Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0546

    546/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 546/2006 tal- 31 ta’ Marzu 2006 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-programmi nazzjonali għall-kontroll ta' l-iscrapie u garanziji addizzjonali u li jidderoga minn ċerti kondizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2003/100/KE u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1874/2003

    ĠU L 94, 1.4.2006, p. 28–31 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 323–326 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2013; Imħassar b' 32013R0631

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/546/oj

    28.11.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    323


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 546/2006

    tal-31 ta’ Marzu 2006

    li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-programmi nazzjonali għall-kontroll ta' l-iscrapie u garanziji addizzjonali u li jidderoga minn ċerti kondizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2003/100/KE u li jirrevoka r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1874/2003

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta' ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b'mod partikolari il-punt (b)(ii) tas-Sezzjoni 1 tal-Kapitolu A ta’ l-Anness VIII tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprevedi l-approvazzjoni tal-programmi nazzjoni tal-kontroll ta’ l-iscrapie ta’ l-Istati Membri jekk dawn ikunu f’konformità ma’ ċerti kriterji stabbiliti f'dak ir-Regolament. Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jipprevedi wkoll id-definizzjoni ta' xi garanziji addizzjonali li jistgħu jkunu meħtieġa għall-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni, f'konformità ma’ dak ir-Regolament.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/100/KE tat-13 ta' Frar 2003 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet minimi għall-istabbiliment ta' programmi tat-tgħammir għar-reżistenza kontra l-enċifalopatiji sponġiformi trażmissibli fin-nagħaġ (2), tipprevedi li kull Stat Membru għandu jintroduċi programm tat-tgħammir għall-għażla tar-reżistenza tat-TSEs f'ċerti razez ta' nagħaġ. Dik id-Deċiżjoni tipprevedi wkoll il-possibbilità ta' deroga mill-ħtieġa li Stat Membru jistabbilixxi programm tat-tgħammir fuq il-bażi tal-programm nazzjonali tiegħu għall-kontroll ta’ l-iscrapie, ippreżentat u approvat f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 999/2001, fejn ikun hemm provvediment dwar il-monitoraġġ attiv kontinwu ta' l-annimali ovini u kaprini mejta fir-razzett fil-merħliet kollha f'dak l-Istat Membru.

    (3)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1874/2003 ta’ l-24 ta' Ottubru 2003 li japprova l-programmi tal-kontroll nazzjonali ta' ċerti Stati Membri dwar l-iscrapie, u jiddefinixxi garanziji addizzjonali, u jagħti derogi li jikkonċernaw il-programmi tat-tgħammir ta' reżistenza għat-TSE fin-nagħaġ permezz tad-Deċiżjoni Nru 2003/100/KE (3) approva l-programmi nazzjonali ta’ kontroll tad-Danimarka, tal-Finlandja u ta’ l-Iżvezja.

    (4)

    Fit-18 ta’ Novembru 2005, l-Awstrija ressqet programm ta’ kontroll nazzjonali għall-iscrapie quddiem il-Kummissjoni. Fil-5 ta’ Jannar 2006, ċerti emendi għal dak il-programm tressqu quddiem il-Kummissjoni. Dak il-programm, kif inhu emendat, jilħaq il-kriterji ġenerali stipolati fir-Regolament (KE) Nru 999/2001. Aktar minn hekk, huwa probabbli li l-Awstrija jkollha prevalenza baxxa jew assenza ta’ l-iscrapie fit-territorji tagħha.

    (5)

    Fuq il-bażi ta’ dak il-programm nazzjonali ta’ kontroll ta’ l-iscrapie, l-Awstrija għandha tingħata deroga mill-programm ta’ tgħammir previst fid-Deċiżjoni 2003/100/KE. Aktar minn hekk, il-garanziji addizzjonali ta’ kummerċ meħtieġa skond l-Anness VIII, Kapitolu A u l-Anness IX, Kapitolu E tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għandhom jiġu stabbiliti fir-Regolament preżenti.

    (6)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1874/2003 jipprevedi ċertu garanziji addizzjonali għad-Danimarka, il-Finlandja u l-Iżvezja relatati ma’ l-impriżi. Dawk il-garanziji ta’ kummerċ addizzjonali għandhom, madanakollu, jiġu emendati sabiex tissaħħaħ is-sussidjarjetà għal dawk l-Istati Membri kif ukoll għall-Awstrija, bil-konsiderazzjoni ta' sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi u kummerċjali differenti u d-differenzi fil-varjazzjonijiet ta’ l-iscrapie preżenti f’dawk l-erba’ Stati Membri.

    (7)

    Għalhekk, għal raġunijiet prattiċi u fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni Komunitarja, huwa xieraq li jiġi rrevokat ir-Regolament (KE) Nru 1874/2003 u jiġi sostitwit mir-Regolament preżenti.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Approvazzjoni tal-programmi tal-kontroll ta’ l-iscrapie

    Il-programmi ta’ kontroll nazzjonali ta’ l-israpie, li jissemmew fil-Kapitolu A, punt I(b) ta’ l-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, ta’ l-Istati Membri elenkati fl-Anness tar-Regolament preżenti huma b’hekk approvati.

    Artikolu 2

    Garaniziji addizzjonali li jirrigwardjaw l-impriżi

    1.   L-annimali ovini u kaprini ddestinati għall-Istati Membri elenkati fl-Anness u li huma ġejjin minn Stati Membri oħrajn imma li ma humiex elenkati fl-Anness jew minn pajjiżi terzi, kellhom jinżammu kontinwament sa mit-twelid fl-impriżi li ssodisfaw dawn il-kondizzjonijiet li ġejjin għal perijodu ta' mill-anqas seba' snin qabel id-data ta' meta dawk l-annimali jkunu ntbgħatu:

    (a)

    l-ebda każijiet ta' scrapie ma ġew ikkonfermati;

    (b)

    l-ebda miżuri ta' l-eradikazzjoni ma ġew applikati minħabba l-iscrapie;

    (c)

    l-impriżi ma kienx fihom annimali identifikati bħala annimali f'riskju kif referuti fl-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001.

    2.   L-annimali ovini u kaprini destinati għall-Istati Membri elenkati fl-Anness tar-Regolament preżenti u li kienu ġejjin minn Stati Membri oħrajn elenkati f’dak l-Anness kellhom jinżammu f’impriżi, li fihom ebda annimal ovin jew kaprin ma kien tpoġġa taħt restrizzjonijiet uffiċjali għall-moviment tat-TSE skond l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, għal perijodu ta’ mill-inqas seba’ snin qabel id-data tat-tluq ta’ tali annimali.

    3.   L-isperma, l-embrijoni u l-bajd minn annimali ovini u kaprini, destinati għall-Istati Membri elenkati fl-Anness għandhom jinkisbu minn donaturi li jkunu nżammu kontinwament mit-twelid f’impriżi li jkunu f’konformità mall-kondizzjonijiet stipolati fi:

    (a)

    paragrafu 1, jekk ikunu ġejjin minn Stati Membri oħrajn li mhumiex elenkati fl-Anness jew minn pajjiżi terzi; jew

    (b)

    paragrafu 2, jekk ikunu ġejjin minn Stati Membri oħrajn elenkati fl-Anness.

    Artikolu 3

    Restrizzjonijiet uffiċjali tal-moviment

    1.   Ir-restrizzjonijiet uffiċjali fuq il-moviment imressqa mill-Istati Membri elenkati fl-Annes huma hawnhekk approvati. Dawn għandhom japplikaw għall-impriżi li jirċievu annimali ovini u kaprini jew sperma, embrijoni u bajd minn annimali ovini u kaprini meta:

    (a)

    l-annimali, l-isperma, l-embriji u l-bajd jiġu kkunsinjati minn Stati Membri oħrajn li mhumiex elenkati fl-Anness jew minn pajjiżi terzi; kif ukoll

    (b)

    l-iscrapie tkun ġiet ikkonfermata matul it-tlett snin preċedenti għal, jew wara d-data ta' meta jkunu mibgħuta l-annimali, is-semen, l-embrijoni u l-bajd fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi tal-forniment kif referuti fil-punt (a).

    2.   Ir-restrizzjonijiet uffiċjali tal-moviment previsti fil-paragrafu 1 m'għandhomx japplikaw fil-każ tal-wasla ta' annimali ovini tal-ġenotip ARR/ARR prion protein, jew ta' sperma, embrijoni u bajd minn donatur tal-ġenotip ARR/ARR prion protein.

    Artikolu 4

    Derogi mill-ħtieġa li jiġi stabbilit programm tat-tgħammir

    Permezz ta' l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 3(1) tad-Deċiżjoni Nru 2003/100/KE, L-Istati Membri elenkati fl-Anness ma’dan ir-Regolament huma b'hekk mogħtija deroga mill-ħtiġiet li jistabbilixxu programm tat-tgħammir kif jipprevedi l-Artikolu 2(1) ta' dik id-Deċiżjoni.

    Artikolu 5

    Revoka

    Ir-Regolament (KE) Nru 1874/2003 hu rrevokat.

    Artikolu 6

    Id-dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin ġurnata wara dik tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-31 ta’ Marzu 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Markos KYPRIANOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1. Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 339/2006 (ĠU L 55, 25.2.2006, p. 5).

    (2)  ĠU L 41, 14.2.2003, p. 41.

    (3)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 12. Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru. 1472/2004 (ĠU L 271, 19.8.2004, p. 26).


    ANNESS

    Stati Membri li jissemmew fl-Artikoli 1 sa 4

    Id-Danimarka

    L-Awstrija

    Il-Finlandja

    L-Iżvezja


    Top