Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R0544

    544/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 544/2006 tal- 31 ta’ Marzu 2006 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1043/2005 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 fir-rigward tas-sistema ta’ l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I għat-Trattat, u l-kriterji għall-iffissar ta’ l-ammont ta’ rifużjonijiet bħal dawn

    ĠU L 330M, 28.11.2006, p. 319–320 (MT)
    ĠU L 94, 1.4.2006, p. 24–25 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 07/07/2010

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/544/oj

    28.11.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    319


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 544/2006

    tal-31 ta’ Marzu 2006

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1043/2005 li jimplementa r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 fir-rigward tas-sistema ta’ l-għoti ta’ rifużjonijiet fuq l-esportazzjoni għal ċerti prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ oġġetti mhux koperti mill-Anness I għat-Trattat, u l-kriterji għall-iffissar ta’ l-ammont ta’ rifużjonijiet bħal dawn

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1) u partikolarment l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 8(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 (2) iċ-ċertifikati tar-rifużjonijiet maħruġa għal perjodu ta’ baġit wieħed jistgħu jisru applikazzjonijiet għalihom separatament f’sitt porzjonijiet. Tapplika data ta’ għeluq fir-rigward ta’ applikazzjonijiet f’kull wieħed minn dawn il-porzjonijiet. L-operaturi jistgħu jressqu applikazzjoni għal ċertifikat ta’ rifużjoni biss fir-rigward tal-porzjon li jikkorrispondi għall-ewwel data ta’ għeluq wara d-data tat-tressiq.

    (2)

    Is-sistema ta’ allokazzjoni bil-porzjonijiet kienet mfassla biex tiżgura li, f’ċirkostanzi meta waslu applikazzjonijiet għaċ-ċertifikat ta’ rifużjoni għal ammonti ikbar minn dawk li jistgħu jingħataw, iċ-ċertifikati kienu disponibbli kemm għall-operaturi li jesportaw fil-bidu tal-perjodu tal-baġit u dawk li jesportaw fl-aħħar tal-perjodu tal-baġit.

    (3)

    Fil-każ li jibqgħu ammonti disponibbli lejn l-aħħar tal-perjodu li għalihom jistgħu jinħarġu ċertifikati ta' rifużjoni, wara li titlesta s-sistema ta’ allokazzjoni f’sitt porzjonijiet, l-Artikolu 38 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jippermetti lill-Kummissjoni tibda sistema ta’ applikazzjoni ta’ kull ġimgħa għall-allokazzjoni ta’ l-ammonti li jibqgħu.

    (4)

    Tnaqqis reċenti fir-rati ta’ rifużjonijiet iffissati fir-rigward ta’ prodotti agrikoli wasslu għal tnaqqis fl-ammonti li għalihom ċ-ċertifikati ta’ rifużjoni ġew applikati għalihom skond is-sistema tal-porzjonijiet. Bħala konsegwenza ta’ dan ammonti rriżervati għal allokazzjoni skond porzjonijiet reċenti individwali ma ġewx allokati bis-sħiħ.

    (5)

    Għalhekk jinħtieġ li tiżdied il-flessibilità ta’ l-operazzjonijiet ta’ esportazzjoni. Fiċ-ċirkustanzi fejn il-livell ta’ l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati tar-rifużjonijiet għal porzjon individwali huwa inqas mill-ammont disponibbli għal dak il-porzjon, l-operaturi għandhom jitħallew jagħmlu applikazzjonijiet fuq bażi ta’ kull ġimgħa biex jinħarġu ċertifikati ta’ rifużjoni fir-rigward ta’ kwalunkwe ammont li jibqa’ disponibbli għal dak il-porzjon li għalih l-applikazzjonijiet taċ-ċertifikat tar-rifużjoni jkunu għadhom ma ġewx ippreżentati.

    (6)

    Is-sistema eżistenti għall-allokazzjoni, fuq bażi ta’ kull ġimgħa, taċ-ċertifikati ta’ rifużjonijiet, fir-rigward ta’ l-ammont disponibbli fl-aħħar tal-perjodu tal-baġit, għandha għalhekk tiġi estiża għall-allokazzjoni ta’ l-ammont li jibqa’ disponibbli għal porzjon partikolari.

    (7)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1043/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija dwar kwistjonijiet orizzontali fir-rigward tal-kummerċ fi prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fil-lista fl-Anness I għat-Trattat,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 1043/2005 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    L-Artikolu 38a li ġej għandu jiddaħħal:

    “Artikolu 38a

    1.   Jekk, wara d-data ta’ l-għeluq għat-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati ta’ rifużjoni fir-rigward ta’ porzjoni partikolari msemmi fil-punti (a) sa (f) ta’ l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 33, l-ebda koeffiċjent għat-tnaqqis ma jkun ġie ppubblikat skond l-Artikolu 37(2), l-operaturi jistgħu jressqu applikazzjoni għall-ħruġ ta’ ċertifikat ta’ rifużjoni għal kwalunkwe ammont disponibbli għal dak il-porzjon li għadu ħadd ma applika għalih.

    L-applikazzjoni se titressaq fil-perjodu sad-data ta’ għeluq li jmiss stabbilita fil-punti (a) sa (f) ta’ l-ewwel paragrafu ta’Artikolu 33.

    2.   L-applikazzjonijiet mressqa tul kull ġimgħa għandhom jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri nhar it-Tlieta ta' wara. Iċ-ċertifikati korrispondenti jistgħu jinħarġu min-nhar it-Tnejn ta' wara n-notifika, għajr jekk l-Kummissjoni toħroġ istruzzjonijiet kuntrarji.

    3.   Jekk l-ammont totali ta' l-applikazzjonijiet li jaslu f'ġimgħa ta' applikazzjoni partikolari jaqbżu l-ammmont li jibqa' disponibbli msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tieħu wieħed jew aktar mill-passi li ġejjin:

    (a)

    tiffissa koeffiċjent ta’ tnaqqis applikabbli għal applikazzjonijiet għal ċertifikati ta’ rifużjoni mressqa f’dik il-ġimgħa ta’ applikazzjoni partikolari, li ġew nnotifikati lill-Kummissjoni u li għalihom iċ-ċertifikati ta’ rifużjoni jkun għadhom ma nħarġux;

    (b)

    tordna lill-Istati Membri li jirrifjutaw l-applikazzjonijiet, mressqa f’dik il-ġimgħa partikolari ta’ applikazzjoni, li għadhom iridu jiġu nnotifikati lill- Kummissjoni;

    (c)

    tissospendi t-tressiq ta’ l-applikazzjonijiet għaċ-ċertifikati ta’ rifużjoni.”

    (2)

    Fit-Taqsima I ta’ Anness VI, il-ħames paragrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

    “L-applikanti għandhom idaħħlu wieħed minn dawn li ġejjin fil-kaxxa 20:

    il-kliem ‘Artikolu 33’, jew kliem oħra għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti, jekk l-applikazzjoni tirreferi għal ċertifikat previst fl-Artikolu 33,

    il-kliem ‘Artikolu 38’, jew kliem oħra għas-sodisfazzjon ta’ l-awtorità kompetenti, jekk l-applikazzjoni tirreferi għal ċertifikat previst fl-Artikolu 38,

    il-kliem ‘Artikolu 38a’, jew kliem oħra għas-sodifazzjon ta’ l-awtorità kompetenti, jekk l-applikazzjoni tirreferi għal ċertifikat previst fl-Artikolu 38a.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, nhar il-31 ta’ Marzu 2006.

    Għall-Kummissjoni

    Gunter VERHEUGEN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Regolament kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).

    (2)  ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 322/2006 (ĠU L 54, 24.2.2006, p. 3).


    Top