This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1692
Regulation (EC) No 1692/2006 of the European Parliament and of the Council of 24 October 2006 establishing the second Marco Polo programme for the granting of Community financial assistance to improve the environmental performance of the freight transport system (Marco Polo II) and repealing Regulation (EC) No 1382/2003 (Text with EEA relevance)
Regolament (KE) Nru 1692/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi t-tieni programm Marco Polo għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija ( Marco Polo II ), u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1382/2003 Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
Regolament (KE) Nru 1692/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l- 24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi t-tieni programm Marco Polo għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija ( Marco Polo II ), u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1382/2003 Test b'rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 328, 24.11.2006, p. 1–13
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 10/10/2009
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32003R1382 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32006R1692R(01) | (CS, DA, DE, EL, EN, ES, ET, FI, FR, HU, IT, LT, LV, NL, PL, PT, SK, SL, SV) | |||
Modified by | 32009R0923 | Sostituzzjoni | artikolu 8 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Sostituzzjoni | artikolu 15 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Sostituzzjoni | artikolu 8 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Żieda | artikolu 14.2BI | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Sostituzzjoni | artikolu 15 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | abolizzjoni | anness 2 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Sostituzzjoni | artikolu 4.1 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Emenda | artikolu 2 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Sostituzzjoni | anness 1 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Sostituzzjoni | artikolu 5.2 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Żieda | artikolu 14.2BI | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Emenda | artikolu 5.1 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Sostituzzjoni | artikolu 9 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Emenda | artikolu 2 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Sostituzzjoni | artikolu 9 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Sostituzzjoni | artikolu 5.2 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Sostituzzjoni | artikolu 14.2 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Sostituzzjoni | anness 1 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Emenda | artikolu 5.1 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | abolizzjoni | anness 2 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Sostituzzjoni | artikolu 4.1 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Sostituzzjoni | artikolu 7 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Sostituzzjoni | artikolu 7 | 10/10/2009 | |
Modified by | 32009R0923 | Sostituzzjoni | artikolu 14.2 | 10/10/2009 |
24.11.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
1 |
REGOLAMENT (KE) NRU 1692/2006 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
ta’ l-24 ta' Ottubru 2006
li jistabbilixxi t-tieni programm “Marco Polo” għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (“Marco Polo II”), u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1382/2003
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 71(1) u 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali (1),
Wara li kkonsultaw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,
Filwaqt li jaġixxu skond il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (2),
Billi:
(1) |
Il-“White Paper” tal-Kummissjoni dwar il-Politika Komuni għat-Trasport ta’ Settembru 2001 tisħaq dwar l-iżvilupp ta' l-intermodalità bħala mezz prattiku u effettiv biex tinkiseb sistema tat-trasport bilanċjata, u tipproponi mhux biss l-iżvilupp ta' Toroq tat-tbaħħir, possibiltajiet marittimi intermodali integrati u ta’ kwalità għolja, imma wkoll l-użu aktar intensiv tat-trasport ferrovjarju u tal-passaġġi ta' l-ilma interni bħala elementi importanti f'din l-istrateġija. Fil-laqgħa tiegħu f’Gothenburg fil-15 u s-16 ta’ Ġunju 2001, il-Kunsill Ewropew iddikjara li fil-qalba ta’ strateġija għall-iżvilupp sostenibbli hemm iċ-ċaqliq tal-bilanċ bejn il-mezzi tat-trasport. Barra minn dan, fil-laqgħa tiegħu f'Barċellona tal-15 u s-16 ta’ Marzu 2002, il-Kunsill Ewropew saħaq dwar il-ħtieġa li titnaqqas il-konġestjoni fil-postijiet fejn jinġemgħa t-traffiku f'bosta reġjuni, b'mod partikolari l-Alpi, il-Pirenej u l-Baħar Baltiku – indikazzjoni li l-linji marittimi ta’ Toroq tat-tbaħħir huma parti integrali u importanti tan-Netwerk Trans Ewropew tat-Transport. Programm ta' finanzjament għall-intermodalità mmexxi mis-suq huwa strument ċentrali biex tiġi żviluppata aktar l-intermodalità u għandu jappoġġja b'mod speċifiku l-ħolqien ta' Toroq tat-tbaħħir, u li jiżgura, fost l-oħrajn, titjib fil-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u fit-trasport ferrovjarju u tal-passaġġi ta' l-ilma interni. |
(2) |
Jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni deċiżiva, it-total tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fl-Ewropa huwa previst li jikber b’aktar minn 60 % sa l-2013. L-effett ikun tkabbir stmat fil-volum ta’ merkanzija internazzjonali tat-triq għall-perjodu 2007-2013 ta’ 20.5 biljun kilometru-tunnellata fis-sena għall-25 Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, b’konsegwenzi negattivi f’dak li għandu x’jaqsam ma' spejjeż addizzjonali ta' infrastruttura tat-toroq, ma' inċidenti, ma' konġestjoni, ma' tniġġis lokali u globali, ma' affidabilità tal-katina tal-provvista u ta' proċessi ta’ loġistika u ma' ħsara ambjentali. |
(3) |
Sabiex wieħed ilaħħaq ma’ dan it-tkabbir fit-trasport tal-merkanzija bit-triq, it-tbaħħir fil-qosor, it-trasport ferrovjarju u t-trasport permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni, għandhom jiġu użati aktar mil-lum, u huwa meħtieġ li jiġu stimulati aktar inizjattivi qawwija mis-settur tat-trasport u tal-loġistika, per eżempju l-iżvilupp ta' innovazzjoni teknika fil-vetturi ferrovjarji, biex titnaqqas il-konġestjoni fit-triq. |
(4) |
Il-programm stabbilit mir-Regolament (KE) Nru 1382/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 dwar l-għoti ta’ assistenza finanzjarja Komunitarja biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija (Programm Marco Polo) (3), għandu għalhekk jittejjeb permezz ta’ azzjonijiet ġodda, li jimmiraw lejn it-tnaqqis attwali fit-trasport internazzjonali bit-triq. Il-Kummissjoni għalhekk proponiet programm aktar b’saħħtu, minn hawn ’il quddiem “il-Programm Marco Polo II”, jew “il-Programm”, biex tittejjeb l-intermodalità, titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq u biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport tal-merkanzija fil-Komunità. Biex jintlaħaq dan l-għan, il-Programm għandu jappoġġja azzjonijiet fis-swieq tat-trasport tal-merkanzija, tal-loġistika u ta’ swieq oħra rilevanti, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġîjiet ta' l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs). Għandu jgħin biex għallinqas tiġi mċaqalqa ż-żieda totali mistennija fit-traffiku internazzjonali tal-merkanzija bit-triq, imma preferibilment aktar minn hekk, għat-tbaħħir fil-qosor, għal ferroviji u għal passaġġi ta' l-ilma interni jew għal kombinazzjoni ta’ mezzi ta’ trasport li fihom vjaġġi bit-triq ikunu qosra kemm jista’ jkun. Il-programm Marco Polo stabbilit bir-Regolament (KE) Nru. 1382/2003 għandu għalhekk jinbidel. |
(5) |
Il-Programm Marco Polo II fih bosta tipi differenti ta' azzjonijiet, li għandhom jikkontribwixxu għal ċaqliq modali li jista' jitkejjel u li jista' jiġi sostnut u koperazzjoni aħjar fis-suq intermodali. Barra minn dan azzjonijiet taħt il-Programm Marco Polo II għandhom jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqis attwali fit-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq. |
(6) |
L-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati taħt il-Programm Marco Polo II għandhom ikunu internazzjonali fil-firxa ġeografika tagħhom. Sabiex tiġi riflessa d-dimensjoni Ewropea ta' l-azzjonijiet, il-proġetti għandhom jiġu preżentati minn impriżi stabbiliti f'pajjiżi differenti, fis-sura ta' konsorzju li qed jippreżenta azzjoni. Entitajiet tal-liġi pubblika għandhom ikunu intitolati jipparteċipaw f’konsorzju bħal dan meta jkunu involuti f'attivitajiet ekonomiċi, skond il-liġijiet nazzjonali tagħhom. |
(7) |
L-applikanti għandhom ikunu jistgħu jippreżentaw proġetti ġodda jew, fejn hu xieraq, proġetti eżistenti li l-aħjar jissodisfaw il-bżonnijiet kurrenti tas-suq. Proġetti xierqa, b'mod partikulari dawk li jqisu l-ħtiġijiet ta' l-SME's, m’għandhomx jiġu skoraġġati minn definizzjoni iebsa wisq ta’ azzjonijiet eliġibbli. |
(8) |
Jista’ jkun hemm każijiet fejn il-benefiċċji li jiġi żviluppat servizz eżistenti jkunu għall-inqas l-istess, f’dak li għandu x’jaqsam maċ-ċaqliq modali addizzjonali, il-kwalità u l-vantaġġi ambjentali u ta' vijabilità, bħal dawk fejn jinbeda servizz ġdid b’nefqa konsiderevoli. |
(9) |
Biex tkun trasparenti, oġġettiva u delimitata b’mod ċar, l-assistenza għat-tnedija ta’ azzjonijiet ta’ ċaqliq modali per eżempju għandha tkun ibbażata fuq l-iffrankar ta’ l-ispejjeż għas-soċjetà b’riżultat ta’ l-użu tat-tbaħħir fil-qosor, trasport bil-ferrovija u bil-passaġġi ta' l-ilma interni, minflok ta' trasport bit-triq biss. Għal din ir-raġuni, dan ir-Regolament għandu jipprovdi ammont indikattiv ta’ assistenza finanzjarja b'referenza għal ċaqliq ta' merkanzija bit-triq għal kull kilometru-tunnellata. |
(10) |
L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità bbażata fuq kilometri-tunnellata imċaqilqa mit-triq għal tbaħħir fil-qosor, għal trasport ferrovjarju jew għal trasport permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni jew ibbażata fuq l-evitar ta' kilometri-tunnellata jew kilometri-vettura ta' merkanzija bit-triq, għandha tkun aġġustabbli sabiex ikunu premjati proġetti ta' kwalità għolja jew proġetti li juru benefiċċju ambjentali reali. |
(11) |
Meta jkunu qed jiġu allokati l-fondi, għandha tingħata attenzjoni speċjali lil dawk iz-zoni sensittivi u metropolitani fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-Programm. |
(12) |
Ir-riżultati ta’ l-azzjonijiet kollha tal-Programm għandhom jiġu mxerrda kif inhu xieraq, sabiex jiġu żgurati l-pubbliċità, t-trasparenza u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki. |
(13) |
Matul il-proċedura ta’ l-għażla u matul il-perjodu ta’ ħajja ta’ l-azzjoni, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-azzjonijiet magħżula jikkontribwixxu tabilħaqq għall-politika komuni dwar it-trasport u ma jikkawżawx distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kontra l-interess komuni. Il-Kummissjoni għandha għalhekk tevalwa l-implimentazzjoni taż-żewġ Programmi. Għandha tippreżenta r-rapport ta’ evalwazzjoni dwar ir-riżultati miksuba mill-Programm Marco Polo għall-perjodu 2003-2006 sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2007. |
(14) |
L-azzjonijiet m'għandhomx jikkawżaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, b'mod partikolari, bejn mezzi ta' trasport minbarra dawk tat-trasport tat-triq jew fi ħdan kull mod alternattiv, sal-punt li jkunu kontra l-interess komuni. Għandha tingħata attenzjoni speċjali sabiex jiġu evitati distorsjonijiet bħal dawn, sabiex l-azzjonijiet jikkontribwixxu għaċ-ċaqliq tat-trasport tal-merkanzija mit-trasport bit-triq għal metodi alternattivi, u mhux li jnaqqsu l-merkanzija minn servizz eżistenti ta' ferrovija, ta' tbaħħir fil-qosor jew permezz ta' passaġġi ta' l-ilma interni. |
(15) |
Ladarba l-għanijiet tal-Programm Marco Polo II ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u għalhekk jistgħu, minħabba l-firxa tal-Programm, jintlaħqu aħjar fil-livell Komunitarju, il-Komunità tista' tadotta miżuri, b'mod konformi il-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Skond il-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx 'l hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkiseb dak il-għan. |
(16) |
Il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu adottati skond id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistipula l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat ta' implimentazzjoni mgħotija lill-Kummissjoni (4). |
(17) |
Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perjodu sħiħ tal-Programm, li għandu jkun ir-referenza primarja għall-awtorità tal-baġit, skond it-tifsira tal-punt 37 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina tal-baġit u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (5), għall-awtorità tal-baġit matul il-proċedura annwali tal-baġit. |
(18) |
Sabiex jiġu mħarsa l-kontinwità u t-trasparenza tal-Programm Marco Polo, għandhom isiru dispożizzjonijiet ta’ transizzjoni dwar kuntratti u l-proċedura ta’ l-għażla, |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabilixxi strument ta’ finanzjament, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Programm Marco Polo II”, jew “il-Programm”, biex titnaqqas il-konġestjoni u biex titjieb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport u jitjieb it-trasport intermodali, u b'hekk isir kontribut għal sistema ta' trasport effiċjenti u sostenibbli li tipprovdi valur miżjud ta' l-UE mingħajr ma jkun hemm impatt negattiv fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Il-perjodu ta’ żmien tal-Programm għandu jkun mill-1 ta’ Jannar 2007 sa l-31 ta’ Diċembru 2013 sabiex tinkiseb, fl-aħħar tal-Programm, ċaqlieqa fit-traffiku li tkun parti sostanzjali miż-żjieda aggregata annwali mistennija fit-traffiku internazzjonali tal-merkanzija bit-triq, imkejjel f'kilometri-tunnellata, għat-tbaħħir fil-qosor, għat-trasport bil-ferrovija u bil-passaġġi ta’ l-ilma interni jew għal kombinazzjoni ta’ mezzi ta’ trasport fejn vjaġġi bit-triq huma qosra kemm jista’ jkun.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament, it-tifsiriet li ġejjin għandhom japplikaw:
(a) |
“azzjoni” tfisser kull proġett esegwit minn impriżi, li jikkontribwixxi biex titnaqqas il-konġestjoni fis-sistema tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u/jew li jtejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport fit-territorji ta’ l-Istati Membri jew tal-pajjiżi li jipparteċipaw; azzjonijiet ta’ kataliżi, azzjonijiet ta' ċaqliq modali u azzjonijiet ta' tagħlim komuni, jistgħu jinkludu diversi progetti koordinati; |
(b) |
“azzjoni ta’ kataliżi” tfisser kull azzjoni innovattiva li hija maħsuba biex tegħleb ostakli strutturali sinifikanti fis-suq tal-Komunità għat-trasport tal-merkanzija li jxekklu l-ħidma effiċjenti tas-swieq, il-kompetitività tat-tbaħħir fil-qosor, tat-trasport bil-ferrovija u bil-passaġġi ta’ l-ilma interni, u/jew l-effiċjenza tal-katini tat-trasport li jagħmlu użu minn dawn il-mezzi, inklużi l-modifika jew il-ħolqien ta' l-infrastruttura anċillari; għall-iskopijiet ta' din id-definizzjoni, tali ostakli strutturali tfisser impediment mhux regolatorju, fattwali u mhux temporanju għall-ħidma xierqa tal-katina tat-trasport tal-merkanzija; |
(ċ) |
“azzjoni ta’ Toroq tat-Tbaħħir” tfisser kull azzjoni innovattiva li ċċaqlaq direttament it-trasport ta' merkanzija mit-triq għat-tbaħħir fil-qosor jew kombinazzjoni ta' tbaħħir fil-qosor flimkien ma’ mezzi oħrajn ta’ trasport fejn il-vjaġġi bit-toroq ikunu qosra kemm jista' jkun; azzjonijiet ta' dan it-tip jistgħu jinkludu l-modifika jew il-ħolqien ta’ infrastruttura anċillari meħtieġa sabiex jiġi implimentat servizz intermodali ta’ trasport marittimu ta’ volum kbir ħafna u ta’ frekwenza għolja li jinkludi, preferibbilment, l-użu tal-modi ta' trasport li l-iżjed jirrispettaw l-ambjent, bħal passaġġi ta' l-ilma interni u ferroviji għat-trasport ta' merkanzija f'żoni interni fuq l-art u servizzi integrati bieb bieb; jekk possibbli, ir-riżorsi tar-reġjuni l-aktar 'il barra għandhom ikunu integrati wkoll; |
(d) |
“azzjoni ta’ ċaqliq modali” tfisser kull azzjoni li b’mod dirett, li jista’ jitkejjel, sostanzjali u immedjat iċċaqlaq it-trasport ta' merkanzija mit-triq għat-tbaħħir fil-qosor, għal ferroviji, għal passaġġi ta' l-ilma interni jew għal kombinazzjoni ta’ mezzi ta’ trasport fejn vjaġġi bit-triq ikunu qosra kemm jista’ jkun, mingħajr ma tkun azzjoni ta’ kataliżi, inkluż, fejn ikun xieraq, ċaqliq modali li jirriżulta mill-iżvilupp ta' servizz eżistenti; il-Kummissjoni għandha teżamina l-possibiltà li tappoġġja proġetti ta' infrastruttura anċillari; |
(e) |
“azzjoni għall-evitar tat-traffiku” tfisser kull azzjoni innovattiva li tintegra t-trasport mal-loġistika ta' produzzjoni biex jiġi evitat perċentwal għoli ta’ trasport tal-merkanzija bit-triq mingħajr ma taffettwa b'mod ħażin il-produzzjoni jew il-ħaddiema; azzjonijiet ta' dan it-tip jistgħu jinkludu l-modifika jew il-ħolqien ta’ infrastruttura u apparat anċillari; |
(f) |
“azzjoni ta’ tagħlim komuni” tfisser kull azzjoni immirata lejn it-titjib tal-koperazzjoni għall-ottimizzar strutturali tal-metodi u proċeduri tal-ħidma fil-katina tat-trasport tal-merkanzija, b’konsiderazzjoni wkoll għall-bżonnijiet loġistiċi; |
(g) |
“azzjoni innovattiva” tfisser kwalunkwe azzjoni li jkun fiha elementi li qatt ma jkunu eżistew f'suq partikulari; |
(h) |
“infrastruttura anċillari” tfisser l-infrastruttura meħtieġa u biżżejjed biex jitwettqu l-għanijiet ta' l-azzjonijiet, inklużi l-installazjonijiet għall-merkanzija/passiġġieri; |
(i) |
“miżura ta' akkumpanjament” tfisser kull miżura li tfittex li tipprepara għal jew li tappoġġja azzjonijiet kurrenti jew tal-ġejjieni, inter alia, attivitajiet ta' tixrid (ta' informazzjoni) u monitoraġġ u evalwazzjoni tal-proġetti, kif ukoll il-ġbir u l-analiżi tad-data ta’statistika; miżuri maħsuba għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti, proċessi jew servizzi, attivitajiet ta’ marketing u promozzjoni tal-bejgħ m’humiex miżuri ta' akkumpanjament; |
(j) |
“miżura preparatorja” tfisser kull miżura meħuda fi preparazzjoni għal azzjoni ta' kataliżi, ta' triq tal-baħar jew għall-evitar tat-traffiku bħalma huma studji tekniċi, operattivi jew ta’ fattibilità finanzjarja u ttestjar ta’ apparat; |
(k) |
“impriża” tfisser kull entità li hija mdaħħla f’attività ekonomika, mingħajr ma jingħata każ ta’ l-istatus legali ta’ l-entità u tal-mod ta’ kif hija ffinanzjata; |
(l) |
“konsorzju” ifisser kull arranġament li jiġi esegwit minn għall-inqas żewġ impriżi flimkien u li jaqsmu l-riskju li għandu x’jaqsam ma’ l-azzjoni; |
(m) |
“kilometru-tunnellata” tfisser it-trasport ta’ tunellata merkanzija, jew l-ekwivalenti volumetriku tagħha fuq distanza ta’ kilometru; |
(n) |
“kilometru-vettura” tfisser il-moviment ta’ trakk, mgħobbi jew vojt, fuq distanza ta’ kilometru; |
(o) |
“pajjiż terz fil-qrib” ifisser kull pajjiż li mhux membru ta' l-Unjoni Ewropea bi fruntiera komuni ma' l-Unjoni Ewropea jew b’linja tal-kosta f’baħar magħluq jew semi-magħluq li huwa kontigwu ma’ l-Unjoni Ewropea. |
Artikolu 3
Kamp ta' applikazzjoni
1. Il-Programm ikopri azzjonijiet:
(a) |
li jinvolvu t-territorju ta’ mill-inqas żewġ Stati Membri, jew |
(b) |
li jinvolvu t-territorju ta’ mill-inqas Stat Membru wieħed u t-territorju ta’ pajjiż terz fil-qrib. |
2. Fejn azzjoni tinvolvi t-territorju ta’ pajjiż terz, infiq li jirriżulta fit-territorju ta’ dak il-pajjiż m'għandux ikun kopert mill-Programm, ħlief fiċ-ċirkostanzi stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4.
3. Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni minn pajjiżi li huma kandidati għall-adeżjoni ma' l-Unjoni Ewropea. Il-parteċipazzjoni għandha tkun irregolata mill-kundizzjonijiet imniżżla fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi, u abbażi tar-regoli mniżżla fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ l-Assoċjazzjoni għal kull pajjiż ikkonċernat.
4. Il-Programm għandu jkun miftuħ ukoll għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi EFTA u taż-ŻEE u pajjiżi terzi fil-qrib, abbażi ta’ l-approprjazzjonijiet supplementari skond il-proċeduri li għandhom jiġu miftehma ma’ dawk il-pajjiżi.
KAPITOLU II
APPLIKANTI U AZZJONIJIET ELIĠIBBLI
Artikolu 4
Applikanti eliġibbli
1. L-azzjonijiet għandhom jiġu ppreżentati minn konsorzjum ta’ żewġ impriżi jew iżjed, stabbiliti f’mill-inqas żewġ Stati Membri differenti jew f’mill-inqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz fil-qrib, jew jistgħu, fil-każ ta' kollegamenti ma' pajjiż terz fil-qrib, f'każijiet eċċezzjonali, jiġu ppreżentati minn impriża waħda stabbilita fi Stat Membru.
2. Impriżi stabbiliti barra minn wieħed mill-pajjiżi parteċipanti imsemmija fl-Artikolu 3(3) u (4) jistgħu jkunu assoċjati ma’ proġett, imma ma jistgħu f’ebda ċirkostanza jirċievu finanzjament Komunitarju taħt il-Programm.
Artikolu 5
Azzjonijiet eliġibbli u kundizzjonijiet tal-finanzjament
1. L-azzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt il-Programm:
(a) |
azzjonijiet ta’ kataliżi; dawk immirati li jtejbu s-sinerġiji fis-setturi tal-ferroviji, tal-passaġġi ta' l-ilma interni u tat-tbaħħir fil-qosor, inklużi l-toroq tat-tbaħħir, billi jużaw aħjar l-infrastrutturi eżistenti, ħaqqhom attenzjoni speċifika b’mod partikulari; |
(b) |
azzjonijiet ta’ Toroq tat-Tbaħħir; fl-Unjoni Ewropea azzjonijiet bħal dawn għandhom jużaw in-netwerks trans-Ewropej kif definiti fid-Deċiżjoni Nru. 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar linji gwida għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport (6); |
(ċ) |
azzjonijiet ta' ċaqliq modali; |
(d) |
azzjonijiet ta’ evitar tat-traffiku; |
(e) |
azzjonijiet ta’ tagħlim komuni. |
2. Il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament speċifiku u rekwiżiti oħra għall-azzjonijiet varji huma mniżżla fl-Anness I. Il-kundizzjonijiet ta’ finanzjament għal infrastrutturi anċillari skond it-tifsira ta' l-Art. 2 (h) huma stabbiliti fl-Anness II.
3. L-għajnuna finanzjarja tal-Komunità għandha tkun ibbażata fuq kuntratti li għandhom jiġu negozjati mill-Kummissjoni u l-benefiċjarju. It-termini u l-kundizzjonijiet ta' dawk il-kuntratti għandhom, kemm jista' jkun, iżommu l-piżijiet finanzjarji u amministrattivi minimi, per eżempju billi jiffaċilitaw garanziji bankarji li jkunu vantaġġjużi għan-negozju kif kontemplat fir-regoli u regolamenti applikabbli, speċjalment ir-Regolament (KE, Euratom) Nru. 1605/2002 tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (7), sabiex tinkiseb effiċjenza u flessibilità amministrattiva massima.
4. Bla ħsara għall-objettivi politiċi ġenerali msemmija fl-Artikolu 1, il-prijoritajiet annwali fis-sejħa għal applikazzjonijiet konnessi ma' azzjonijiet ta' kataliżi u ma' azzjonijiet ta' tagħlim komuni għandhom ikunu stabbiliti, u jekk ikun hemm bżonn, eżaminati mill-Kummissjoni, mgħejuna mill-Kumitat msemmi fl-Artikolu 10 u skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10 (2).
Artikolu 6
Regoli dettaljati
Ir-regoli dettaljati li għandhom x’jaqsmu mal-proċedura tal-preżentazzjoni u l-għażla ta’ l-azzjonijiet taħt il-Programm għandhom ikunu adottati skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).
Artikolu 7
Għajnuna mill-Istat
L-assistenza finanzjarja tal-Komunità għall-azzjonijiet koperti mill-Programm m'għandhiex twaqqaf dawk l-azzjonijiet milli jirċievu assistenza Statali, fuq livell nazzjonali, reġjonali jew lokali sakemm din l-għajnuna tkun kompatibbli ma' l-arranġamenti dwar l-għajnuna mill-Istat mniżżla fit-Trattat u fil-limiti kumulattivi stabbiliti għal kull tip ta' azzjoni stipulata fl-Anness I. L-għajnuna totali mogħtija fis-sura ta’ għajnuna mill-Istat u assistenza finanzjarja Komunitarja f’dak li għandu x’jaqsam ma' infrastruttura anċillari m'għandhiex tiżboq il-50 % ta’ l-ispejjeż eliġibbli.
KAPITOLU III
PREŻENTAZZJONI U GĦAŻLA TA’ L-AZZJONIJIET
Artikolu 8
Preżentazzjoni ta’ l-azzjonijiet
L-azzjonijiet għandhom ikunu preżentati lill-Kummissjoni skond ir-regoli dettaljati maħruġa taħt l-Artikolu 6. Il-preżentazzjonijiet għandhom jinkludu t-tagħrif kollu meħtieġa li jippermettu lill-Kummissjoni li tagħmel l-għażla tagħha skond l-Artikolu 9.
Artikolu 9
Għażla ta’ azzjonijiet għall-assistenza finanzjarja
L-azzjonijiet ippreżentati għandhom jiġu evalwati mill-Kummissjoni. Fl-għażla ta’ azzjonijiet għall-assistenza finanzjarja taħt il-Programm, il-Kummissjoni għandha tqis dan li ġej:
(a) |
l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 1; |
(b) |
il-kundizzjonijiet stipulati f'Annessi I u II, skond il-każ; |
(ċ) |
il-kontribuzzjoni ta’ l-azzjonijiet biex titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq; |
(d) |
il-merti ambjentali relattivi ta' l-azzjonijiet, inkluż l-kontribut tagħhom biex jitnaqqsu l-effetti ambjentali negattivi kkaġunati mit-tbaħħir fil-qosor, ferroviji u passaġġi ta' l-ilma interni. Attenzjoni speċifika tingħata lil dawk il-proġetti li jmorru lil hinn mill-bżonnijiet ambjentali li jorbtu legalment; |
(e) |
is-sostenibbiltà komplessiva ta’ l-azzjonijiet. |
Id-deċiżjoni biex tingħata assistenza finanzjarja għandha tiġi adottata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 10(2).
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-benefiċjarji bid-deċiżjoni.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 10
Kumitat
1. Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat.
2. Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, l-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandhom japplikaw, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 8 tagħha.
Il-perjodu stabbilit fl-Artikolu 4(3) tad-Deċiżjoni 1999/468/KE għandu jkun ta' tliet xhur.
3. Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu.
Artikolu 11
Baġit
Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm Marco Polo II, għall-perjodu ta' bejn l-1 ta' Jannar 2007 sal-31 ta' Diċembru 2013, għandu jkun EUR 400 miljun (8).
L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità tal-baġit fil-limiti tal-qafas finanzjarju.
Artikolu 12
Riżerva għall-miżuri ta' akkumpanjament u evalwazzjoni tal-Programm
Sa 5 % tal-baġit previst f’dan ir-Regolament għandu jitwarrab għall-miżuri ta' akkumpanjament u evalwazzjoni indipendenti ta’ l-implimentazzjoni ta’ l-Artikolu 5.
Artikolu 13
Il-Protezzjoni ta’ l-interessi finanzjari tal-Komunitajiet Ewropej
1. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta azzjonijiet iffinanzjati skond dan ir-Regolament ikunu implimentati, l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej jkunu protetti permezz ta' l-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u attivitajiet illegali oħrajn, permezz ta' verifiki effettivi u ta' l-irkuprar ta' l-ammonti mħallsin meta ma kienux dovuti u, jekk ikunu identifikati xi irregolaritajiet, permezz ta' penali effettivi, proporzjonali u dissważivi, skond ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (9), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar kontrolli fuq il-post u spezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (10), u skond ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 1999 dwar investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) (11).
2. Għall-azzjonijiet iffinanzjati skond dan ir-Regolament, l-idea ta' irregolarità msemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 għandha tfisser kwalunkwe ksur ta' dispożizzjoni tal-liġi ta' l-Unjoni Ewopea jew kwalunkwe ksur ta' obbligu kuntrattwali li jirriżulta minn azzjoni jew ommissjoni minn operatur ekonomiku, li jkollu, jew jista' jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea jew il-baġits amministrati minnha, b'punt ta' nfiq mhux iġġustifikat.
3. Kuntratti jew ftehim, kif ukoll ftehim ma’ pajjiżi terzi parteċipi li jirriżultaw minn dan ir-Regolament għandhom jipprovdu, b’mod partikolari għas-superviżjoni u l-kontroll finanzjarju mill-Kummissjoni (jew kull rappreżentant awtorizzat minnha) u l-verifiki mill-Qorti ta’ l-Awdituri, jekk hu meħtieġ fuq il-post.
Artikolu 14
Evalwazzjoni
1. Il-Kummissjoni għandha tinforma mhux inqas minn darbtejn fis-sena dwar l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-Programm u tagħti aġġornament dwar l-istatus ta' l-azzjonijiet kollha ffinanzjati skond il-Programm.
Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet tal-programm kemm fin-nofs u kemm fl-aħħar sabiex ikun evalwat il-kontribut tiegħu għall-oġġettivi tal-politika dwar it-trasport tal-Komunità u l-użu effettiv magħmul mill-approprazzjonijiet.
2. Il-Kummisjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni rapport ta’ evalwazzjoni dwar ir-riżultati miksuba mill-Programm Marco Polo għall-perjodu 2003-2006 sat-30 ta’ Ġunju 2007. Jekk dan ir-rapport juru l-bżonn li l-Programm Marco Polo II ikun aġġustat, il-Kummissjoni għandha tressaq il-proposti skond kif meħtieġ.
Artikolu 15
Tħassir
Ir-Regolament (KE) Nru 1382/2003 huwa b' dan imħassar b'effett mill-14 ta’ Diċembru 2006.
Kuntratti li għandhom x’jaqsmu ma’ azzjonijiet fi ħdan il-qafas tar-Regolament (KE) Nru. 1382/2003 għandhom ikomplu jkunu regolati b'dak ir-Regolament sakemm ma’ jagħlaq il-perjodu ta' operazzjoni u finanzjarju tagħhom. L-evalwazzjoni kollha u l-proċedura ta’ l-għażla għas-sena 2006 għandha taqa’ ukoll taħt ir-Regolament (KE) Nru. 1382/2003, anki jekk dik il-proċedura tispiċċa fis-sena 2007.
Artikolu 16
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ mill-14 ta’ Diċembru 2006.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabli direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Strasburgu, l-24 ta’ Ottubru 2006.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
J. BORRELL FONTELLES
Għall-Kunsill
Il-President
P. LEHTOMÄKI
(1) ĠU C 234, 22.9.2005, p. 19.
(2) Opinjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Mejju 2006 (għadha mhix pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Ottubru 2006.
(3) ĠU L 196, 2.8.2003, p. 1. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 788/2004 (ĠU L 138, 30.4.2004, p. 17).
(4) ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23. Deċiżjoni kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006, p. 11).
(5) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(6) ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1. Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni Nru. 884/2004/KE (ĠU L 167, 30.4.2004, p. 1).
(7) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(8) Dan l-ammont huwa bbażat fuq figuri ta' l-2004 u għandu jkun suġġett għall-aġġustamenti tekniċi sabiex titqies l-inflazzjoni.
(9) ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.
(10) ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.
(11) ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.
ANNESS I
Kundizzjonijiet ta’ finanzjament skond l-Artikolu 5 (2)
Tip ta’ Azzjoni |
A. Kataliżi |
B. Toroq tat-Tbaħħir |
Ċ. Ċaqliq modali |
D. Evitar tat-traffiku |
E. Tagħlim komuni |
||||||||||||
|
Art. 5(1)(a) |
Art. 5(1)(b) |
Art. 5(1)(ċ) |
Art. 5(1)(d) |
Art. 5(1)(e) |
||||||||||||
1. Kundizzjonijiet għall-finanzjament |
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
Nefqa li sseħħ fid-data jew wara d-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt il-proċedura ta’ l-għażla għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità kemm-il darba l-approvazzjoni finali għall-finanzjament mill-Komunità tiġi mogħtija. Kontribut lejn l-ispejjeż ta' assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligazzjoni li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-assistenza, prinċipalment għall-azzjoni kif definita fil-ftehima tas-sussidju; |
Nefqa li sseħħ fid-data jew wara d-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt il-proċedura ta’ l-għażla għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità kemm-il darba l-approvazzjoni finali għall-finanzjament mill-Komunità tiġi mogħtija. Kontribut lejn l-ispejjeż ta' assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligazzjoni li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-assistenza, prinċipalment għall-azzjoni kif definita fil-ftehima tas-sussidju;. |
Nefqa li sseħħ fid-data jew wara d-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt il-proċedura ta’ l-għażla għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità kemm-il darba l-approvazzjoni finali għall-finanzjament mill-Komunità tiġi mogħtija. Kontribut lejn l-ispejjeż ta' assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligazzjoni li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-assistenza, prinċipalment għall-azzjoni kif definita fil-ftehima tas-sussidju; |
Nefqa li sseħħ fid-data jew wara d-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt il-proċedura ta’ l-għażla għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità kemm-il darba l-approvazzjoni finali għall-finanzjament mill-Komunità tiġi mogħtija. Kontribut lejn l-ispejjeż ta' assi mobbli għandu jiddependi fuq l-obbligazzjoni li jiġu użati tali assi matul il-perjodu li fih tingħata l-assistenza, prinċipalment għall-azzjoni kif definita fil-ftehima tas-sussidju; |
Nefqa li sseħħ fid-data jew wara d-data tal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni taħt il-proċedura ta’ l-għażla għandha tkun eliġibbli għall-assistenza finanzjarja mill-Komunità kemm-il darba l-approvazzjoni finali għall-finanzjament mill-Komunità tiġi mogħtija; |
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
|
|
|
||||||||||||
|
Assistenza finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ kataliżi għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta' sussidju, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u għall-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta' dawn il-ftehimiet għandu jkun ta' 62 xahar. |
Assistenza finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ MoS għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta' sussidju, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u għall-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta' dawn il-ftehimiet għandu jkun ta' 62 xahar. |
Assistenza finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ ċaqliq modali għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta' sussidju, Bħala regola, il-perjodu massimu ta' dawn il-ftehimiet għandu jkun ta' 38 xahar. |
Assistenza finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ evitar tat-traffiku għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta' sussidju, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u għall-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta' dawn il-ftehimiet għandu jkun ta' 62 xahar. |
Assistenza finanzjarja għall-azzjonijiet ta’ tagħlim komuni għandha tingħata abbażi ta’ ftehimiet ta' sussidju, u b’dispożizzjonijiet xierqa għat-tmexxija u għall-monitoraġġ. Bħala regola, il-perjodu massimu ta' dawn il-ftehimiet għandu jkun ta' 26 xahar. |
||||||||||||
|
Assistenza finanzjarja mill-Komunità mhix ser tkun rinnovabbli aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 62 xahar. |
Assistenza finanzjarja mill-Komunità mhix ser tkun rinnovabbli aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 62 xahar. |
Assistenza finanzjarja mill-Komunità mhix ser tkun rinnovabbli aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 38 xahar. |
Assistenza finanzjarja mill-Komunità mhix ser tkun rinnovabbli aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 62 xahar. |
Assistenza finanzjarja mill-Komunità mhix ser tkun rinnovabbli aktar mill-perjodu massimu stipulat ta’ 26 xahar. |
||||||||||||
|
Il-limitu minimu indikattiv ta' sussidju għal kull azzjoni ta’ kataliżi għandu jkun ta’ EUR 2 000 000 . |
Il-limitu minimu indikattiv ta' sussidju għal kull azzjoni ta' l-MoS għandu jkun 1,25 biljun kilometru-tunnellata, jew l-ekwivalent volumetriku tiegħu, ta’ ċaqliq modali jew, fi proporzjon ma’ l-ammont indikattiv għal kull euro ta’ assistenza finanzjarja, EUR 2 500 000 . |
Il-limitu minimu indikattiv ta' sussidju għal kull azzjoni ta’ ċaqliq modali għandu jkun 250 miljun kilometru-tunnellata jew l-ekwivalent volumetriku tiegħu jew - fi proporzjon ma’ l-ammont indikattiv għal kull euro ta’ assistenza finanzjarja, EUR 500 000 . |
Il-limitu minimu indikattiv ta' sussidju għal kull azzjoni ta’ evitar tat-traffiku għandu jkun 500 miljun kilometru-tunnellata jew 25 miljun kilometru-vettura ta’ traffiku tal-merkanzija li jiġi evitat jew, fi proporzjon ma’ l-ammont indikattiv għal kull euro ta’assistenza finanzjarja, EUR 1 000 000 . |
Il-limitu minimu indikattiv ta' sussidju għal kull azzjoni ta’ tagħlim komuni għandu jkun ta’ EUR 250 000 . |
||||||||||||
|
Ir-riżultati u l-metodi ta’ l-azzjonijiet ta’ kataliżi għandhom jiġu mxerrda, u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki għandu jiġi mħeġġeġ, kif speċifikat fi pjan ta’ tixrid, sabiex jjgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
Ir-riżultati u l-metodi ta’ azzjonijiet ta' MoS għandhom jiġu mxerrda u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki għandu jkun imħeġġeġ, kif speċifikat fil-pjan ta’ propogazzjoni, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
Attivitajiet ta’ tixrid speċifiċi għall-azzjonijiet ta’ ċaqliq modali m’humiex previsti. |
Ir-riżultati u l-metodi ta’ l-azzjonijiet biex jiġi evitat it-traffiku għandhom jiġu mxerrda u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki għandu jiġi mħeġġeġ, kif speċifikat fil-pjan ta’ tixrid, sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
Ir-riżultati u l-metodi ta’ l-azzjonijiet ta’ tagħlim komuni għandhom jiġu mxerrda u l-iskambju ta' l-aħjar prattiki għandu jiġi mħeġġeġ, kif speċifikat fil-pjan ta’ tixrid, sabiex jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. |
ANNESS II
KUNDIZZJONIJIET GĦALL-FINANZJAMENT TA’ INFRASTRUTTURA ANĊILLARI SKOND L-ARTIKOLU 2(H) U 5(2)
1. |
Infrastruttura anċillari għandha tkun eliġibbli għall-finanzjament taħt il-Programm kemm-il darba il-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu sodisfatti
|
2. |
It-tul massimu tal-kuntratt stabbilit għal kull tip ta' azzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 5 jista' jiġi estiż biż-żmien meħtieġ biex jitlestew ix-xogħlijiet ta’ infrastruttura, iżda f’kull każ mhux itwal minn perjodu totali ta’ 74 xahar. |
3. |
Fejn il-finanzjament għall-infrastruttura ġie rikjest taħt il-Programm, finanzjament minn programmi oħra Komunitarji, u speċifikament finanzjament taħt id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE, għall-istess infrastruttura huwa esklużi. |