EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1562

Regolament tal-Kunsill (KE) NRU 1562/2006 tal- 5 ta’ Ottubru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles

ĠU L 290, 20.10.2006, p. 1–1 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 200M, 1.8.2007, p. 62–62 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1562/oj

Related international agreement

32006R1562

Regolament tal-Kunsill (KE) NRU 1562/2006 tal- 5 ta’ Ottubru 2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles

Official Journal L 290 , 20/10/2006 P. 0001 - 0001
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0062 - 0062


20061005

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1562/2006

tal- 5 ta’ Ottubru 2006

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari, l-Artikolu 37 flimkien ma' l-Artikolu 300(2) u l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 300(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi:

(1) Permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1708/87 il-Komunità approvat il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles dwar sajd 'il barra mis-Seychelles [2]. Il-Partijiet innegozjaw bil-ħsieb li jissostitwixxu dak il-Ftehim bi Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-Sajd.

(2) Bħala segwitu għal dawn in-negozjati, ġie inizjalat Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd f'Marzu 2005.

(3) Il-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd jipprevedi t-tisħiħ tal-koperazzjoni ekonomika, finanzjarja, teknika u xjentifika fis-settur tas-sajd bil-għan li jiggarantixxi li r-riżorsi jiġu konservati u jintużaw b'mod sostenibbli, kif ukoll għal sħubija bejn impriżi bil-għan li jiġu żviluppati attivitajiet ekonomiċi fis-settur tas-sajd u attivitajiet relatati fl-interess komuni.

(4) Il-Ftehim imsemmi għandu jiġi approvat.

(5) Bħala segwitu għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim il-ġdid, ir-Regolament (KEE) Nru 1708/87 isir obsolet. Għal raġunijiet ta' ċarezza għalhekk għandu jiġi mħassar l-imsemmi Regolament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (minn issa 'l quddiem il-"Ftehim" huwa b'dan approvat f'isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim hu mehmuż ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim sabiex jorbtu lill-Komunità.

Artikolu 3

Regolament (KEE) Nru 1708/87 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, 5 ta’ Ottubru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

K. Rajamäki

[1] Opinjoni mogħtija nhar is- 6 ta' Settembru 2006 (għadha mhijiex pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

[2] ĠU L 160, 20.6.1987, p. 1.

--------------------------------------------------

Top