament għall-Gran Brittanja. |
(7) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/554/KE għandha tiġi emendata skond dan. |
(8) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2007/554/KE hija emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 6 jinbidel b’dan li ġej: “6. Il-projbizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal-laħam frisk minn annimali mrobbija barra ż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II u ttrasportati għal qatla immedjata, b’deroga mill-Artikolu 1(2) u (3), direttament u taħt kontroll uffiċjali, f’mezzi ssiġillati tat-trasport, lejn biċċerija li tinsab fiż-żoni elenkata fl-Anness I barra ż-żona ta’ protezzjoni, bil-kondizzjoni li laħam frisk ta’ din ix-xorta jitqiegħed fis-suq biss fiż-żoni elenkati fl-Anness I u l-Anness II u jikkonforma mal-kondizzjonijiet li ġejjin:
Il-kontroll tal-konformità mal-kundizzjonijiet imniżżla fl-ewwel subparagrafu għandu jkun iċċekkjat mill-awtorità veterinarja kompetenti taħt is-sorveljanza ta’ l-awtoritajiet veterinarji ċentrali. L-awtoritajiet veterinarji ċentrali għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra lista ta’ l-istabbilimenti li huma jkunu approvaw għall-finijiet ta’ l-applikazzjoni ta’ dan il-paragrafu.” |
(2) |
L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:
|
(4) |
Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej: “2. Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE u l-miżuri li diġà ttieħdu mill-Istati Membri, Stati Membri barra r-Renju Unit għandhom jieħdu miżuri xierqa ta’ prekawzjoni relatati ma’ annimali suxxettibbli mibgħuta mir-Renju Unit bejn il-15 ta’ Lulju 2007 u t-13 ta’ Settembru 2007, inklużi iżolament u spezzjoni klinika, flimkien fejn meħtieġ, ma’ ttestjar fil-laboratorju biex tinstab jew tkun eskluża infezzjoni tal-virus tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer, u fejn ikun meħtieġ dawk fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/85/KE.” |
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jemendaw il-miżuri li japplikaw għall-kummerċ biex iġibuhom konformi ma’ din id-Deċiżjoni. Huma għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan minnufih.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmula fi Brussell, 12 ta’ Ottubru 2007.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 33; verżjoni kkoreġuta ĠU L 195, 2.6.2004, p. 12).
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2002/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 315, 19.11.2002, p. 14).
(3) ĠU L 210, 10.8.2007, p. 36. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mid-Deċizjoni 2007/608/KE (ĠU L 241, 14.9.2007, p. 26).
(4) ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2006/104/KE (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 352).