Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0531

    2007/531/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta’ Lulju 2007 dwar kwestjonarju għal rapporti ta’ l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet, matul il-perjodu 2008 – 2010 (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3547)

    ĠU L 195, 27.7.2007, p. 47–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/12/2016

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/531/oj

    27.7.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 195/47


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-26 ta’ Lulju 2007

    dwar kwestjonarju għal rapporti ta’ l-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet, matul il-perjodu 2008 – 2010

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 3547)

    (2007/531/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta’ Marzu 1999 (1) dwar il-limitazzjoni ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet, u b’mod partikolari Artikolu 11(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE tat-23 ta’ Diċembru 1991, biex tistandardizza u tirrazzjonaliżża rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ ċerti direttivi fuq l-ambjent (2),

    Billi:

    (1)

    Skond l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 1999/13/KE, l-Istati Membri huma obbligati jfasslu rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva fuq bażi ta’ kwestjonarju jew deskrizzjoni abbozzati mill-Kummissjoni skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE.

    (2)

    L-Istati Membri ħejjew rapporti dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2003 sal-31 ta’ Diċembru 2004 skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/529/KE (3).

    (3)

    L-Istati Membri obbligati jirrapportaw dwar l-implimentazzjoni ta’ dik id-Direttiva għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2005 sal-31 ta’ Diċembru 2007 skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/534/KE (4).

    (4)

    It-tielet rapport għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2010.

    (5)

    Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat stipulata fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 91/692/KEE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Istati Membri għandhom jużaw il-kwestjonarju stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni sabiex iħejju r-rapport, li jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008 sal-31 ta’ Diċembru 2010, li għandu jitressaq lill-Kummissjoni skond l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 1999/13/KE.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 26 ta’ Lulju 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Stavros DIMAS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 85, 29.3.1999, p. 1. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2004/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 143, 30.4.2004, p. 87).

    (2)  ĠU L 377, 31.12.1991, p. 48. Id-Direttiva kif emendata bir-Regolament 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1).

    (3)  ĠU L 172, 2.7.2002, p. 57.

    (4)  ĠU L 213, 3.8.2006, p. 4.


    ANNESS

    Kwestjonarju dwar l-implimentazzjoni tad-direttiva 1999/13/KE dwar il-limitazzjoni ta’ taħlit volatili organiku minħabba l-użu ta’ solventi organiċi f’ċerti attivitajiet u stallazzjonijiet matul il-perjodu 2008–2010

    1.   Deskrizzjoni ġenerali

    Jekk jogħġbok niżżel it-tibdil rilevanti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ dwar id-Direttiva 1999/13/KE.

    2.   Ir-rappurtaġġ dwar l-istallazzjonijiet

    2.1.

    Għal kull waħda mill-għoxrin attività ta’ l-Anness II A, jekk jogħġbok indika, għall-ewwel ġurnata (1.1.2008) u l-aħħar ġurnata (31.12.2010) tal-perjodu ta’ rappurtaġġ separatament, kemm stallazzjonijiet jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti hawn taħt:

    l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet (1);

    l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li huma koperti wkoll bid-Direttiva 96/61/KE (id-Direttiva ta’ l-IPPC);

    l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li huma rreġistrati/awtorizzati skond id-Direttiva 1999/13/KE;

    l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li huma rreġistrati/awtorizzati bl-użu ta’ l-iskema ta’ tnaqqis;

    l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li ngħataw deroga skond l-Artikolu 5(3)(a) tad-Direttiva 1999/13/KE. Ipprovdi lista f’Anness ta’ dan il-kwestjonarju bir-raġunijiet għal kull deroga li nħarġet;

    l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet li ngħataw deroga skond l-Artikolu 5(3)(b) tad-Direttiva 1999/13/KE. Ipprovdi lista f’Anness ta’ dan il-kwestjonarju bir-raġunijiet għal kull deroga li nħarġet.

    2.2.

    Għal kull waħda mill-għoxrin attività ta’ l-Anness II A, jekk jogħġbok indika kemm stallazzjonijiet jaqgħu fil-kategoriji stabbiliti hawn taħt waqt il-perjodu ta’ rappurtaġġ:

    L-għadd totali ta’ stallazzjonijiet ġodda jew mibdula b’mod sostanzjali li ġew irreġistrati/awtorizzati skond id-Direttiva 1999/13/KE.

    3.   Sostituzzjoni

    Għal kull waħda mill-għoxrin attività ta’ l-Anness II A, jekk jogħġbok indika, għall-aħħar tal-perjodu ta’ rapportaġġ (31.12.2010), liema sustanzi jew preparazzjonijiet, ikklassifikati bħala karċinoġeni, mutaġeni jew tossiċi għar-riproduzzjoni (R45, R46, R49, R60, R61) skond id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (2) għadhom qed jintużaw u f’liema ammonti (stmati) (tunnellati fis-sena).

    4.   Moniteraġġ

    Għal kull waħda mill-għoxrin attività ta’ l-Anness II A, jekk jogħġbok indika ċ-ċifri li ġejjin waqt il-perjodu ta’ rappurtaġġ:

    L-għadd ta’ stallazzjonijiet li ġew irrapportati “darba fis-sena” jew “fuq talba” skond l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva;

    L-għadd ta’ stallazzjonijiet li ġew issorveljati kontinwament għall-konformità skond l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva.

    5.   Konformità

    Għal kull waħda mill-għoxrin attività ta’ l-Anness II A, jekk jogħġbok indika l-figuri li ġejjin waqt il-perjodu ta’ rappurtaġġ:

    L-għadd ta’ operaturi li nstabu li kisru l-obbligi ta’ din id-Direttiva:

    (a)

    marbuta man-nuqqas ta’ konformità ma’ “darba fis-sena” jew “fuq talba” rappurtaġġ:

    (b)

    marbuta man-nuqqas ta’ konformità ma’ rekwiżiti oħra tad-Direttiva?

    Għal kemm-il operatur l-awtoritajiet kompetenti ssospendew jew irtiraw l-awtorizzazzjoni fejn ma kienx hemm konformità ma’ l-Artikolu 10(b) tad-Direttiva?

    6.   Emissjonijiet

    6.1.

    Jekk jogħġbok indika għall-għadd totali ta’ stallazzjonijiet għas-snin 2008 u 2010, l-għadd ta’ tunnellati stmati ta’ emissjonijiet ta’ VOCs.

    6.2.

    Jekk jogħġbok indika għal kull wieħed mill-għoxrin attività ta’ l-Anness II A għas-snin 2008 u 2010, it-tunnellati stmati ta’ emissjonijiet ta’ VOCs (mhux obbligatorja).

    7.   L-Ispejjeż

    7.1.

    Jekk jogħġbok istma l-ispejjeż totali, eż, it-total ta’ l-ispejjeż għall-permessi, is-sorveljanza u l-ispezzjonijiet, eċċ, għall-awtoritajiet nazzjonali kollha kkonċernati f’Ewuro għal kull sena jew inkella fi snin ta’ xogħol għall-implimentazzjoni tad-Direttiva 1999/13/KE fl-2010 (mhux obbligatorja).

    7.2.

    Jekk jogħġbok istma l-ispejjeż amministrattivi għal dan ir-rappurtaġġ f’xhur ta’ xogħol u f’Ewuro (mhux obbligatorja).

    8.   Pubblikazzjoni ta’ rapporti mill-Istati Membri dwar dan il-kwestjonarju

    Jekk jogħġbok agħti, per eżempju, l-indirizz URL ta’ websajt, fejn il-pubbliku jkun jista’ jkollu aċċess dirett għar-rapporti mill-Istati Membri dwar it-tweġibiet għal dan il-kwestjonarju.

    9.   Titjib

    Liema aspetti jistgħu jiġu enfasizzati dwar:

    L-implimentazzjoni/ir-reviżjoni futura tad-Direttiva 1999/13/KE;

    Kwestjonarji ulterjuri?

    10.   Xi kummenti oħra.


    (1)  Għall-fini ta’ dan il-kwestjonarju “l-għadd totali ta’ stallazzjonijiet” għandu jinkludi addizzjonalment, dawk l-istallazzjonijiet li ma jaqgħux fl-ambitu tad-Direttiva 199/13/KE, iżda huma rregolati bil-liġi nazzjonali skond id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. L-installazzjonijiet għall-kisi tal-vetturi tat-triq kif definiti fid-Direttiva 70/156/KEE, jew parti minnhom, li jitwettqu bħala parti mit-tiswija, il-konservazzjoni jew it-tiżjin barra l-istallazzjonijiet ta’ manifattura, ma għandhomx ikunu inklużi.

    (2)  ĠU 196, 16.8.1967, p. 1.


    Top