EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0587

2007/587/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni ta’ l- 24 ta’ Awwissu 2007 dwar il-kontribut finanzjarju mill-Komunità għal miżuri ta' emerġenza għall-ġlieda kontra l-marda vesikulari tal-ħnieżer fl-Italja fl-2006 u l-2007 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3957)

ĠU L 220, 25.8.2007, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/587/oj

25.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 220/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-24 ta’ Awwissu 2007

dwar il-kontribut finanzjarju mill-Komunità għal miżuri ta' emerġenza għall-ġlieda kontra l-marda vesikulari tal-ħnieżer fl-Italja fl-2006 u l-2007

(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3957)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(2007/587/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 3(3) tagħha,

Billi:

(1)

Seħħew tifqigħat tal-marda vesikulari tal-ħnieżer fl-Italja fl-2006 u l-2007. Il-preżenza ta’ din il-marda tirrappreżenta riskju serju għall-popolazzjoni tal-bhejjem tal-Komunità.

(2)

Sabiex il-marda ma tinxteridx u biex tingħata għajnuna għall-eradikazzjoni tagħha kemm jista’ jkun malajr, il-Komunità għandha tikkontribwixxi lejn in-nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istat Membru għall-miżuri ta' emerġenza li ttieħdu fil-ġlieda kontra l-marda, kif inhu previst fid-Deċiżjoni 90/424/KEE.

(3)

Il-ħlas tal-kontribut finanzjarju tal-Komunità għall-miżuri ta’ emerġenża għall-qerda tal-marda vesikulari tal-ħnieżer hu suġġett għar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 349/2005 tat-28 ta’ Frar 2005 li jistabbilixxi r-regoli rigward il-finanzjament Komunitarju għall-interventi urġenti u l-ġlieda kontra ċertu mard ta’ l-annimali kif imsemmi fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE (2).

(4)

Fl-4 ta’ Ġunju 2007, l-Italja ppreżentat stima approssimattiva finali ta’ l-ispejjeż li ġġarrbu biex tinqered il-marda.

(5)

L-awtoritajiet Taljani ssodisfaw bis-sħiħ l-obbligi tekniċi u amministrattivi tagħhom kif stipulati fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 90/424/KEE u l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 349/2005.

(6)

Il-ħlas tal-kontribut finanzjarju mill-Komunità għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet ippjanati jkunu fil-fatt twettqu u li l-awtoritajiet jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa fiż-żmien stipulat.

(7)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontribut finanzjarju mill-Komunità

1.   Kontribut finanzjarju mill-Komunità jingħata lill-Italja għall-ispejjeż imġarrba minn dan l-Istat Membru fit-teħid tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE fil-ġlieda kontra l-marda vesikulari tal-ħnieżer fl-2006 u l-2007.

2.   Il-kontribut finanzjarju tal-Komunità għandu jirrappreżenta 50 % ta’ l-infiq eliġibbli għall-finanzjament Komunitarju kif imsemmi fil-paragrafu 1. Dan għandu jitħallas skond il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (KE) Nru 349/2005.

Artikolu 2

Arranġamenti għall-ħlas

L-ewwel porzjon, ta' EUR 1 200 000, għandu jitħallas bħala parti mill-kontribut finanzjarju tal-Komunità stipulat fl-Artikolu 1.

Artikolu 3

Destinatarju

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' l-Italja.

Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Awwissu 2007.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 19. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 55 ta' l-1.3.2005, p. 12.


Top