Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0151

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 6 ta' Marzu 2007 li temenda d-Deċiżjonijiet 94/741/KE u 97/622/KE li jikkonċernaw il-kwestjonarji għar-rapporti ta' l-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta' April 2006 dwar l-iskart, u l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat- 12 ta' Diċembru 1991 dwar skart perikoluż (notifikat bid-dokument numru C(2006) 634) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 67, 7.3.2007, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 219M, 24.8.2007, p. 317–319 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/151(1)/oj

    24.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    317


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-6 ta' Marzu 2007

    li temenda d-Deċiżjonijiet 94/741/KE u 97/622/KE li jikkonċernaw il-kwestjonarji għar-rapporti ta' l-Istati Membri fuq l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart, u l-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar skart perikoluż

    (notifikat bid-dokument numru C(2006) 634)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2007/151/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart (1), u partikolarment l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 16 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar l-iskart perikoluż (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/12/KE għandu jitfassal abbażi ta' kwestjonarju stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/741/KE ta' l-24 ta' Ottubru 1994 rigward kwestjonarji għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi fis-settur tal-iskart (implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE) (3).

    (2)

    Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 91/689/KEE għandu jitfassal abbażi ta' kwestjonarju stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/622/KE tas-27 ta' Mejju 1997 rigward kwestjonarji għar-rapporti tal-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti Direttivi fis-settur tal-iskart (implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/692/KEE) (4).

    (3)

    Ir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika ta' l-iskart (5) jistabbilixxi qafas għall-produzzjoni ta' statistika Komunitarja dwar il-ħolqien, l-irkupru u r-rimi ta' l-iskart.

    (4)

    Analiżi ta' l-obbligi tar-rappurtar dwar dejta dwar l-iskart kif previst fil-leġiżlazzjoni Komunitarja turi li ċerti obbligi ta' rappurtar tad-dejta previsti fid-Deċizjoni 94/741/KE u 97/622/KE huma koperti wkoll mir-Regolament (KE) Nru 2150/2002 jew mir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l-14 ta' Ġunju 2006 dwar il-ġarr ta' l-iskart bil-baħar (6).

    (5)

    Biex jiġu evitati duplikazzjoni u rekwiżiti amministrattivi bla bżonn, l-obbligi tar-rappurtar dwar ’l-iskart perikoluż’ u ’skart ieħor’ għandhom jitneħħew mid-Deċiżjoni 94/741/KE. Barra minn hekk, it-terminu ’skart domestiku’ jitbiddel bit-terminu ’skart tad-djar u simili’ sabiex id-Deċiżjoni 94/741/KE ssir koerenti mar-Regolament (KE) Nru 2150/2002.

    (6)

    Bl-istess mod, l-obbligu tar-rappurtar dwar l-iskart perikoluż għandu jitneħħa mid-Deċiżjoni 97/622/KE.

    (7)

    Id-Deċiżjonijiet 94/741/KE u 97/622/KE għandhom għalhekk jiġu emendati bl-istess mod.

    (8)

    Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2006/12/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DECIZJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni 94/741/KE għandha tiġi emendata kif previst fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 97/622/KE għandha tiġi emendata kif previst fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, 6 ta' Marzu 2007.

    Għall-Kummissjoni

    Stavros DIMAS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.

    (2)  ĠU L 377, 30.12.1991, p. 20. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 166/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 33, 4.2.2006, p. 1).

    (3)  ĠU L 296, 17.11.1994, p. 42.

    (4)  ĠU L 256, 19.9.1997, p. 13.

    (5)  ĠU L 332, 9.12.2002, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 783/2005 (ĠU L 131, 25.5.2005, p. 38).

    (6)  ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1.


    ANNESS

    Emendi għad-Deċiżjoni 94/741/KE u 97/622/KE

    A.

    Fl-Anness tad-Deċiżjoni 94/741/KE, it-tieni kwestjonarju huwa emendat kif ġej:

    1.

    It-titolu tal-kwestjonarju qed jinbidel b'li ġej:

    “KWESTJONARJU

    għar-rapport ta' l-Istati Membri dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tad-Direttiva 2006/12/KEE”;

    2.

    Il punt 4 tat-Taqsima II tal-kwestjonarju qed jinbidel b'li ġej:

    “4.

    Skond l-Artikolu 7(1), jekk jogħġbok agħti d-dettalji li ġejjin, fejn jeżistu, billi tindika jekk xi wħud minn dawn il-figuri mogħtija humiex stimi:

     

    L-iskart tad-djar u simili

    (tunnellati/sena)

    Total ta' l-iskart iġġenerat (*) li minnu:

     

    riċiklat (*)

     

    inċinerat (*)

     

    inċinerat b'irkupru ta' enerġija (*)

     

    mormi f'miżbla artifiċjali (*):

     

    oħrajn, jekk jogħġbok speċifika (*):

     

    B.

    Fl-Anness tad-Deċiżjoni 97/622/KE, il-punt 11 (d) f'Taqsima II ta' l-ewwel kwestjonarju tneħħa.


    (*)  Fl-Istat Membru”


    Top