EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0097

2007/97/KE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 12 ta’ Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE li tikkonċerna l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali fir-rigward ta' l-awdituri esterni tal-Banco de España

ĠU L 42, 14.2.2007, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 4M, 8.1.2008, p. 76–76 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2007/97(1)/oj

8.1.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

76


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Frar 2007

li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE li tikkonċerna l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali fir-rigward ta' l-awdituri esterni tal-Banco de España

(2007/97/KE)

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra l-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew anness għat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 27(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni BĊE/2006/18 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-13 ta' Novembru 2006 lill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España (1),

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali għandhom jiġu verifikati minn awdituri esterni indipendenti rakkomandati mill-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u approvati mill-Kunsill.

(2)

Skond l-Artikolu 4(2) tal-Liġi 13/1994 ta' l-awtonomija tal-Banco de España u l-Artikoli 29(3) u 31 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, il-kontijiet tal-Banco de España huma verifikati minn awdituri esterni indipendenti kif provdut fl-Artikolu 27 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-Sistema Ewopea tal-Banek Ċentrali u l-Bank Ċentrali Ewropew u taħt it-termini tal-Liġi 19/1988 dwar il-verifika tal-kontijiet (2) fir-rigward ta' l-eliġibilità, il-mandat u r-rotazzjoni ta' l-awdituri.

(3)

Il-mandat ta' l-awdituri esterni attwali tal-Banco de España ser jiskadi wara l-verifika għas-sena finanzjarja 2005. Huwa għalhekk meħtieġ li jinħatru awdituri esterni mill-bidu tas-sena finanzjarja 2006.

(4)

Il-Banco de España għażel lil Deloitte, S.L. bħala l-awdituri esterni tiegħu għas-snin finanzjarji 2006 sa 2008. Il-mandat jista' wara dan jiġġedded fuq bażi annwali sa tmiem is-sena finanzjarja 2012.

(5)

Il-BĊE jqis li l-awdituri esterni magħżula mill-Banco de España jissodisfaw il-ħtiġiet meħtieġa biex jinħatru u għalhekk il-Kunsill Regolatorju tal-BĊE jirrakkomanda li Deloitte, S.L. jinħatru għas-snin finanzjarji 2006 sa 2008 u l-mandat tagħhom jista' eventwalment jiġġedded fuq bażi annwali sas-sena finanzjarja 2012.

(6)

Huwa xieraq li tiġi segwita r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Regolatorju tal-BĊE u li tiġi emendata d-Deċiżjoni 1999/70/KE (3) kif meħtieġ,

IDDECIEDA KIF GEJ:

Artikolu 1

L-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni 1999/70/KE għandu jinbidel b'dan li ġej:

“3.   Deloitte, S.L. huma b'dan approvati bħala l-awdituri esterni tal-Banco de España għas-snin finanzjarji 2006 sa 2008.

Dan il-mandat jista' eventwalment jiġġedded fuq bażi annwali sa l-aħħar tas-sena finanzjarja 2012.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi notifikata lill-Bank Ċentrali Ewropew.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 12 ta’ Frar 2007.

Għall-Kunsill

Il-President

F.-W. STEINMEIER


(1)  ĠU C 283, 21.11.2006, p. 16.

(2)  Liġi kif emendata mill-Liġi 44/2002 dwar miżuri ta' riforma tas-sistema finanzjarja.

(3)  ĠU L 22, 29.1.1999, p. 69. Deċiżjoni emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2006/852/KE (ĠU L 331, 29.11.2006, p. 19).


Top