Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1651

    Regolament tal-kunsill (KE) Nru 1651/2006 tas- 7 ta’ Novembru 2006 li jtemm ir-reviżjoni parzjali interim tal-miżuri kontra d- dumping applikabbli lill-importazzjonijiet ta' biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    ĠU L 311, 10.11.2006, p. 6–7 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 151–152 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 15/07/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1651/oj

    1.8.2007   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    151


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1651/2006

    tas-7 ta’ Novembru 2006

    li jtemm ir-reviżjoni parzjali interim tal-miżuri kontra d-dumping applikabbli lill-importazzjonijiet ta' biċikletti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv,

    Billi:

    1.   IL-MIŻURI EŻISTENTI

    (1)

    Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazji definittivi kontra d-dumping imposti fuq importazzjonijiet ta' biċikletti li joriġinaw, inter alia, mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1524/2000 (2) (“ir-Regolament oriġinali”).

    2.   L-INVESTIGAZZJONI ATTWALI

    (2)

    Fl-10 ta' Jannar 2006, il-Kummissjoni tat bidu permezz ta' avviż pubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea  (3), fuq l-inizjattiva tagħha stess, għal investigazzjoni skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku. Ir-reviżjoni interim hija limitata fl-ambitu għal aspetti ta' dumping sa fejn huwa kkonċernat produttur-esportatur tal-biċikletti, Giant China Co. Ltd. (“Giant China” jew 'il-kumpannija).

    (3)

    Kien hemm biżżejjed prova prima facie disponibbli għall-Kummissjoni li turi li ċ-ċirkostanzi li abbażi tagħhom il-miżuri eżistenti ġew stabbiliti nbidlu u li dawn il-bidliet huma ta' natura permanenti. L-informazzjoni li tiddisponi minnha l-Kummissjoni wriet li l-kumpannija tgawdi minn kondizzjonijiet ta' ekonomija tas-suq kif muri mill-fatt li hija dehret li tissodisfa l-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku.

    (4)

    Għalhekk ingħata bidu għar-reviżjoni parzjali interim bil-ħsieb li jiġi ddeterminat jekk il-kumpannija toperax taħt kondizzjonijiet ta' l-ekonomija tas-suq kif definiti fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku jew inkella jekk il-kumpannija tilħaqx ir-rekwiżiti li jkollha stabbilit dazju individwali skond l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku u, jekk dan ikun il-każ, sabiex tiddetermina l-marġini individwali ta' dumping tal-kumpannija u jekk jinstab dumping, il-livell ta' dazju li għalih għandhom ikunu suġġetti l-importazzjonijiet tagħha fil-Komunità tal-prodott konċernat.

    3.   IL-PROĊEDURA

    (5)

    Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lil Giant China, lill-industrija Komunitarja u lill-awtoritajiet tar-RPĊ dwar il-ftuħ ta' l-investigazzjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jsemmgħu l-fehmiet taghħom bil-miktub u li jitolbu smigħ fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta' ftuħ.

    (6)

    Sabiex tippermetti lill-kumpannija biex tippreżenta talba għal trattament ibbażat fuq l-ekonomija tas-suq (“TES”) jew trattament individwali (“TI”), il-Kummissjoni bagħtet formoli ta' talba lill-kumpannija u lill-awtoritajiet tar-RPĊ. Wara dan, waslu talbiet għal TES min-naħa ta' Giant China u mill-kumpannija relatata tagħha.

    (7)

    Twettqet żjara ta' verifika fuq il-post f'Giant China u fil-kumpannija relatata tagħha Giant Chengdu Co., Ltd.

    4.   IL-PRODOTT KONĊERNAT

    (8)

    Il-prodott konċernat, kif definit fl-Artikolu 1 tar-Regolament oriġinali, biċikletti u roti oħrajn (inklużi triċikletti mfassla għall-ġarr, iżda esklużi l-uniċikletti), mhux immotorizzati li joriġinaw mir-RPĊ (’il-prodott konċernat’), bħalissa klassifikabbli fi ħdan il-koċiċi tan-NM ex 8712 00 10, 8712 00 30 u ex 8712 00 80.

    5.   IL-PERJODU TA' INVESTIGAZZJONI

    (9)

    Il-perjodu ta' investigazzjoni oriġinali kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Diċembru 2005.

    6.   IR-RIŻULTATI TA' L-INVESTIGAZZJONI

    (10)

    Matul l-investigazzjoni nstab li l-kumpannija kienet relatata ma' manifattur ieħor tal-prodott konċernat fir-RPĊ, li minkejja dan ma ppreżentax tweġiba għall-formola tat-talba ta' TES fi żmien id-data ta' l-għeluq stipulata fl-avviż ta' ftuħ.

    (11)

    Ta' min jninnota li hija l-prassi konsistenti tal-Kummissjoni li teżamina jekk grupp ta' kumpanniji relatati, bħala entità sħiħa, jilħaqx il-kondizzjonijiet għal TES. Din hija prassi meqjusa bħala meħtieġa sabiex tiġi evitata l-kanalizzazzjoni tal-bejgħ ta' grupp ta' kumpanniji permezz ta' waħda mill-kumpanniji relatati fil-grupp, fil-każ li jiġu imposti l-miżuri. Għalhekk, f'każijiet fejn kumpannija sussidjarja jew kwalunkwe kumpannija oħra relatata tkun produttur u/jew bejjiegħ tal-prodott konċernat, il-kumpanniji kollha bħal din ikollhom jipprovdu tweġiba għall-formola tat-talba tat-TES sabiex tkun tista' ssir evalwazzjoni rigward jekk dawn ukoll jilħqux il-kriterji stipulati fl-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku. Konsegwentement, in-nuqqas ta' dan iwassal għar-riżultat li ma jistax jiġi stabbilit li l-grupp, bħala entità sħiħa, jilħaq il-kondizzjonijiet kollha għat-TES.

    (12)

    Barra minn dan, ma setgħet issir ebda determinazzjoni dwar jekk il-kumpannija tissodisfax ir-rekwiżiti ta' l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku minħabba li l-fatti disponibbli ma ppermettewx tali determinazzjoni.

    (13)

    Il-kumpannija kienet infurmata mill-Kummissjoni dwar il-konklużjonijiet ta' hawn fuq. Hija ddikjarat l-intenzjoni tagħha li ma tikkooperax aktar f'dan il-proċediment ta' reviżjoni.

    7.   IT-TERMINAZZJONI TAL-PROĊEDIMENT

    (14)

    Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-konklużjoni milħuqa hija li r-reviżjoni parzjali interim dwar l-importazzjonijiet fil-Komunità tal-prodott konċernat prodott minn Giant China għandha tiġi terminata u l-miżuri deskritti fil-premessa (1) għandhom jinżammu fis-seħħ.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Ir-reviżjoni parzjali interim, skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96, rigward il-miżuri kontra d-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' biċikletti prodotti minn Giant China Co. Ltd. u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina taħt ir-Regolament (KE) Nru 1524/2000, kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1095/2005, hija b'dan terminata.

    2.   Il-miżuri kontra d-dumping li huma fis-seħħ bħalissa fir-rigward tal-kumpannija Giant China Co. Ltd. huma miżmuma fis-seħħ.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 7 ta’ Novembru 2006.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. HEINÄLUOMA


    (1)  ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17).

    (2)  ĠU L 175, 14.7.2000, p. 39. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1095/2005 (ĠU L 183, 14.7.2005, p. 1).

    (3)  ĠU C 5, 10.1.2006, p. 2.


    Top