EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0206

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad- 29 ta' Marzu 2007 li tiddikjara li l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali tal-Flotta ta' l-Ibħra Miftuħa/Vjaġġi Twal taħt il-Politika Komuni tas-Sajd, beda jopera

ĠU L 91, 31.3.2007, p. 52–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 427–427 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/206/oj

24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

427


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-29 ta' Marzu 2007

li tiddikjara li l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali tal-Flotta ta' l-Ibħra Miftuħa/Vjaġġi Twal taħt il-Politika Komuni tas-Sajd, beda jopera

(2007/206/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE tad-19 ta' Lulju 2004 li tistabbilixxi Kunsilli Konsultattivi Reġjonali taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u partikolarment l-Artikolu 3(3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni trażmessa minn Spanja fis-7 ta' Novembru 2006 f'isem id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall u r-Renju Unit,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (2) u d-Deċiżjoni 2004/585/KE jipprovdu l-qafas għall-istabbiliment u l-operat tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.

(2)

L-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2004/585/KE jistabbilixxi Kunsill Konsultattiv Reġjonali biex ikopri l-flotta ta' l-Ibħra Miftuħa/Vjaġġi Twal fl-ibħra kollha li mhumiex tal-KE.

(3)

Skond l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni 2004/585/KE, rappreżentanti tas-settur tas-sajd u gruppi oħra li għandhom interess ressqu talba dwar l-operat ta' dak il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali lid-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Litwanja, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall u r-Renju Unit.

(4)

Kif meħtieġ minn Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni 2004/585/KE, l-Istati Membri kkonċernati stabbilixxew jekk l-applikazzjoni rigward il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali tal-Flotta ta' l-Ibħra Miftuħa/Vjaġġi Twal hijiex skond id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dik id-Deċiżjoni. Fis-7 ta' Novembru 2006, l-Istati Membri konċernati ttrażmettew rakkomandazzjoni dwar dak il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali lill-Kummissjoni.

(5)

Il-Kummissjoni evalwat l-applikazzjoni tal-partijiet interessati u r-rakkomandazzjoni fid-dawl tad-Deċiżjoni 2004/585/KE u l-għanijiet u l-prinċipji tal-Politika Komuni tas-Sajd, u tqis li l-Kunsill Konsultattiv Reġjonali tal-Flotta ta' l-Ibħra Miftuħa/Vjaġġi Twal huwa lest biex jibda jopera.

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-Kunsill Konsultattiv Reġjonali tal-Flotta ta' l-Ibħra Miftuħa/Vjaġġi Twal, stabbilit minn Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni 2004/585/KE, għandu jibda jopera mit-30 ta' Marzu 2007.

Magħmul fi Brussell, 29 ta' Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Joe BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 3.8.2004, p. 17.

(2)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.


Top