This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32007D0117
2007/117/EC: Council Decision of 15 February 2007 amending the Decision of 27 March 2000 authorising the Director of Europol to enter into negotiations on agreements with third States and non-EU related bodies
2007/117/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta’ Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Marzu 2000 li tawtorizza lid-Direttur ta' l-Europol jidħol f'negozjati dwar ftehim ma' Stati terzi u korpi mhux relatati ma' l-UE
2007/117/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tal- 15 ta’ Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 27 ta' Marzu 2000 li tawtorizza lid-Direttur ta' l-Europol jidħol f'negozjati dwar ftehim ma' Stati terzi u korpi mhux relatati ma' l-UE
ĠU L 51, 20.2.2007, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 108–108
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2009; Imħassar b' 32009D0371
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 42000Y0413(01) | Emenda | artikolu 2.1 | 16/02/2007 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32009D0371 |
8.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
108 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-15 ta’ Frar 2007
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2000 li tawtorizza lid-Direttur ta' l-Europol jidħol f'negozjati dwar ftehim ma' Stati terzi u korpi mhux relatati ma' l-UE
(2007/117/KE)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Artikolu 42(2), l-Artikolu 10(4) u l-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta’ Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni ta' l-Europol) (1),
Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli li jiggvernaw ir-relazzjonijiet esterni tal-Europol ma' Stati terzi u korpi mhux relatati ma' l-Unjoni Ewropea (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 ta’ dak l-Att,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 1998 li jistabbilixxi regoli li jiggvernaw ir-riċeviment ta’ informazzjoni mill-Europol mingħand partijiet terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 2 ta’ dak l-Att,
Wara li kkunsidra l-Att tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 1999 li jadotta r-regoli li jiggvernaw it-trasmissjoni ta’ data personali mill-Europol lil Stati terzi u korpi terzi (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 2 u 3 ta’ dak l-Att,
Billi:
(1) |
Ħtiġiet operattivi u l-ħtieġa li jiġu miġġielda b'mod effettiv il-forom organizzati tal-kriminalità permezz ta' l-Europol, jeħtieġu li l-Montenegro tiġi miżjuda mal-lista ta' Stati terzi li magħhom id-Direttur ta' l-Europol hu awtorizzat jibda negozjati. |
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2000 (5) għandha għalhekk tiġi emendata, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Marzu 2000 hi hawn emendata kif gej: fl-Artikolu 2(1), taħt l-intestatura “Stati Terzi”, l-Istati li ġejjin għandhom jiġu miżjuda mal-lista alfabetika:
“— |
Montenegro”; |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara li tiġi adottata.
Magħmul fi Brussell, 15 ta’ Frar 2007.
Għall-Kummissjoni
Il-President
W. SCHÄUBLE
(1) ĠU C 316, 27.11.1995, p. 2. Konvenzjoni kif emendata l-aħħar bi Protokoll li jemenda dik il-Konvenzjoni (ĠU C 2, 6.1.2004, p. 1).
(2) ĠU C 26, 30.1.1999, p. 19.
(3) ĠU C 26, 30.1.1999, p. 17.
(4) ĠU C 88, 30.3.1999, p. 1. Att tal-Kunsill kif emendat bl-Att tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2002 (ĠU C 76, 27.3.2002, p. 1).
(5) ĠU C 106, 13.4.2000, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-4 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 311, 19.12.2006, p. 10).