Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0189

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 26 ta' Marzu 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2006/595/KE li telenka l-lista ta' reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-Fondi Strutturali skond l-objettiv ta' Konverġenza għall-perjodu 2007-2013 għal dak li jikkonċerna l-Bulgarija u r-Rumanija (notifikat bid-dokument numru C(2007) 1283)

ĠU L 87, 28.3.2007, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 409–409 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2013

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/189/oj

24.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

409


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta' Marzu 2007

li temenda d-Deċiżjoni 2006/595/KE li telenka l-lista ta' reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-Fondi Strutturali skond l-objettiv ta' Konverġenza għall-perjodu 2007-2013 għal dak li jikkonċerna l-Bulgarija u r-Rumanija

(notifikat bid-dokument numru C(2007) 1283)

(2007/189/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew ta' l-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/595/KE (2) ġiet stabbilita lista ta' reġjuni eliġibbli għall-finanzjament mill-Fondi Strutturali skond l-objettiv ta' Konverġenza għall-perjodu 2007-2013.

(2)

Wara l-adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, reġjuni fil-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jiżdiedu fuq il-lista ta' reġjuni li jibbenefikaw mill-Fondi Strutturali skond l-objettiv ta' Konverġenza.

(3)

Id-Deċiżjoni 2006/595/KE għandha għalhekk tkun emendata skond dan.

(4)

Għal raġunijiet ta' ċarezza u ċertezza legali, din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data ta' l-adezjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2006/595/KE huwa emendat kif ġej:

(a)

It-titli li ġejjin jiddaħħlu qabel it-titlu “CZ02 Střední Čechy”:

“BG31

Severozapaden

BG32

Severen tsentralen

BG33

Severoiztochen

BG34

Yugoiztochen

BG41

Yugozapaden

BG42

Yuzhen tsentralen”

(b)

It-titli li ġejjin jiddaħħlu wara t-titlu “PT20 Região Autónoma dos Açores”:

“RO11

Nord-Vest

RO12

Centru

RO21

Nord-Vest

RO22

Sud-Est

RO31

Sud-Muntenia

RO32

Bucureşti-Ilfov

RO41

Sud-Vest Oltenia

RO42

Vest”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tgħodd mill-1 ta' Jannar 2007.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, 26 ta' Marzu 2007.

Għall-Kummissjoni

Danuta HÜBNER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 210, 18.10.2003, p. 25. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1989/2006 (ĠU L 411, 5.3.2005, p. 6).

(2)  ĠU L 243, 6.9.2006, p. 44.


Top