This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006R1203
Commission Regulation (EC) No 1203/2006 of 9 August 2006 amending Annex V to Council Regulation (EC) No 1440/2005 as regards the quantitative limits of certain steel products
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1203/2006 tad- 9 ta' Awwissu 2006 li jemenda l-Anness V għar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1440/2005 fir-rigward tal-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1203/2006 tad- 9 ta' Awwissu 2006 li jemenda l-Anness V għar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1440/2005 fir-rigward tal-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar
ĠU L 219, 10.8.2006, p. 3–4
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 314M, 1.12.2007, p. 158–159
(MT)
In force
1.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
158 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1203/2006
tad-9 ta' Awwissu 2006
li jemenda l-Anness V għar-Regolament tal-Kunsill (KE) 1440/2005 fir-rigward tal-limiti kwantitattivi ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1440/2005 (1) tat-12 ta’ Lulju 2005 dwar l-amministrar ta’ ċerti restrizzjonijiet dwar importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ta’ l-azzar mill-Ukraina u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2266/2004, u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta’ l-Ukraina ffirmaw ftehim dwar ċertu prodotti ta’ l-azzar fid-29 ta’ Lulju 2005 (2) (“il-Ftehim”). |
(2) |
L-Artikolu 3(3) tal-Ftehim jipprevedi li kwantitajiet mhux użati għal sena in kwistjoni jistgħu jiġu mgħoddija għas-sena ta’ wara sa massimu ta’ 10 % tal-limitu kwantitattiv relevanti stabbilit fl-Anness III għall-Ftehim. |
(3) |
Skond l-Artikolu3(4) tal-Ftehim it-trasferimenti bejn il-gruppi ta’ prdotti jistgħu jkunu magħmula minn 15 % tal-limitu kwantitattiv ta’ grupp ta’ prodott partikolari. |
(4) |
L-Ukraina nnotifikat lill-Kummissjoni bl-intenzjoni tagħha biex tagħmel użu mid-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 3(3) u (4) fi żmien il-limiti stabbiliti fil-Ftehim. Huwa xieraq li jsiru l-aġġustamenti meħtieġa għal-limiti kwantitattivi għas-sena 2006 li jirriżultaw mit-talba ta’ l-Ukraina. |
(5) |
Ir-Regolament (KE) Nru. 1440/2005 għandu jkun emendat skond dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-limitajiet kwantitattivi għas-sena 2006 stabbiliti fl-Anness V għal (KE) 1440/2005 huma sostitwiti b’dawk stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ għoxrin ġurnata wara li jkun ippublikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 9 ta' Awwissu 2006.
Għall-Kummissjoni
Peter MANDELSON
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 232, 8.9.2005, p. 42.
ANNESS
LIMITI KWANTITATTIVI GĦAS-SENA 2006
(tunnellata) |
|
Prodotti |
2006 |
Prodotti SA. irrumblati ċatti |
|
SA1. Kojls |
168 750 |
SA2. Pjanċi ħoxnin |
364 320 |
SA3. Prodotti oħra ċatti rrumblati |
109 125 |
SB. Prodotti twal |
|
SB1. Travi |
32 639 |
SB2. Virga tal-wajer |
138 592 |
SB3. Prodotti oħra twal |
251 554 |
Nota : SA u SB huma l-kategoriji tal-prodott SA1 sa SA3 u SB1 sa SB3 huma l-gruppi tal-prodott |